PROĠETT GĦALL-ISTUDJU
Kif Tissaporti l-Inġustizzja
Biex issir taf kif Ġużeppi ssaporta l-inġustizzja, aqra Ġenesi 37:23-28; 39:17-23.
Tgħallem iktar mill-kuntest. In-nies għala trattaw lil Ġużeppi ħażin? (Ġen. 37:3-11; 39:1, 6-10) Ġużeppi kemm dam jissaporti l-inġustizzja? (Ġen. 37:2; 41:46) Ġeħova x’għamel biex jgħin lil Ġużeppi? U x’m’għamilx?—Ġen. 39:2, 21; w23.01 17 ¶13.
Fittex iktar dettalji. Il-Bibbja ma tgħidx li Ġużeppi pprova jiddefendi lilu nnifsu billi jgħid li l-mara taʼ Potifar kienet qiegħda tigdeb. L-iskritturi li ġejjin kif jistgħu jgħinuna nifhmu għala Ġużeppi ma qal xejn? U għala ma għandniex nistennew li jkollna iżjed dettalji dwar dan? (Prov. 20:2; Ġw. 21:25; Atti 21:37) Ġużeppi liema kwalitajiet kellu bżonn biex jissaporti dik l-inġustizzja?—Mik. 7:7; Lq. 14:11; Ġak. 1:2, 3.
Aħseb dwar x’tgħallimt u applikah f’ħajtek. Saqsi:
-
‘Bħala dixxiplu taʼ Ġesù, x’inġustizzja nistaʼ nistenna?’ (Lq. 21:12, 16, 17; Ebr. 10:33, 34)
-
‘Kif nistaʼ nipprepara minn issa biex nissaporti l-inġustizzja?’ (Salm 62:7, 8; 105:17-19; w19.07 2-7)