Kunu leali lejn Ġeħova
“Jalla Ġeħova juri li qiegħed bejni u bejnek u bejn nisli u bejn nislek għal dejjem.”—1 SAMWEL 20:42.
1, 2. Il-ħbiberija bejn Ġonatan u David għala hi eżempju li jispikka tal-lealtà?
ĠONATAN żgur li baqaʼ mbellah dwar kemm kien kuraġġuż iż-żagħżugħ David. David kien qatel lill-ġgant Gulija u ġab ir-“ras tal-Filisti” lil missier Ġonatan, is-Sultan Sawl tal-Iżrael. (1 Samwel 17:57) Ġonatan ma kellu l-ebda dubju li Alla kien maʼ David, u minn dakinhar ’il quddiem, Ġonatan u David saru ħbieb tal-qalb. Huma wiegħdu li dejjem se jibqgħu leali lejn xulxin. (1 Samwel 18:1-3) Għall-kumplament taʼ ħajtu, Ġonatan kien leali lejn David.
2 Ġonatan baqaʼ leali lejn David avolja Ġeħova kien għażel lil David, u mhux lil Ġonatan, biex ikun is-sultan tal-Iżrael li kien imiss. U meta Sawl ipprova joqtol lil David, Ġonatan kien inkwetat dwar sieħbu. Hu kien jaf li David kien fl-art xagħrija f’Ħores, u allura Ġonatan mar hemm biex jinkuraġġih jibqaʼ jistrieħ fuq Ġeħova. Ġonatan 1 Samwel 23:16, 17.
qal lil David: “Tibżax; għax id Sawl, missieri, ma ssibekx, u int tkun sultan fuq Israel, u jien inkun it-tieni warajk.”—3. X’kien l-iktar importanti għal Ġonatan iktar milli jkun leali lejn David, u kif nafu dan? (Ara l-ewwel stampa.)
3 Aħna normalment nammiraw nies li huma leali. Imma nammiraw aħna lil Ġonatan biss minħabba li kien leali lejn David? Le, nammirawh għax il-lealtà lejn Alla kienet l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja taʼ Ġonatan. Fil-fatt, din hi r-raġuni għala kien leali lejn David u ma kienx għajjur għalih, għalkemm David kien se jsir sultan minfloku. Apparti minn hekk, Ġonatan għen lil David jistrieħ fuq Ġeħova. Iż-żewġt irġiel baqgħu leali lejn Ġeħova u lejn xulxin. Huma żammew il-wegħda li kienu għamlu: “Jalla Ġeħova juri li qiegħed bejni u bejnek u bejn nisli u bejn nislek għal dejjem.”—1 Samwel 20:42.
4. (a) X’se jagħmilna verament ferħanin u sodisfatti? (b) X’se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
4 Aħna wkoll irridu nkunu leali lejn il-familja tagħna, il-ħbieb tagħna, u ħutna rġiel u nisa fil-kongregazzjoni. (1 Tessalonikin 2:10, 11) Imma iktar importanti minn hekk, għandna nkunu leali lejn Ġeħova. Hu li tana l-ħajja! (Rivelazzjoni 4:11) Meta nkunu leali lejh, aħna nkunu verament ferħanin u sodisfatti. Imma nafu li rridu nkunu leali lejn Alla anki fi żminijiet diffiċli. F’dan l-artiklu, se niddiskutu kif l-eżempju taʼ Ġonatan jistaʼ jgħinna nibqgħu leali lejn Ġeħova f’erbaʼ sitwazzjonijiet: (1) meta nħossu li xi ħadd li għandu awtorità ma jistħoqqlux ir-rispett tagħna, (2) meta jkollna nagħżlu lejn min għandna nkunu leali, (3) meta ħu li jkun qed imexxi jittrattana jew jifhimna ħażin, u (4) meta jkun diffiċli biex inżommu kelmitna.
