Onora “dak li Alla għaqqad flimkien”
“Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—MARKU 10:9.
1, 2. Ebrej 13:4 x’għandu jimmotivana nagħmlu?
ILKOLL kemm aħna rridu nonoraw lil Ġeħova. Hu jistħoqqlu l-unur tagħna, u hu jwiegħed li jonorana lura. (1 Samwel 2:30; Proverbji 3:9; Rivelazzjoni 4:11) Hu jridna nonoraw ukoll lil nies oħrajn, bħal uffiċjali tal-gvern. (Rumani 12:10; 13:7) Imma aħna għandna bżonn nuru unur speċjalment fiż-żwieġ.
2 L-appostlu Pawlu kiteb: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis.” (Ebrej 13:4) Pawlu ma kienx sempliċement qed jagħmel stqarrija ġenerali dwar iż-żwieġ. Hu kien qed jgħid lill-Kristjani li huma kellhom jonoraw iż-żwieġ, jiġifieri, iqisuh bħala prezzjuż. Int tqis iż-żwieġ b’dan il-mod, speċjalment iż-żwieġ tiegħek stess jekk int miżżewweġ?
3. Ġesù liema parir importanti ta dwar iż-żwieġ? (Ara l-ewwel stampa.)
3 Jekk tqis iż-żwieġ bħala prezzjuż, mela int qed timxi fuq eżempju tajjeb ħafna. Ġesù stess onora ż-żwieġ. Meta Marku 10:2-12; Ġenesi 2:24.
l-Fariżej staqsewh dwar id-divorzju, hu semma dak li Alla kien qal dwar l-ewwel żwieġ: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu, u t-tnejn ikunu ġisem wieħed.” Ġesù żied jgħid: “Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Aqra4. X’kien l-iskop taʼ Ġeħova għaż-żwieġ?
4 B’hekk, Ġesù qabel li Alla kien il-wieħed li ħalaq iż-żwieġ u li dan għandu jkun permanenti. Meta Alla għaqqad l-ewwel żwieġ, hu ma qalx lil Adam u Eva li setgħu jiddivorzjaw. Minflok, l-iskop tiegħu kien li “t-tnejn” jibqgħu magħqudin fiż-żwieġ għal dejjem.
AFFARIJIET LI AFFETTWAW IŻ-ŻWIEĠ GĦAL XI ŻMIEN
5. Il-mewt kif affettwat iż-żwieġ?
5 Madankollu, int taf li meta Adam dineb, ħafna affarijiet inbidlu. Waħda minn dawn il-bidliet kienet li l-bnedmin bdew imutu, u din il-bidla affettwat iż-żwieġ. L-appostlu Pawlu spjega lill-Kristjani li l-mewt ittemm żwieġ u min jibqaʼ ħaj mill-miżżewġin hu ħieles li jerġaʼ jiżżewweġ.—Rumani 7:1-3.
Il-Liġi tgħallimna li Alla qies iż-żwieġ bħala prezzjuż ħafna
6. Il-Liġi taʼ Mosè x’tgħallimna dwar kif Alla jqis iż-żwieġ?
6 Il-Liġi li Alla ta lil Iżrael ipprovdiet dettalji dwar iż-żwieġ. Pereżempju, kien permess għal raġel Iżraeli li jkollu iżjed minn mara waħda. Din id-drawwa kienet eżistiet saħansitra qabel Alla ta l-Liġi. Madankollu, il-Liġi pproteġiet lin-nisa u lit-tfal milli jiġu trattati ħażin. Pereżempju, jekk raġel Iżraeli żżewweġ ilsira u iktar tard iżżewweġ it-tieni mara, hu xorta kellu jieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-ewwel mara bħal qabel. Alla rrikjeda li r-raġel jibqaʼ jipproteġiha u jieħu ħsiebha. (Eżodu 21:9, 10) Aħna llum ma nsegwux il-Liġi taʼ Mosè. Imma din tgħallimna li Alla jqis iż-żwieġ bħala prezzjuż ħafna. Dan żgur li jgħinna nonoraw iż-żwieġ.
7, 8. (a) Skont Dewteronomju 24:1, il-Liġi x’kienet tgħid dwar id-divorzju? (b) Ġeħova kif iqis id-divorzju?
7 Il-Liġi x’qalet dwar id-divorzju? Għalkemm Ġeħova qatt ma kellu l-intenzjoni li raġel u mara miżżewġin jiddivorzjaw, il-Liġi ppermettiet lil raġel Iżraeli jiddivorzja lil martu jekk “ikun sab xi ħaġa indeċenti min-naħa tagħha.” (Aqra Dewteronomju 24:1.) Il-Liġi ma ddeskrivietx x’setaʼ jiġi kkunsidrat “xi ħaġa indeċenti.” Madankollu, żgur li kienet xi ħaġa taʼ mistħija jew serja ħafna u mhux sempliċement offiża żgħira. (Dewteronomju 23:14) B’dispjaċir, sa żmien Ġesù, ħafna Lhud kienu qed jiddivorzjaw lil marthom “għal kwalunkwe raġuni.” (Mattew 19:3) Aħna żgur li ma rridux niżviluppaw din it-tip t’attitudni.
