Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Esperjenza

Esperjenza

Ħoss għal Kulħadd

Darba oħt fi New Zealand rat vidjow fuq jw.org li jitkellem dwar kif Ġeħova mhux iħoss għalina biss imma jurina li jimpurtah. (Is. 63:​7-9) Hi ddeċidiet li taħdem fuq dak li tgħallmet u tara kif tistaʼ tgħin lil xi ħadd. Dakinhar stess waqt li kienet qed tixtri, rat mara homeless u saqsietha tixtieqx tixtrilha xi ħaġa x’tiekol. Il-mara aċċettat. Meta l-oħt ġabitilha l-ikel, użat il-fuljett It-tbatija qatt se tintemm? biex ittiha xhieda.

Il-mara bdiet tibki. Hi qalet li kienet trabbiet fil-verità imma ħafna snin ilu telqet. Imma dan l-aħħar kienet qed titlob lil Ġeħova biex jgħinha terġaʼ lura. L-oħt tatha Bibbja u l-mara aċċettat li tibda tistudja. a

Aħna nistgħu nimitaw lil Ġeħova u nuru li nħossu għan-nies, inkluż għall-familja tagħna u l-aħwa fil-kongregazzjoni. Nistgħu nagħmlu dan ukoll billi nitkellmu m’oħrajn dwar Ġeħova.

a Biex tkun taf kif tistaʼ tgħin lil min hu inattiv, ara l-artiklu “Erġgħu Lura Lejja” f’​It-Torri tal-Għassa taʼ Ġunju 2020.