Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
“Int, O Israel, int il-qaddej tiegħi, u int, O Ġakobb, il-wieħed li għażilt, in-nisel t’Abraham il-ħabib tiegħi.”—ISAIJA 41:8.
1, 2. (a) Kif nafu li l-bnedmin jistgħu jsiru ħbieb t’Alla? (b) X’se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
MINN meta nitwieldu sa meta mmutu, għandna bżonn l-imħabba. Il-bnedmin għandhom bżonn ħbiberiji mill-qrib u taʼ mħabba, u mhux biss imħabba romantika. Imma iktar minn kull ħaġ’oħra, għandna bżonn l-imħabba mingħand Ġeħova. Ħafna nies ma jemmnux li l-bnedmin jistaʼ jkollhom ħbiberija mill-qrib u taʼ mħabba m’Alla għax hu inviżibbli u jistaʼ kollox. Imma aħna nafu l-verità!
2 Aħna nafu mill-Bibbja li kien hemm bnedmin li saru l-ħbieb t’Alla. Għandna nitgħallmu mill-eżempji tagħhom. Għala? Għax il-ħbiberija m’Alla hi l-iktar mira importanti li jistaʼ jkollna f’ħajjitna. Allura, ejja nikkunsidraw l-eżempju t’Abraham. (Aqra Ġakbu 2:23.) Kif sar il-ħabib t’Alla? Il-ħbiberija mill-qrib li Abraham kellu m’Alla kienet ibbażata fuq il-fidi, u hu magħruf bħala “l-missier taʼ dawk kollha li jkollhom il-fidi.” (Rumani 4:11) Hekk kif tikkunsidra l-eżempju tiegħu, saqsi lilek innifsek, ‘Kif nistaʼ nimita l-fidi t’Abraham u nsaħħaħ il-ħbiberija tiegħi maʼ Ġeħova?’
ABRAHAM KIF SAR IL-ĦABIB TAʼ ĠEĦOVA?
3, 4. (a) Iddeskrivi dak li x’aktarx kien l-akbar prova tal-fidi t’Abraham. (b) Abraham għala kien lest li jissagrifika lil Iżakk?
3 Ġib quddiem għajnejk lil Abraham taʼ 125 sena tielaʼ muntanja bil-mod. [1] (Ara n-nota fl-aħħar.) Warajh hemm ibnu Iżakk, li għandu madwar 25 sena. Iżakk qed iġorr il-ħatab, u Abraham għandu sikkina u l-affarijiet li għandu bżonn biex iqabbad in-nar. Il-vjaġġ probabbli hu l-iktar vjaġġ diffiċli li qatt għamel Abraham. Imma dan mhux minħabba li hu avvanzat fl-età. Xorta għad għandu ħafna enerġija. Il-vjaġġ hu diffiċli għax Ġeħova saqsieh biex jissagrifika lil ibnu!—Ġenesi 22:1-8.
Abraham ma qabadx u obda lil Alla bla ħsieb taʼ xejn
4 Dan abbli kien l-akbar prova tal-fidi t’Abraham. Xi nies jgħidu li Alla kien kattiv talli talab lil Abraham jissagrifika lil ibnu. U oħrajn jgħidu li Abraham kien lest li jissagrifikah għax mhux veru kien iħobbu lil ibnu. In-nies jgħidu dawn l-affarijiet għax m’għandhomx fidi u ma jafux x’inhi l-fidi vera jew kif taħdem. (1 Korintin 2:14-16) Imma Abraham ma qabadx u obda lil Alla bla ħsieb taʼ xejn. Hu obda għax kellu l-fidi vera. Kien jaf li Ġeħova qatt ma kien se jitolbu jagħmel xi ħaġa li kienet se tikkaġuna ħsara permanenti. Abraham kien jaf li jekk jobdi, Ġeħova kien se jbierek lilu u lil ibnu l-għażiż. Abraham x’kellu bżonn biex ikollu fidi tant b’saħħitha? Kellu bżonn l-għarfien u l-esperjenza.
5. Abraham kif setaʼ jsir jaf dwar Ġeħova, u dan l-għarfien kif qanqlu?
5 L-għarfien. Abraham trabba ġo Ġożwè 24:2) Allura Abraham kif sar jaf dwar Ġeħova? Il-Bibbja turina li t-tifel taʼ Noè, Sem, kien il-qarib t’Abraham. U hu għex sakemm Abraham kellu madwar 150 sena. Sem kien raġel taʼ fidi kbira, u abbli tkellem maʼ qrabatu dwar Ġeħova. Ma nafux fiċ-ċert, imma jistaʼ jkun li Abraham tgħallem dwar Ġeħova mingħandu. Dak li tgħallem Abraham qanqlu jħobb lil Ġeħova, u dan l-għarfien għenu jibni l-fidi.
belt jisimha Ur. In-nies t’hemmhekk, inkluż missieru, kienu jqimu lil allat foloz. (6, 7. L-esperjenzi t’Abraham kif saħħew il-fidi tiegħu?