8 Fi żmien il-profeta Malakija kien komuni li raġel jiddivorzja lill-ewwel mara tiegħu, forsi biex jiżżewweġ mara iżgħar li ma kinitx taqdi lil Ġeħova. Iżda Alla għamilha ċara ħafna kif kien iqis id-divorzju. Hu qal li jobgħod id-divorzju. (Malakija 2:14-16) Il-ħarsa t’Alla lejn iż-żwieġ ma kinitx inbidlet minn meta ħalaq lill-ewwel koppja, meta qal li raġel “irid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:24) U Ġesù appoġġja l-ħarsa lejn iż-żwieġ li kellu Missieru meta qal: “Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Mattew 19:6.
L-UNIKA RAĠUNI GĦAL DIVORZJU
9. Xi jfisser il-kliem taʼ Ġesù f’Marku 10:11, 12?
9 Xi wħud għandhom mnejn jistaqsu, ‘Hemm xi raġuni għal Kristjan biex jiddivorzja u jerġaʼ jiżżewweġ?’ Innota Ġesù x’qal: “Kulmin jiddivorzja lil martu u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju kontriha, u jekk mara, wara li tiddivorzja lil żewġha, tiżżewweġ ieħor, tagħmel adulterju.” (Marku 10:11, 12; Luqa 16:18) Bla dubju, Ġesù onora ż-żwieġ, u ried li oħrajn jagħmlu dan ukoll. Jekk raġel jiddivorzja lill-mara leali tiegħu u jerġaʼ jiżżewweġ, ikun qed jagħmel adulterju. L-istess huwa minnu jekk mara tiddivorzja lir-raġel leali tagħha. Ir-raġuni hi li d-divorzju waħdu ma jtemmx żwieġ. Alla xorta jikkunsidra lill-koppja bħala “ġisem wieħed.” Ġesù qal ukoll li jekk raġel iddivorzja lil martu li kienet innoċenti, hi kienet se tkun fil-periklu li tagħmel adulterju. Dan kif jistaʼ jkun? Lura f’dak iż-żmien, mara divorzjata setgħet tħossha li kellha terġaʼ tiżżewweġ għal raġunijiet finanzjarji. Żwieġ bħal dan setaʼ jitqies l-istess bħal adulterju.
10. X’inhi l-unika raġuni biex Kristjan ikun jistaʼ jiddivorzja u jkun ħieles li jerġaʼ jiżżewweġ?
10 Ġesù għallem li hemm raġuni waħda biex persuna tkun tistaʼ tiddivorzja: “Jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja Mattew 19:9) Hu ħareġ l-istess punt fil-Prietka taʼ fuq il-Muntanja. (Mattew 5:31, 32) Fiż-żewġ okkażjonijiet, Ġesù rrefera għall-“immoralità sesswali.” Din tistaʼ tinkludi dnubiet bħall-adulterju, il-prostituzzjoni, ir-relazzjonijiet sesswali bejn individwi mhux miżżewġin, l-omosesswalità, u l-bestjalità. Jekk, pereżempju, raġel miżżewweġ jagħmel l-immoralità sesswali, martu tistaʼ tiddeċiedi jekk tiddivorzjahx jew le. Jekk tiddivorzjah, Alla ma jibqax iqishom bħala miżżewġin.
lil martu, ħlief minħabba ż-żína [jew, “l-immoralità sesswali”], u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.” (11. Kristjan għala għandu mnejn jiddeċiedi li ma jiddivorzjax anke jekk il-parti l-oħra fiż-żwieġ tagħmel l-immoralità sesswali?
11 Innota li Ġesù ma qalx li jekk persuna miżżewġa tagħmel l-immoralità sesswali, il-persuna innoċenti kellha tiddivorzja. Pereżempju, mara għandha mnejn tagħżel li tibqaʼ miżżewġa mar-raġel tagħha għalkemm dan ikun għamel l-immoralità sesswali. Għala? Forsi għadha tħobbu u tkun lesta li taħfirlu u taħdem miegħu biex itejbu ż-żwieġ tagħhom. Ukoll, jekk tagħżel li tiddivorzja iżda ma terġax tiżżewweġ, hi se tiffaċċja ċerti diffikultajiet. Pereżempju, xi ngħidu dwar il-bżonnijiet materjali u sesswali tagħha? Se tħossha waħedha? Id-divorzju kif se jaffettwa lit-tfal tagħha? Se jkun iktar diffiċli biex trabbihom fil-verità? (1 Korintin 7:14) Bla dubju, raġel jew mara miżżewġa li tkun innoċenti u li għażlet li tiddivorzja jkollha diffikultajiet serji.