META NĦOSSU LI XI ĦADD F’AWTORITÀ MA JISTĦOQQLUX IR-RISPETT TAGĦNA
5. Għala kien diffiċli għan-nies tal-Iżrael biex ikunu leali lejn Alla waqt li Sawl kien sultan?
5 Ġonatan u n-nies tal-Iżrael kienu f’sitwazzjoni diffiċli. Is-Sultan Sawl, missier Ġonatan, kien sar diżubbidjent, u Ġeħova ċaħdu. (1 Samwel 15:17-23) Alla xorta waħda ppermetta lil Sawl biex ikompli jaħkem għal ħafna snin. Allura, kien diffiċli għan-nies biex ikunu leali lejn Alla meta s-sultan li kien magħżul biex ipoġġi fuq “it-tron taʼ Ġeħova” kien qed jagħmel affarijiet ħżiena ħafna.—1 Kronaki 29:23.
6. X’juri li Ġonatan baqaʼ leali lejn Ġeħova?
6 Ġonatan baqaʼ leali lejn Ġeħova. Aħseb f’dak li Ġonatan għamel ftit wara li Sawl beda jkun diżubbidjent lejn Alla. (1 Samwel 13:13, 14) F’dak iż-żmien, armata kbira taʼ Filistin ġiet bi 30,000 karru biex tattakka lill-Iżrael. Sawl kulma kellu 600 suldat, u hu u Ġonatan biss kellhom l-armi. Imma Ġonatan ma kienx qed jibżaʼ. Hu ftakar il-kliem tal-profeta Samwel: “Ġeħova ma jabbandunax lill-poplu tiegħu minħabba ismu l-kbir.” (1 Samwel 12:22) Ġonatan qal lil suldat ieħor: “M’hemmx xi jfixkel lil Ġeħova milli jsalvana b’ħafna jew bi ftit.” Allura, hu u s-suldat attakkaw grupp taʼ Filistin u qatlu madwar 20 minnhom. Ġonatan kellu fiduċja f’Ġeħova, u Ġeħova bierku. Ġeħova kkaġuna li jseħħ terremot, u l-Filistin beżgħu. Imbagħad attakkaw u qatlu lil xulxin, u l-Iżraelin rebħu l-battalja.—1 Samwel 13:5, 15, 22; 14:1, 2, 6, 14, 15, 20.
7. Ġonatan kif ittrattah lil missieru?
7 Għalkemm Sawl kompla jkun diżubbidjent lejn Ġeħova, Ġonatan baqaʼ jobdi lil missieru kull meta kien possibbli. Pereżempju, iġġieldu flimkien biex jiddefendu l-poplu taʼ Ġeħova.—1 Samwel 31:1, 2.
8, 9. Kif inkunu leali lejn Alla meta nirrispettaw lil dawk li għandhom awtorità?
8 Bħal Ġonatan, nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova billi nobdu, kull meta jkun possibbli, il-gvern tal-pajjiż li nkunu qed ngħixu fih. Ġeħova jħalli lil dawn “l-awtoritajiet superjuri” jkollhom awtorità fuqna, u hu jitlob minna li nuruhom rispett. (Aqra Rumani 13:1, 2.) Hu għalhekk li għandna nittrattaw lil kull uffiċjal tal-gvern b’rispett anki meta ma jkunx onest u meta nħossu li ma jistħoqqlux ir-rispett tagħna. Fil-fatt, għandna nirrispettaw lil dawk kollha li tingħatalhom awtorità mingħand Ġeħova.—1 Korintin 11:3; Ebrej 13:17.
