Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IT-TORRI TAL-GĦASSA Nru. 2 2017 | Se taċċettah int l-aqwa rigal mingħand Alla?

INT X’TAĦSEB?

X’inhu l-aqwa rigal li qatt tana Alla?

Il-Bibbja tgħid: “Alla tant ħabb lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu.”Ġwanni 3:16.

Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti għala Alla bagħat lil Ġesù fuq l-art biex imut għalina u kif nistgħu nuru apprezzament għal dan ir-rigal.

 

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Rigal uniku

Il-Bibbja tiddeskrivi rigal imprezzabbli u dawk li jaċċettawh jistaʼ jiġu mberkin b’ħajja taʼ dejjem. Jistaʼ jkun hemm rigal aqwa minn dan?

SUĠĠETT PRINĊIPALI

L-aqwa rigal mingħand Alla—Għala daqstant prezzjuż?

Liema fatturi jagħmlu rigal iktar taʼ valur minn ieħor? Meta naħsbu dwarhom nistgħu nkabbru l-apprezzament tagħna għall-fidwa.

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Int kif se twieġeb għall-aqwa rigal mingħand Alla?

L-imħabba li għandu l-Kristu xi tqanqalna nagħmlu?

Hu ċ-ċelibat ħtieġa għall-ministri Kristjani?

Xi reliġjonijiet jitolbu ċ-ċelibat mill-mexxejja reliġjużi u l-kleru. Imma l-Iskrittura x’tgħallem dwar din il-ħaġa?

Ħelsien mill-iskjavitù—Fl-imgħoddi u issa

Fi żminijiet tal-qedem, il-poplu t’Alla ħarab mill-jasar. B’sogħba, miljuni taʼ nies għadhom isofru din il-kundizzjoni inġusta.

Gawdi l-benefiċċji taʼ li tkun ġeneruż

Meta tagħti jkun taʼ ġid għalik u għal oħrajn. Ukoll, jinkuraġġixxi kooperazzjoni u ħbiberija. Kif tistaʼ tagħti bil-ferħ?

X’tgħid il-Bibbja?

Il-Bibbja tgħid li “l-aħħar jiem” kienu se jkunu “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” Din id-deskrizzjoni taqbel maż-żmien li qed ngħixu fih?

Iktar Affarijiet Onlajn