Alla kif iħossu dwar it-tbatija tiegħek?
Xi wħud jemmnu li Alla la jara t-tbatija u lanqas jimpurtah.
IKKUNSIDRA DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
Alla mhux biss jara imma anke jimpurtah
“Ġeħova ra li l-ħażen tal-bniedem kien kotran fuq l-art . . . , u ħassu mweġġaʼ f’qalbu.”—Ġenesi 6:5, 6.
Alla se jneħħi t-tbatija kollha
“Ftit ieħor biss, u l-ħażin ma jkunx iktar; u int tħares bir-reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm. Imma l-ġwejdin se jirtu l-art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:10, 11.
Dak li Alla jrid għalik
“‘Jien naf il-ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama. U ssejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.’”—Ġeremija 29:11, 12.
“Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.