Tara int il-bżonn li tagħmel progress spiritwali?
“Kompli agħti ruħek għall-qari pubbliku, għat-twiddib, għat-tagħlim.”—1 TIMOTJU 4:13.
1, 2. (a) Isaija 60:22 kif twettaq f’dan iż-żmien tat-tmiem? (b) Xi bżonnijiet hemm fil-parti tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova fuq l-art?
“IL-WIEĦED ċkejken isir elf, u ż-żgħir ġens setgħan.” (Isaija 60:22) Dan il-kliem qed jiġi mwettaq issa, f’dan iż-żmien tat-tmiem. Fil-fatt, matul l-2015, kien hemm 8,220,105 qaddej taʼ Ġeħova li ppritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna madwar id-dinja! Alla qal hekk dwar iż-żieda fost il-poplu tiegħu: “Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.” Allura, hekk kif iż-żmien qed jgħaddi, se jkun hemm iktar xogħol għalina lkoll x’nagħmlu. Qegħdin aħna nagħmlu l-almu tagħna issa biex nippritkaw u ngħallmu l-aħbar tajba? Ħafna aħwa rġiel u nisa diġà qed jaqdu bħala pijunieri regulari jew awżiljarji. Xi wħud marru f’post ieħor biex jgħinu fix-xogħol tal-ippritkar, u oħrajn qed jaħdmu iebes biex jibnu Swali tas-Saltna.
2 Kull sena, madwar 2,000 kongregazzjoni ġdida qed jiġu fformati. Dawn il-kongregazzjonijiet għandhom bżonn anzjani u qaddejja ministerjali. Kull sena, ikun hemm bżonn eluf taʼ qaddejja ministerjali biex isiru 1 Korintin 15:58.
anzjani u eluf t’aħwa rġiel oħra biex isiru qaddejja ministerjali. Bla dubju, hemm ‘ħafna x’nagħmlu fix-xogħol tal-Mulej,’ u mhux biss għall-aħwa rġiel, imma għall-aħwa nisa wkoll.—X’HEMM BŻONN BIEX TAGĦMEL PROGRESS SPIRITWALI?
3, 4. Xi jfisser għalik li tagħmel progress spiritwali?
3 Aqra l-1 Timotju 3:1. L-appostlu Pawlu faħħar aħwa rġiel li kienu qed ‘jirsistu’ biex isiru indokraturi. Biex xi ħadd jilħaq xi ħaġa li qiegħda ’l bogħod, għandu bżonn jagħmel sforz u forsi jġebbed idu biex jaqbadha. Issa immaġina li ħu jixtieq jikkwalifika bħala qaddej ministerjali. Hu jirrealizza li għandu bżonn jagħmel sforz biex itejjeb il-kwalitajiet Kristjani tiegħu. Imbagħad, wara li jibda jaqdi bħala qaddej ministerjali, hu jkompli jaħdem iebes ħalli jkun jistaʼ jikkwalifika biex isir indokratur.
4 Xi aħwa rġiel u nisa qed jagħmlu bidliet f’ħajjithom għax jixtiequ jagħmlu iktar fis-servizz taʼ Ġeħova. Pereżempju, forsi jixtiequ jaqdu bħala pijunieri, jaħdmu f’Betel, jew jgħinu biex jinbnew Swali tas-Saltna. Ejja naraw kif il-Bibbja tistaʼ tgħinna lkoll biex inkomplu nagħmlu progress.
IBQAʼ AGĦMEL PROGRESS SPIRITWALI
5. Iż-żgħażagħ kif jistgħu jużaw is-saħħa tagħhom fis-servizz tas-Saltna?
5 Iż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu ħafna fis-servizz taʼ Ġeħova għax huma b’saħħithom. (Aqra Proverbji 20:29.) Xi aħwa żgħażagħ f’Betel jgħinu biex isir l-istampar u l-illegar taʼ kotba u Bibbji. Ħafna aħwa rġiel u nisa żgħażagħ jibnu Swali tas-Saltna jew jgħinu biex issir manutenzjoni fuqhom. Xi wħud jaqdu bħala volontiera meta jkun hemm xi diżastru naturali. U ħafna pijunieri żgħażagħ jitgħallmu lingwa oħra jew isiefru f’pajjiż ieħor biex jippritkaw l-aħbar tajba.
6-8. (a) Wieħed żagħżugħ kif biddel il-ħarsa tiegħu lejn is-servizz taʼ Ġeħova, u b’liema riżultat? (b) Kif nistgħu ‘nduqu u naraw li Ġeħova hu tajjeb’?