6 L-esperjenza. Abraham kif kiseb l-esperjenza li saħħet il-fidi tiegħu f’Ġeħova? Xi nies jgħidu li l-ħsibijiet iwasslu għal sentimenti u s-sentimenti jwasslu għal azzjonijiet. Qalb Abraham tqanqlet minn dak li tgħallem dwar Alla, u dan wassal biex ikollu rispett profond għal “Ġeħova l-Alla l-Iktar Għoli, Dak li għamel is-sema u l-art.” (Ġenesi 14:22) Il-Bibbja ssejjaħ rispett profond bħal dan “il-biżaʼ t’Alla.” (Ebrej 5:7) Sabiex ikollna ħbiberija mill-qrib m’Alla, irid ikollna l-biżaʼ t’Alla. (Salm 25:14) Kienet din il-kwalità li qanqlet lil Abraham jobdi lil Ġeħova.
7 Alla qal lil Abraham u Sara biex jitilqu mid-dar tagħhom f’Ur u jmorru jgħixu f’art barranija. Ma kinux għadhom żgħar, u kien se jkollhom jgħixu fit-tined għall-kumplament taʼ ħajjithom. Għalkemm Abraham kien jaf li kien se jkun hemm ħafna perikli, kien determinat li jobdi lil Ġeħova. Minħabba l-ubbidjenza tiegħu, Alla bierku u pproteġieh. Pereżempju, meta l-mara mill-isbaħ t’Abraham, Sara, ittieħdet mingħandu u hu kien fil-periklu li jiġi maqtul, Ġeħova b’mod mirakoluż ipproteġa kemm lil Abraham u kemm lil Sara iktar minn darba. (Ġenesi 20:2-7, 10-12, 17, 18) Dawn l-esperjenzi komplew isaħħu l-fidi t’Abraham.
8. Kif nistgħu niksbu l-għarfien u l-esperjenza li se jsaħħu l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova?
8 Nistgħu nkunu ħbieb mill-qrib maʼ Ġeħova? U żgur! Bħal Abraham, għandna bżonn nitgħallmu dwar Ġeħova. U aħna wkoll nistgħu niksbu l-għarfien u l-esperjenza li għandna bżonn. Illum, għandna ħafna iktar Danjel 12:4; Rumani 11:33) Il-Bibbja hi mimlija għarfien dwar “Dak li għamel is-sema u l-art.” Dak li nitgħallmu jqanqalna nħobbu lil Ġeħova u jgħinna biex ikollna rispett profond għalih. Din l-imħabba u dan ir-rispett għal Alla jimmotivawna biex nobduh. U meta nobdu, se nesperjenzaw il-protezzjoni u l-barka taʼ Ġeħova, u dan se jsaħħilna l-fidi. Meta naqdu lil Ġeħova bis-sħiħ, se nħossuna sodisfatti, ikollna l-paċi, u nkunu ferħanin. (Salm 34:8; Proverbji 10:22) Iktar ma niksbu għarfien u esperjenza, iktar se ssir b’saħħitha l-ħbiberija tagħna miegħu.
disponibbli milli kellu Abraham. (ABRAHAM KIF ŻAMM IL-ĦBIBERIJA TIEGĦU M’ALLA B’SAĦĦITHA?
9, 10. (a) X’hemm bżonn biex ħbiberija ssir iktar b’saħħitha? (b) X’juri li Abraham kien jgħożż u jsaħħaħ il-ħbiberija li kellu maʼ Ġeħova?
9 Ħbiberija mill-qrib tistaʼ tkun bħal teżor taʼ valur: hemm bżonn li nżommuha b’saħħitha “l-ħin kollu.” (Aqra Proverbji 17:17.) Mhijiex bħal vażun għali li jintuża biss biex iżejjen. Imma iktar hi bħal fjura mill-isbaħ li għandha bżonn l-ilma u min jieħu ħsiebha biex tiffjorixxi. Abraham kien jgħożż il-ħbiberija li kellu maʼ Ġeħova u żamm din il-ħbiberija b’saħħitha. Kif għamel dan?
