X’tgħid il-Bibbja?
Tistaʼ tgħinek il-Bibbja meta tkun ansjuż?
Kieku int x’tgħid?
Iva
Le
Forsi
Dak li tgħid il-Bibbja
‘Itfaʼ l-ansjetà kollha tiegħek fuq Alla, għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Il-Bibbja taċċertana li Alla jistaʼ jgħinek issib serħan mill-ansjetà tiegħek.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Permezz tat-talb, int tistaʼ tikseb “il-paċi t’Alla” li tnaqqas l-ansjetà.—Filippin 4:6, 7.
Apparti minn hekk, li taqra l-Kelma t’Alla jistaʼ jgħinek tkampa mal-istress.—Mattew 11:28-30.
Qatt se tintemm l-ansjetà?
Xi wħud jemmnu . . . li l-ansjetà u l-istress huma parti mill-ħajja, filwaqt li oħrajn jemmnu li serħan mill-ansjetà nsibuh biss wara l-mewt. Int x’taħseb?
Dak li tgħid il-Bibbja
Alla se jneħħi dak kollu li jġib l-ansjetà. “Ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Taħt is-Saltna t’Alla, in-nies se jgħixu fil-paċi u t-trankwillità.—Isaija 32:18.
Stress u ansjetà żejda se jintesew.—Isaija 65:17.