6 Aħna nħobbu lil Ġeħova u rridu nagħtuh l-aħjar tagħna. Minkejja dan, nistgħu nħossuna bħalma ħassu ħu jismu Aaron. Hu xtaq jieħu pjaċir f’li jaqdi lil Ġeħova, imma ma kienx kuntent. Għalkemm Aaron attenda l-laqgħat u ħareġ fis-servizz tal-għalqa minn mindu kien żgħir, hu jgħid, “Sibt li l-laqgħat u s-servizz tal-għalqa kienu tad-dwejjaq.” Allura x’għamel?
7 Aaron għamel sforz biex jaqra l-Bibbja regolarment u biex jipprepara u jagħmel kummenti fil-laqgħat. Ukoll, beda jitlob iktar taʼ spiss. Dan kollu għenu jagħmel progress spiritwali. Hu sar jaf lil Ġeħova aħjar u beda jħobbu saħansitra iżjed. B’riżultat taʼ dan, Aaron ħassu ferħan iktar. Hu qeda bħala pijunier, għen oħrajn meta kien hemm diżastri naturali, u mar jipprietka f’pajjiż ieħor. Issa, hu anzjan u qed jaqdi f’Betel. Kif iħossu dwar ħajtu? Aaron qal: “Jiena ‘doqt u rajt li Ġeħova hu tajjeb.’ Minħabba l-barkiet tiegħu, inħossni midjun lejh u niġi mqanqal biex nagħmel iktar fis-servizz tiegħu. Dan jirriżulta f’iktar barkiet.”
Salm 34:8-10.) Iva, meta nagħtu lil Ġeħova l-aħjar tagħna, aħna nħossuna verament ferħanin għax nafu li qed nogħġbuh. U hu se jżomm kelmtu biex jieħu ħsiebna.
8 Is-salmista qal: “Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb.” Hu żied: “Dawk li jfittxu lil Ġeħova ma jonqoshom xejn li hu tajjeb.” (AqraTAQTAX QALBEK
9, 10. Għala huwa importanti li nistennew bil-paċenzja?
9 Forsi nixtiequ nagħmlu iktar fis-servizz taʼ Ġeħova. Imma xi ngħidu jekk ilna nistennew għal ċertu privileġġ fil-kongregazzjoni jew biex iċ-ċirkustanzi tagħna jinbidlu? Għandu mnejn ikollna bżonn inkunu paċenzjużi. (Mikea 7:7) U anke jekk Ġeħova għandu mnejn jippermetti s-sitwazzjoni li ninsabu fiha tibqaʼ sejra, nistgħu nibqgħu ċerti li hu dejjem se jappoġġjana. Nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Abraham. Ġeħova wiegħdu li kien se jkollu tifel, imma kellu jistenna ħafna snin qabel twieled Iżakk. Matul dak iż-żmien, Abraham kien paċenzjuż u qatt ma tilef il-fidi tiegħu f’Ġeħova.—Ġenesi 15:3, 4; 21:5; Ebrej 6:12-15.
10 Bla dubju, mhux faċli li tistenna. (Proverbji 13:12) Imma jekk nibqgħu nhewdnu dwar is-sitwazzjoni tagħna u dwar kemm aħna diżappuntati, se nħossuna tassew skuraġġiti. Minflok, nistgħu nużaw dan il-ħin biex intejbu l-kwalitajiet li se jkollna bżonn ħalli nieħdu ħsieb ċerti responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni.
Billi nimmeditaw fuq dak li naqraw mill-Bibbja, aħna nitgħallmu nkunu għorrief u nieħdu deċiżjonijiet tajbin
11. Liema kwalitajiet spiritwali nistgħu niżviluppaw, u għala huma importanti?
11 Żviluppa l-kwalitajiet u l-abbiltajiet li għandek bżonn. Billi taqra l-Bibbja u timmedita fuq dak li taqra, int tistaʼ titgħallem tkun għaref, taħseb u tirraġuna b’mod ċar, u tieħu deċiżjonijiet tajbin. Fil-fatt, aħwa rġiel għandhom bżonn kwalitajiet u abbiltajiet bħal dawn biex jieħdu ħsieb il-kongregazzjoni. (Proverbji 1:1-4; Titu 1:7-9) Meta nistudjaw il-Bibbja, nistgħu nsiru nafu kif Ġeħova jħossu dwar diversi kwistjonijiet. Imbagħad, kull jum, nistgħu nużaw dak li tgħallimna ħalli nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova. Pereżempju, se nkunu nafu kif nittrattaw lill-oħrajn, liema tip taʼ lbies nagħżlu, kif nużaw il-flus, u kif nagħżlu d-divertiment.