Il-ħbiberija hi bħal fjura mill-isbaħ li għandha bżonn l-ilma u min jieħu ħsiebha biex tiffjorixxi
10 Abraham kompla jibżaʼ minn Alla u jobdih. Pereżempju, meta vvjaġġa lejn Kangħan mal-familja u l-qaddejja tiegħu, hu kompla jħalli lil Ġeħova jiggwidah f’li jieħu deċiżjonijiet—kemm dawk żgħar u anki dawk kbar. Sena qabel ma twieled Iżakk, meta Abraham kellu 99 sena, Ġeħova qallu biex jagħmel ċirkonċiżjoni lill-irġiel u s-subien kollha taʼ daru. Iddubita Abraham f’Ġeħova jew ipprova jsib xi skuża biex ma jagħmilx dak li kien mitlub minnu? Le, hu fada f’Ġeħova u obda “dakinhar stess.”—Ġenesi 17:10-14, 23.
11. Abraham għala kien ikkonċernat dwar Sodoma u Gomorra, u Ġeħova kif għenu?
11 Peress li Abraham dejjem obda lil Ġeħova anki f’affarijiet żgħar, il-ħbiberija tagħhom saret iktar b’saħħitha. Hu ħass li setaʼ jkellem lil Ġeħova dwar kwalunkwe ħaġa u anki talab għall-għajnuna meta ssielet maʼ mistoqsijiet diffiċli. Pereżempju, meta Ġeħova qal li kien se jeqred il-bliet taʼ Sodoma u Gomorra, Abraham kien ikkonċernat. Għala? Beżaʼ li n-nies it-tajbin kienu se jmutu flimkien mal-ħżiena. Probabbli kien inkwetat dwar in-neputi tiegħu Lot u l-familja tiegħu, li kienu jgħixu f’Sodoma. Abraham fada f’Ġeħova, “l-Imħallef taʼ l-art kollha,” u allura b’umiltà tkellem maʼ Ġeħova dwar dak li kien qed jinkwetah. Ġeħova kien paċenzjuż mal-ħabib Ġenesi 18:22-33.
tiegħu u wrieh li Hu ħanin. Ġeħova spjegalu li anki meta jagħmel ġudizzju, hu jfittex għan-nies it-tajbin u jsalvahom.—12, 13. (a) L-għarfien u l-esperjenza t’Abraham kif għenuh iktar tard? (b) X’juri li Abraham kellu l-fiduċja f’Ġeħova?
12 Jidher ċar li l-għarfien kollu u l-esperjenza kollha li kiseb Abraham għenuh iżomm il-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova b’saħħitha. Għalhekk iktar tard, meta Ġeħova saqsa lil Abraham biex jissagrifika lil ibnu, hu kien jaf li Ġeħova dejjem kien paċenzjuż, ħanin, taʼ min jafdah, u protettiv. Abraham kien ċert għalkollox li Ġeħova ma kienx se jsir kattiv jew aħrax f’daqqa waħda! Għala ngħidu dan?
13 Qabel ma telaq lill-qaddejja tiegħu, Abraham qal: “Intom ibqgħu hawnhekk mal-ħmar, imma jien u t-tifel irridu mmorru hemmhekk u nqimu u niġu lura ħdejkom.” (Ġenesi 22:5) X’ried ifisser Abraham? Kien hu qed jigdeb dwar li jiġi lura m’Iżakk, peress li kien jaf li kien se jissagrifikah? Le. Il-Bibbja tgħid li Abraham kien jaf li Ġeħova setaʼ jqajjem lil Iżakk mill-mewt. (Aqra Ebrej 11:19.) Abraham kien jaf li Ġeħova kien tah il-qawwa biex ikollu iben avolja hu u Sara kienu mdaħħlin sew fiż-żmien. (Ebrej 11:11, 12, 18) Għalhekk irrealizza li xejn ma kien impossibbli għal Ġeħova. Abraham ma kienx jaf x’se jiġri dakinhar. Imma kellu l-fidi li jekk hemm bżonn, Ġeħova kien se jirxoxta lil ibnu ħalli l-wegħdi kollha t’Alla jseħħu. Hu għalhekk li Abraham jissejjaħ “il-missier taʼ dawk kollha li jkollhom il-fidi.”
