X’tgħid il-Bibbja?
Alla għandu isem?
XI NIES JGĦIDU li m’għandux isem, oħrajn jgħidu li jismu Alla jew Mulej, u jerġaʼ oħrajn jgħidu li għandu bosta ismijiet. X’taħseb int?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.”—Salm 83:18.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Għalkemm Alla għandu ħafna titli, hu ta lilu nnifsu isem wieħed biss.—Eżodu 3:15.
Alla mhuwiex misteru; iridna nsiru nafuh.—Atti 17:27.
Li nkunu nafu isem Alla jistaʼ jkun l-ewwel pass biex ikollna ħbiberija miegħu.—Ġakbu 4:8.
Hu ħażin li tlissen l-isem t’Alla?
X’KONT TGĦID?
Iva
Le
Jiddependi
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Tużax l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin.” (Eżodu 20:7) L-unika darba li jkun ħażin li tuża isem Alla huwa jekk dan isir b’nuqqas taʼ rispett.—Ġeremija 29:9.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Ġesù kien jafu u użah l-isem t’Alla. —Ġwanni 17:25, 26.
Alla jistidinna nsejħulu b’ismu. —Salm 105:1.
L-għedewwa t’Alla jipprovaw iġiegħlu n-nies jinsew ismu.—Ġeremija 23:27.