12. Membri tal-kongregazzjoni kif jistgħu jagħtu prova li huma taʼ min jafdahom?
12 Aħdem iebes f’kull inkarigu li tingħata. Meta l-poplu t’Alla kien qed jerġaʼ jibni t-tempju, Neħemija kellu bżonn irġiel biex jieħdu ħsieb responsabbiltajiet differenti. Hu għażel uħud li kellhom reputazzjoni tajba. Hu kien jaf li dawn kienu jħobbu lil Alla u li kienu se jaħdmu iebes f’kull xogħol li jingħatalhom biex Neħemija 7:2; 13:12, 13) Bl-istess mod illum, dawk li huma leali u jaħdmu iebes se jkollhom reputazzjoni tajba u jistgħu jingħataw iktar responsabbiltajiet. (1 Korintin 4:2) Għalhekk, kemm jekk aħna rġiel jew nisa, għandna dejjem nagħmlu l-almu tagħna f’kull xogħol li ningħataw.—Aqra l-1 Timotju 5:25.
jagħmlu. (13. Kif tistaʼ ssegwi l-eżempju taʼ Ġużeppi jekk oħrajn jittrattawk b’mod inġust?
13 Strieħ fuq Ġeħova. X’tistaʼ tagħmel jekk oħrajn jittrattawk b’mod inġust? Forsi tkun tistaʼ tispjegalhom kif tħossok. Imma jekk tibqaʼ tiddefendi lilek innifsek u tinsisti li int għandek raġun, tistaʼ tagħmel il-problema agħar milli hi. Nistgħu nitgħallmu ħafna mill-eżempju taʼ Ġużeppi. Ħutu ttrattawh ħażin. In-nies gidbu dwaru, u ġie mitfugħ il-ħabs għal xi ħaġa li m’għamilx. Imma Ġużeppi straħ fuq Ġeħova. Hu mmedita dwar il-wegħdi taʼ Ġeħova, u baqaʼ leali. (Salm 105:19) F’dawk iż-żminijiet diffiċli, hu żviluppa ħafna kwalitajiet tajbin li aktar tard għenuh meta ngħata xogħol importanti. (Ġenesi 41:37-44; 45:4-8) Jekk oħrajn ittrattawk b’mod inġust, itlob lil Ġeħova għall-għerf. Hu se jgħinek biex tibqaʼ kalm u biex tittrattahom b’qalb tajba meta titkellem magħhom.—Aqra l-1 Pietru 5:10.
AGĦMEL PROGRESS FIL-MINISTERU
14, 15. (a) Għala għandna ‘noqogħdu attenti l-ħin kollu’ għal mod taʼ kif nippritkaw? (b) Kif tistaʼ tagħmel aġġustamenti għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu? (Ara l-ewwel stampa u l-kaxxa “ Lest int biex tipprova metodu differenti?”)
14 Pawlu qal lil Timotju biex ikompli jtejjeb l-mod taʼ kif jispjega l-Iskrittura. Pawlu qal: “Oqgħod attent il-ħin kollu għalik innifsek u għat-tagħlim tiegħek.” (1 Timotju 4:13, 16) Timotju kien diġà ilu jipprietka għal ħafna snin. Allura, għala kellu bżonn jitjieb? Timotju kien jaf li n-nies u ċ-ċirkustanzi jinbidlu. Hu ried li n-nies ikomplu jisimgħuh, u allura kellu jibqaʼ jtejjeb u jbiddel il-mod taʼ kif jgħallimhom. Hekk kif nippritkaw illum, irridu nagħmlu l-istess.
15 F’xi postijiet, meta nippritkaw minn bieb għal bieb, insibu li ħafna nies ma jkunux id-dar. F’postijiet oħra, in-nies għandu mnejn ikunu d-dar, imma ma nistgħux naslu sal-bieb tagħhom, forsi għax ma nistgħux nidħlu fil-binja fejn jgħixu. Jekk dan huwa minnu fit-territorju tiegħek, tistaʼ tipprova metodu ieħor taʼ kif issib in-nies?
16. L-ippritkar f’postijiet pubbliċi kif jistaʼ jagħti prova li hu effettiv?
16 Ħafna aħwa rġiel u nisa jieħdu pjaċir jippritkaw f’postijiet pubbliċi. Pereżempju, imorru fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, fil-vendi tal-karozzi tal-linja, fis-suq, u fil-ġonna biex isibu n-nies maʼ min jitkellmu. Xhud jistaʼ jibda konversazzjoni maʼ xi ħadd dwar rapport reċenti fuq l-aħbarijiet. Jistaʼ jgħid xi ħaġa sabiħa dwar it-tfal tal-individwu jew jikkummenta dwar it-temp. Jekk il-persuna tidher li qed tieħu gost bil-konversazzjoni, il-pubblikatur jistaʼ jsemmi xi punt mill-Bibbja u jistaqsi x’taħseb dwaru. Spiss, in-nies ikunu jridu jsiru jafu iktar dwar il-Bibbja.