9 Olga, oħt mill-Amerika t’Isfel, uriet il-lealtà tagħha lejn Ġeħova billi wriet rispett lejn żewġha għalkemm ittrattaha ħażin. [1] (Ara n-nota fl-aħħar.) Kultant kien jirrifjuta li jkellimha jew kien jgħidilha affarijiet krudili peress li kienet waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Hu saħansitra qalilha li kien se jitlaqha u jieħu lit-tfal miegħu. Imma Olga ma pattiet lil ħadd “ħsara bi ħsara.” Hi għamlet kulma setgħet biex tkun mara miżżewġa mill-aħjar. Hi kienet issajjarlu, taħsillu l-ħwejjeġ, u tieħu ħsieb it-tfal u xi qraba li jiġu minnu. (Rumani 12:17) U meta setgħet, marret miegħu biex iżur lill-familja u l-ħbieb tiegħu. Pereżempju, meta ried imur il-funeral taʼ missieru f’belt oħra, hi ppreparat kulma kellhom bżonn għall-vjaġġ. Imbagħad, waqt il-funeral, stennietu barra l-knisja. Wara ħafna snin, ir-raġel t’Olga beda jittrattaha aħjar għax kienet paċenzjuża ħafna miegħu u dejjem urietu rispett. Issa jinkuraġġiha tmur il-laqgħat u jiħodha hemm hu stess. Kultant saħansitra jattendi l-laqgħat magħha.—1 Pietru 3:1.
META JKOLLNA NIDDEĊIEDU LEJN MIN GĦANDNA NKUNU LEALI
10. Ġonatan kif kien jaf lejn min kellu jkun leali?
10 Meta Sawl qal li kien se joqtol lil David, Ġonatan kellu jieħu deċiżjoni diffiċli. Hu ried ikun leali lejn missieru, imma ried ikun leali lejn David ukoll. Ġonatan kien jaf li Alla kien maʼ David u mhux maʼ Sawl, u allura għażel li jkun leali lejn David. Ġonatan wissa lil David biex jinħeba u mbagħad qal lil Sawl għala kellu jħalli lil David ħaj.—Aqra l-1 Samwel 19:1-6.
11, 12. L-imħabba lejn Alla kif tgħinna niddeċiedu li nkunu leali lejh?
11 Alice, oħt mill-Awstralja, kellha tiddeċiedi lejn min kienet se tkun leali. Waqt li kienet qed tistudja l-Bibbja, hi qalet lill-familja tagħha dwar l-affarijiet li kienet qed titgħallem. Hi qaltilhom ukoll li ma kinitx se tiċċelebra l-Milied magħhom u spjegatilhom għala. Għall-ewwel, il-membri tal-familja tagħha kienu diżappuntati, imma iktar tard saru rrabjati ħafna għaliha. Huma ħassew li Alice ma kienx jimpurtaha iktar minnhom. Imbagħad omm Alice qalet li ma riditx tara lil Alice iktar. Alice qalet: “Ixxokkjajt ruħi u ħassejtni mweġġgħa ħafna għax jien kont inħobb lill-familja tiegħi ħafna. Minkejja dan, kont determinata li Ġeħova u Ibnu kienu se jkunu l-ewwel f’ħajti, u tgħammidt fl-assemblea li kien imiss.”—Mattew 10:37.
12 M’għandniex inħallu l-lealtà lejn kwalunkwe ħaġa, bħal tim tal-isports, skola, jew pajjiż, issir iktar importanti għalina mil-lealtà tagħna lejn Ġeħova. Pereżempju, Henry kien jieħu pjaċir jilgħab iċ-chess maʼ sħabu tal-iskola u ried jirbaħ il-kampjonat tal-iskola tiegħu. Imma peress li kien jilgħab iċ-chess kull tmiem il-ġimgħa, ma kienx ikollu biżżejjed ħin għall-ministeru jew il-laqgħat. Henry qal li għalih iktar kien sar importanti li jkun leali lejn l-iskola milli li jkun leali lejn Alla. Allura, iddeċieda li jieqaf jilgħab iċ-chess għall-iskola tiegħu.—Mattew 6:33.
