X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Dak li Tgħid il-Bibbja Nistgħu Nafdaw
Ma nistgħux inkunu ċerti li se jkollna riżultati tajbin jekk nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna skont dak li nħossu aħna jew jaħsbu nies oħrajn. Il-Bibbja mhux biss tgħidilna għala, imma tgħinna wkoll inkunu nafu x’inhu tajjeb u ħażin u dan jgħinna nkunu ferħanin.
GĦAJNUNA LI GĦANDNA BŻONN
Fil-Bibbja, Alla Ġeħova a spjega li n-nies għandhom bżonn l-għajnuna tiegħu għax ma jistgħux jagħmlu kollox waħedhom. (Ġeremija 10:23) Fil-fatt, hu tana l-Bibbja biex inkunu nafu x’inhu tajjeb u ħażin. Alla jħobbna, u ma jridniex nieħdu deċiżjonijiet ħżiena li mbagħad ikollna nbatu l-konsegwenzi tagħhom u jagħmlulna ħajjitna diffiċli. (Dewteronomju 5:29; 1 Ġwanni 4:8) Barra minn hekk, hu għaref u bħala l-Ħallieq tagħna jaf x’inhu l-aħjar għalina. (Salm 100:3; 104:24) Imma Alla xorta ma jisforza lil ħadd biex jgħix skont il-livelli tiegħu.
Ġenesi 1:28, 29; 2:8, 15) Hu tahom ukoll istruzzjonijiet sempliċi li riedhom jobdu. Però, ħalla f’idejhom biex jagħżlu jekk jobduhomx. (Ġenesi 2:9, 16, 17) B’dispjaċir, Adam u Eva għażlu li jagħmlu dak li riedu huma minflok jobdu l-livelli t’Alla. (Ġenesi 3:6) X’kien ir-riżultat? Meta n-nies jagħmlu dak li jaħsbu li hu tajjeb huma, ikunu ferħanin? Le. Matul is-snin rajna li meta n-nies ma jobdux il-livelli t’Alla ma jkunux ferħanin, u ma jgħixux fil-paċi.—Ekkleżjasti 8:9.
Ġeħova ta lil Adam u Eva, l-ewwel koppja, dak kollu li kellhom bżonn biex ikunu ferħanin. (Il-Bibbja fiha gwida li tgħinna nieħdu deċiżjonijiet tajbin, ngħixu fejn ngħixu u hu x’inhu l-background tagħna. (2 Timotju 3:16, 17; ara l-kaxxa “ Ktieb għal Kulħadd.”) Ara kif il-Bibbja tagħmel dan.
Tgħallem għala l-Bibbja tissejjaħ il-“kelma t’Alla.”—1 Tessalonikin 2:13. Ara l-vidjow Min Hu l-Awtur tal-Bibbja? fuq jw.org.
IL-BIBBJA TGĦIDILNA X’JIXTIEQNA NAGĦMLU ALLA
Il-Bibbja tgħidilna dwar il-ħbiberija li Alla kellu man-nies mill-bidu tal-ħolqien. Dak li fiha jgħinna nifhmu dak li Alla jqis tajjeb u ħażin, dak li hu tajjeb għalina, u x’jagħmlilna l-ħsara. (Salm 19:7, 11) Dak li nitgħallmu mill-Bibbja hu dejjem tajjeb għalina u se jgħinna biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin f’ħajjitna.
Pereżempju, aħseb dwar il-parir li nsibu fi Proverbji 13:20: “Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref, imma min jagħmilha mal-istupidi se jbati.” Bħalma dan il-parir kien japplika fil-passat, għadu japplika għalina llum. Il-Bibbja hi mimlija prinċipji importanti u t’għajnuna.—Ara l-kaxxa “ Il-Pariri tal-Bibbja Għadhom t’Għajnuna.”
Imma forsi tistaqsi, ‘Kif nistaʼ nkun ċert li l-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinuni?’ Fl-artiklu li jmiss se naraw eżempji taʼ nies li l-Bibbja għenithom f’ħajjithom.
a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.