17, 18. (a) Kif tistaʼ ssir iktar kunfidenti fl-ippritkar f’postijiet pubbliċi? (b) L-eżempju taʼ David f’li jfaħħar lil Ġeħova, għala huwa taʼ valur għalik hekk kif tieħu sehem fil-ministeru?
17 Forsi ssibha diffiċli biex tibda konversazzjonijiet fit-triq maʼ nies li ma tafhomx. Hekk ħassu Eddie, pijunier fil-belt taʼ New York. Imma hu sab xi ħaġa li għenitu jsir iktar kunfidenti. Hu jgħid: “Matul il-qima bħala familja, jien u marti nagħmlu riċerki biex insibu tweġibiet għal oġġezzjonijiet u opinjonijiet li jgħidu n-nies. Ukoll, insaqsu Xhieda oħra għal xi suġġerimenti.” Issa Eddie jħares ’il quddiem biex jipprietka f’postijiet pubbliċi.
18 Meta ngawdu iktar il-ministeru tagħna u ntejbu l-mod taʼ kif inkellmu n-nies dwar l-aħbar tajba, il-progress spiritwali tagħna se jkun jidher minn oħrajn. (Aqra l-1 Timotju 4:15.) U iktar minn hekk, bla dubju, se nfaħħru lil Ġeħova bħalma għamel David, li kanta: “Jien se nbierek lil Ġeħova dejjem; fommi se jfaħħru l-ħin kollu. Ruħi se tiftaħar b’Ġeħova; il-ġwejdin se jisimgħu u jifirħu.” (Salm 34:1, 2) Fil-fatt hemm ċans kbir li bil-ministeru tagħna wħud ġwejdin b’ferħ jingħaqdu magħna fil-qima vera.
IBQAʼ FAĦĦAR LIL ĠEĦOVA BILLI TAGĦMEL PROGRESS SPIRITWALI
19. Għala għandu qaddej leali taʼ Ġeħova jkun ferħan minkejja li hu jew hi għandha ċirkustanzi diffiċli?
19 David qal ukoll: “Xogħlijietek kollha se jfaħħruk, O Ġeħova, u dawk Salm 145:10-12) Kull min iħobb lil Ġeħova u hu leali lejh għandu xewqa kbira biex jgħid lill-oħrajn dwaru. Imma xi ngħidu jekk minħabba l-mard jew ix-xjuħija, ma tistax tqattaʼ ħin kemm tixtieq fl-ippritkar minn dar għal dar? Dejjem ftakar li kull meta titkellem dwar Ġeħova maʼ dawk madwarek, bħall-infermieri u t-tobba, int qed tfaħħar lilu. Jekk int fil-ħabs minħabba l-fidi tiegħek, għandek mnejn xorta tistaʼ tgħid lill-oħrajn dwar Ġeħova. Dan se jferraħlu qalbu. (Proverbji 27:11) Ukoll, hu jkun ferħan ħafna jekk int qed taqdih minkejja li oħrajn fil-familja tiegħek ma jagħmlux dan. (1 Pietru 3:1-4) Anke f’sitwazzjonijiet diffiċli ħafna, int tistaʼ tfaħħar lil Ġeħova, tistaʼ tibqaʼ tersaq eqreb lejh, u tistaʼ tagħmel progress spiritwali.
leali lejk iberkuk. Dwar il-glorja taʼ saltnatek se jitkellmu, u jgħidu dwar is-setgħa tiegħek, biex lil ulied il-bnedmin jgħarrfuhom l-atti setgħanin tiegħu u l-glorja tal-ġmiel taʼ saltnatu.” (20, 21. Jekk int fdat b’iktar xogħol fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova, kif tistaʼ tkun taʼ barka għal oħrajn?
20 Ġeħova żgur li se jbierkek jekk int tibqaʼ tersaq eqreb lejh u tagħmel l-almu tiegħek biex taqdih. Forsi billi tagħmel xi bidliet fl-iskeda jew fl-istil taʼ ħajja tiegħek, int se jkollok iktar opportunitajiet biex tgħin in-nies jitgħallmu dwar il-wegħdi sbieħ t’Alla. Ukoll, forsi tkun tistaʼ tgħin lil ħutek saħansitra iktar. U aħseb dwar kemm l-aħwa se jħobbuk meta jarawk taħdem iebes fil-kongregazzjoni!
21 Ilna kemm ilna naqdu lil Ġeħova, ilkoll kemm aħna nistgħu nibqgħu nersqu eqreb lejh u nagħmlu progress spiritwali. Fl-istudju li jmiss se niddiskutu kif aħna nistgħu ngħinu lill-oħrajn jagħmlu progress bħal dan.