12, 13. (a) X’ġara fiż-żwieġ taʼ Ħosea? (b) Ħosea għala ħa lil Gomer lura, u x’nistgħu nitgħallmu miż-żwieġ tiegħu?
12 L-esperjenza tal-profeta Ħosea tgħallimna ħafna dwar kif Alla jqis iż-żwieġ. Alla qal lil Ħosea biex jiżżewweġ mara jisimha Gomer, li kellha ssir “mara li se tiżni” u li kien se jkollha “tfal miż-żína.” Gomer u Ħosea kellhom tifel. (Ħosea 1:2, 3) Iktar tard, Gomer kellha tifla u tifel ieħor, x’aktarx minn raġel ieħor. Għalkemm Gomer għamlet adulterju iżjed minn darba, Ħosea baqaʼ miżżewweġ lilha. Fl-aħħar, telqet lil Ħosea u saret ilsira. Xorta waħda, Ħosea xtraha lura. (Ħosea 3:1, 2) Ġeħova uża lil Ħosea biex juri kif Hu b’mod ripetut ħafer lil Iżrael wara li l-ġens kien żleali Lejh u qiem allat oħrajn. X’nistgħu nitgħallmu miż-żwieġ taʼ Ħosea?
13 Jekk fi żwieġ Kristjan wieħed jagħmel l-immoralità, il-Kristjan innoċenti jkollu jieħu deċiżjoni. Ġesù qal li l-wieħed innoċenti jkollu raġuni valida biex jiddivorzja u mbagħad ikun ħieles li jerġaʼ jiżżewweġ. Madankollu, ma jkunx ħażin jekk il-wieħed innoċenti jagħżel li jaħfer lill-ħati. Ħosea ħa lil Gomer lura. Wara li marret lura għandu, hu qalilha li ma setax ikollha relazzjonijiet sesswali maʼ xi raġel ieħor. Ħosea għal xi żmien ma kellux x’jaqsam magħha. (Ħosea 3:3) Imma mbagħad, hu żgur li reġaʼ kellu x’jaqsam maʼ martu. Dan irrappreżenta kemm Alla kien lest li jaċċetta lura lill-Iżraelin u jkompli jqishom bħala l-poplu tiegħu. (Ħosea 1:11; 3:3-5) Dan x’jgħallimna dwar iż-żwieġ illum? Jekk il-parti innoċenti fiż-żwieġ jerġaʼ jibda jkollha relazzjonijiet sesswali mal-parti ħatja, dan kieku juri li l-innoċenti ħafer. (1 Korintin 7:3, 5) Imbagħad ma jkunx għad hemm raġuni valida għal divorzju. Wara dan, ir-raġel u l-mara miżżewġin għandhom jaħdmu flimkien u jgħinu lil xulxin biex iqisu ż-żwieġ bħalma jqisu Alla.
ONORA Ż-ŻWIEĠ ANKE META JKOLLOK DIFFIKULTAJIET SERJI
14. Skont l-1 Korintin 7:10, 11, x’jistaʼ jiġri fi żwieġ?
14 Il-Kristjani kollha għandhom jonoraw iż-żwieġ bħal Ġeħova u Ġesù. Madankollu, kultant xi wħud ma jagħmlux dan, għax aħna lkoll imperfetti. (Rumani 7:18-23) Allura ma niħduhiex bi kbira li wħud mill-Kristjani tal-bidu kellhom diffikultajiet serji fiż-żwiġijiet tagħhom. Pawlu kiteb li “mara m’għandhiex tinfired minn żewġha.” Imma kultant dan ġara.—Aqra l-1 Korintin 7:10, 11.
15, 16. (a) X’għandu jkun l-iskop taʼ koppja meta jkun hemm il-problemi fiż-żwieġ tagħhom, u għala? (b) Dan kif jgħodd ukoll jekk wieħed mill-miżżewġin ma jaqdix lil Ġeħova?