13. Il-lealtà lejn Alla kif tgħinna nkampaw mal-problemi fil-familja?
13 Kultant jistaʼ jkun diffiċli li nkunu leali lejn membri differenti tal-familja Ġenesi 2:24; 1 Korintin 13:4, 5.
tagħna fl-istess ħin. Pereżempju, Ken jgħid: “Ridt inżur b’mod regulari lil ommi li kienet imdaħħla fiż-żmien u biex kultant toqgħod magħna. Imma ommi u marti ma kinux jingwalawha.” Hu kompla jgħid: “Ma stajtx nogħġob lil waħda mingħajr ma niddiżappunta lill-oħra.” Ken ħaseb dwar dak li tgħid il-Bibbja u rrealizza li fil-każ tiegħu, kellu jogħġob lil martu u jkun leali lejha. Allura sab soluzzjoni li martu kienet kuntenta biha. Imbagħad, spjegalha għala kellha turi qalb tajba m’ommu. Hu spjega wkoll lil ommu għala għandha tirrispetta lil martu.—AqraMETA ĦU JITTRATTANA JEW JIFHIMNA ĦAŻIN
14. Sawl kif ittratta ħażin lil Ġonatan?
14 Aħna nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova wkoll jekk ħu li qed imexxi jittrattana ħażin. Is-Sultan Sawl kien maħtur minn Alla, però ttratta lil ibnu stess ħażin. Hu ma fehemx għala Ġonatan kien iħobb lil David. Allura meta Ġonatan ipprova jgħin lil David, Sawl irrabja ħafna, u imbarazza lil ibnu quddiem ħafna nies. Imma Ġonatan xorta baqaʼ juri rispett lejn missieru. Fl-istess ħin, hu baqaʼ leali lejn Ġeħova u lejn David, li ntgħażel minn Alla biex ikun is-sultan tal-Iżrael li kien imiss.—1 Samwel 20:30-41.
15. Jekk ħu jittrattana ħażin, kif għandna nirreaġixxu?
1 Samwel 1:13-17) Allura, jekk xi darba niġu ġġudikati jew mifhumin ħażin, ejja nibqgħu leali lejn Ġeħova.
15 Fil-kongregazzjonijiet tagħna tal-lum, l-aħwa li qed imexxu jipprovaw jimxu b’mod ġust maʼ kulħadd. Imma dawn l-aħwa huma imperfetti. Minħabba dan, huwa possibbli li forsi ma jifhmux għala nkunu għamilna xi ħaġa. (META JKUN DIFFIĊLI ĦAFNA BIEX INŻOMMU KELMITNA
16. F’liema sitwazzjonijiet għandna nkunu leali lejn Alla u mhux egoisti?
16 Sawl ried lil Ġonatan jilħaq sultan warajh minflok David. (1 Samwel 20:31) Imma Ġonatan kien iħobbu lil Ġeħova u kien leali lejh. Allura flok kien egoist, Ġonatan sar il-ħabib taʼ David u baqaʼ jżomm il-wegħda tiegħu jew kelmtu. Fil-fatt, kull min iħobb lil Ġeħova u hu leali lejh ikun qed jimxi fuq dan il-parir: “Għalkemm dak li ħalef jistaʼ jkun taʼ ħsara għalih, xorta ma jbiddlux.” (Salm 15:4) Minħabba li aħna leali lejn Alla, aħna nżommu l-wegħdi tagħna. Pereżempju, jekk nagħmlu arranġament taʼ negozju, aħna nagħmlu dak li nkunu qbilna dwaru, anki jekk saħansitra jsir diffiċli. U jekk għandna problemi fiż-żwieġ tagħna, aħna nuru l-imħabba li għandna għal Ġeħova billi nibqgħu leali lejn ir-raġel jew il-mara tagħna.—Aqra Malakija 2:13-16.
17. Dan l-istudju kif għenek?
17 Aħna rridu nkunu leali lejn Alla anki f’sitwazzjonijiet diffiċli, bħalma kien Ġonatan. Allura, ejja nibqgħu leali lejn ħutna rġiel u nisa meta jiddiżappuntawna. Imbagħad se nferrħu l-qalb taʼ Ġeħova, u huwa dan li jagħmilna l-iktar ferħanin. (Proverbji 27:11) Nistgħu nkunu ċerti li hu dejjem se jagħmel l-aħjar għalina u jieħu ħsiebna. Fl-artiklu li jmiss, se naraw x’nistgħu nitgħallmu minn xi wħud li kienu leali fi żmien David u minn oħrajn li ma kinux leali.
^ [1] (paragrafu 9) Xi ismijiet ġew mibdulin.