Abraham kellu l-fidi li jekk hemm bżonn, Ġeħova kien se jirxoxta lil ibnu ħalli l-wegħdi kollha t’Alla jseħħu
14. Liema sfidi tiffaċċja meta taqdi lil Ġeħova, u l-eżempju t’Abraham kif jistaʼ jgħinek?
14 Madanakollu, illum Ġeħova ma jitlobniex biex nissagrifikaw lil uliedna, imma jitlobna biex nobdu l-kmandi tiegħu. Kultant forsi ma nifhmux għala jeżistu ċerti kmandi jew forsi jkun diffiċli biex nobduhom. Ġieli tħossok hekk? Għal xi wħud, l-ippritkar hu diffiċli. Forsi jistħu u jsibuha bi tqila biex jitkellmu maʼ nies li ma jafux. Oħrajn jibżgħu jkunu differenti fuq il-post tax-xogħol jew fl-iskola. (Eżodu 23:2; 1 Tessalonikin 2:2) Meta tiġi mitlub tagħmel xi ħaġa diffiċli, aħseb fl-eżempju li jispikka li ħallielna Abraham fejn għandhom x’jaqsmu l-fidi u l-kuraġġ. Meta nimmeditaw fuq l-eżempji taʼ rġiel u nisa leali, dan jistaʼ jqanqalna nimitawhom u nersqu eqreb lejn il-Ħabib tagħna, Ġeħova.—Ebrej 12:1, 2.
ĦBIBERIJA LI ĠĠIB MAGĦHA BARKIET
15. Għala nistgħu nkunu ċerti li Abraham qatt ma ddispjaċieh li b’lealtà kien baqaʼ ubbidjenti lejn Ġeħova?
15 Qatt iddispjaċieh Abraham talli Ġenesi 25:8) Meta kellu 175 sena, Abraham setaʼ jħares lura lejn il-ħajja twila tiegħu u jħossu sodisfatt. Għala? Għax il-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova dejjem kienet l-iktar ħaġa importanti għalih. Imma meta naqraw li Abraham kien “xiħ u sodisfatt,” dan ma jfissirx li ma kellux xewqa li jgħix fil-futur.
obda l-kmandamenti taʼ Ġeħova? Il-Bibbja tgħid li Abraham “miet meta kien xjaħ sew, xiħ u sodisfatt.” (16. X’ferħ se jesperjenza Abraham fil-Ġenna tal-art?
16 Il-Bibbja tgħid li Abraham “kien qed jistenna l-belt li għandha sisien taʼ veru, li l-bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.” (Ebrej 11:10) Abraham emmen li ġurnata minnhom kien se jara din il-belt, is-Saltna t’Alla, tmexxi fuq l-art. U hekk se jiġri! Immaġina kemm se jkun ferħan Abraham meta jgħix f’ġenna fuq l-art u jkompli jsaħħaħ il-ħbiberija tiegħu m’Alla. Se jkun ferħan meta jsir jaf li l-eżempju tiegħu taʼ fidi għen lill-qaddejja t’Alla għal eluf taʼ snin! Fil-Ġenna tal-art se jsir jaf li s-sagrifiċċju fuq il-Muntanja Morija ta stampa bil-quddiem taʼ xi ħaġa ħafna akbar. (Ebrej 11:19) U se jitgħallem kif in-niket li ħass, meta pprepara biex jissagrifika lil ibnu Iżakk, għen lil miljuni taʼ wħud leali jifhmu n-niket taʼ Ġeħova meta ta lil Ibnu, Ġesù Kristu, bħala fidwa għall-bnedmin. (Ġwanni 3:16) L-eżempju t’Abraham għen lil kull wieħed u waħda minna biex ikollu saħansitra iktar apprezzament għall-fidwa, l-akbar att taʼ mħabba li qatt kien hawn!
17. X’int determinat li tagħmel, u x’se nikkunsidraw fl-artiklu li jmiss?
17 Jalla lkoll inkunu determinati li nimitaw il-fidi t’Abraham! Bħalu, għandna bżonn l-għarfien u l-esperjenza. Hekk kif inkomplu nitgħallmu dwar Ġeħova u nobduh, se naraw kif iberikna u jipproteġina. (Aqra Ebrej 6:10-12.) Jalla Ġeħova jkun il-Ħabib tagħna għal dejjem! Fl-artiklu li jmiss, se nikkunsidraw tliet eżempji oħra taʼ wħud taʼ fidi li saru l-ħbieb tal-qalb t’Alla.
^ [1] (paragrafu 3) Abraham u Sara oriġinarjament kien jisimhom Abram u Saraj. Imma f’dan l-artiklu, se nużaw l-ismijiet li tahom Ġeħova iktar tard.