15 Pawlu ma spjegax liema sitwazzjonijiet ġiegħlu lil xi koppji jisseparaw. Imma nafu li l-problema ma kinitx, pereżempju, li r-raġel għamel l-immoralità sesswali. Inkella, il-mara miżżewġa kien ikollha raġuni biex tiddivorzja u terġaʼ tiżżewweġ. Pawlu kiteb li mara li tinfired minn żewġha għandha “tibqaʼ ma tiżżewwiġx, inkella terġaʼ tirranġa maʼ żewġha.” Allura Alla xorta qies lil dik il-koppja bħala miżżewġa. Pawlu qal li jkunu xi jkunu l-problemi jew diffikultajiet li koppja jistaʼ jkollha, jekk ħadd minnhom ma kien għamel l-immoralità sesswali, l-iskop tagħhom għandu jkun li jerġgħu jirranġaw, jiġifieri, li jsolvu l-problemi tagħhom u jibqgħu flimkien. Huma jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-anzjani. L-anzjani mhuma se jżommu maʼ ħadd, imma jkunu jistgħu joffru parir utli mill-Bibbja.
16 Madankollu, xi ngħidu jekk Kristjan ikun miżżewweġ lil xi ħadd li ma jaqdix lil Ġeħova? Meta jkun hemm il-problemi fiż-żwieġ tagħhom, is-separazzjoni tkun aċċettabbli? Bħalma diġà ssemma, il-Bibbja tgħid li l-immoralità sesswali hi raġuni valida għal divorzju. Imma l-Bibbja ma tagħtix raġunijiet għala koppja tistaʼ tissepara. Pawlu kiteb li jekk “mara li għandha żewġha li ma jemminx, iżda dan jaqbel li jgħammar [jew, “jibqaʼ”] magħha, ħa ma 1 Korintin 7:12, 13) Dan jgħodd għal-lum ukoll.
titlaqx lil żewġha.” (17, 18. Xi Kristjani li kellhom ir-raġel jew il-mara tagħhom li ma kinitx tal-istess twemmin għala baqgħu flimkien anke meta kellhom diffikultajiet serji fiż-żwieġ?
17 Madankollu, kien hemm xi każi fejn raġel li ma jaqdix lil Ġeħova wera bil-fatti li ma jaqbilx li jibqaʼ maʼ martu. Pereżempju, forsi jkun hemm abbuż fiżiku b’mod estrem, sal-punt li l-mara tħoss li saħħitha jew ħajjitha hi fil-periklu. Hu forsi jirrifjuta li jmantni lilha u lill-familja, jew jagħmilhielha impossibbli li taqdi lil Alla. F’każi bħal dawn, mara miżżewġa Kristjana għandha mnejn tiddeċiedi personalment li minkejja x’jgħid żewġha, hu mhux qed juri bil-fatti li jrid jibqaʼ magħha, u għalhekk ikun neċessarju li jisseparaw. Imma Kristjani oħrajn f’sitwazzjonijiet simili ddeċidew li jibqgħu maʼ żwieġhom. Huma ssaportew u pprovaw jaħdmu fuq li jtejbu ż-żwieġ. Għala jiddeċiedu li jagħmlu dan?
18 Jekk koppja tissepara f’sitwazzjoni bħal din, huma xorta jkunu għadhom miżżewġin u jkollhom id-diffikultajiet li semmejna iktar qabel. L-appostlu Pawlu wkoll ta raġuni oħra biex koppja jibqgħu flimkien. Hu kiteb: “Ir-raġel li ma jemminx jitqaddes minħabba martu, u l-mara li ma temminx titqaddes minħabba l-ħu; inkella, fil-fatt, uliedkom ma jkunux nodfa, imma issa huma mqaddsin.” (1 Korintin 7:14) Ħafna Kristjani ddeċidew li jibqgħu mar-raġel jew il-mara li ma taqdix lil Ġeħova avolja s-sitwazzjoni kienet diffiċli ħafna. Huma kienu speċjalment ferħanin li għamlu sagrifiċċju bħal dan meta r-raġel jew il-mara tagħhom iktar tard saret waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova.—Aqra l-1 Korintin 7:16; 1 Pietru 3:1, 2.
19. Għala hemm daqstant żwiġijiet li rnexxew fil-kongregazzjoni Kristjana?
19 Ġesù ta parir dwar id-divorzju, u l-appostlu Pawlu ta parir dwar is-separazzjoni. It-tnejn li huma riedu li l-qaddejja t’Alla jonoraw iż-żwieġ. Madwar id-dinja llum hemm ħafna żwiġijiet li rnexxew fil-kongregazzjoni Kristjana. Probabbilment, int tistaʼ ssib ħafna koppji ferħanin fil-kongregazzjoni tiegħek, fejn l-irġiel leali jħobbu lin-nisa tagħhom u n-nisa bi mħabba jirrispettaw lil żwieġhom. Kollha juru li ż-żwieġ jistaʼ jkun onorabbli. U aħna nistgħu nkunu ferħanin li miljuni taʼ rġiel u nisa miżżewġin qed juru li l-kliem t’Alla hu veru: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed.”—Efesin 5:31, 33.