Idea Biex Tistudja
Kif Tibqaʼ Informat bil-Bidliet taʼ Kif Nifhmu l-Bibbja
Xi privileġġ għandna li ngħixu fi żmien meta Ġeħova qed jgħinna nifhmu l-Bibbja iktar minn qatt qabel. (Dan. 12:4) Imma jistaʼ jkun li nsibuha diffiċli biex nibqgħu informati bil-bidliet taʼ kif nifhmu l-veritajiet tal-Bibbja. Fejn nistgħu nsibu dawn il-bidliet u l-ispjegazzjonijiet?
• Il-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova fiha lista qasira tal-bidliet. Mur fuq “Xhieda taʼ Ġeħova,” imbagħad “Ħarsiet u Twemmin,” imbagħad “Kjarifika tat-Twemmin Tagħna.”
• Fil-Watch Tower Publications Index hemm “Beliefs Clarified” li fiha lista tal-bidliet skont is-sena. Biex issib il-lista, ikteb “understanding clarified” (anki l-virgoletti: “ ”) fis-search box tal-Watchtower Library jew fuq il-Watchtower ONLINE LIBRARY™.
Bħala studju personali, tistaʼ tagħżel bidla li saret reċenti u tfittex kif qed nifhmuha issa u r-raġunijiet mill-Bibbja għala kien hemm il-bidla.