Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IDEA BIEX TISTUDJA

Ipprova Tgħallem Affarijiet Ġodda Meta Tistudja

Ipprova Tgħallem Affarijiet Ġodda Meta Tistudja

Meta tkun se tistudja tistaʼ ssaqsi lilek innifsek, ‘X’se nitgħallem mill-istudju?’ Imma jistaʼ jkun li meta nkunu qed nistudjaw niltaqgħu maʼ xi ħaġa oħra li Ġeħova jkun qed jipprova jgħallimna. Kif nistgħu nkunu nafu b’dak li Ġeħova jridna nitgħallmu?

Itlob għall-għerf. Itlob lil Ġeħova jgħinek tifhem x’għandek bżonn titgħallem bħalissa. (Ġak. 1:5) Tkunx kuntent b’dak li taf biss.—Prov. 3:​5, 6.

Ħalli l-qawwa tal-Bibbja tagħmel differenza fil-ħajja tiegħek. “Il-kelma t’Alla hi ħajja.” (Lhud 4:12) Kull darba li naqraw il-Bibbja nistgħu nitgħallmu xi ħaġa ġdida li tistaʼ tgħinna fil-ħajja tagħna. Imma dan se jiġri biss jekk nifhmu u naċċettaw dak li jkun qed jgħallimna Ġeħova.

Apprezza kulma jtina Ġeħova biex jgħallimna. L-ikel spiritwali li jtina qisu “ikla kbira bi platti mħawrin sew.” (Isa. 25:6) Evita li ma tistudjax xi suġġetti li taħseb li mhux se tieħu pjaċir bihom. Jekk tagħmel hekk, int se tieħu pjaċir tistudja u ssir persuna aħjar.