Tgħallem mill-qaddejja leali taʼ Ġeħova
“Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà.”—SALM 18:25.
1, 2. David kif wera li kien leali lejn Alla? (Ara l-ewwel stampa.)
SAWL u t-3,000 suldat tiegħu kienu qed ifittxu lil David fl-art xagħrija taʼ Ġuda biex joqtluh. Imma lejl minnhom, David u l-irġiel tiegħu sabu l-post fejn Sawl u s-suldati tiegħu kienu kkampjati. Kollha kienu reqdin, u allura David u Abisaj imxew inkiss inkiss minn quddiem is-suldati u sabu lil Sawl. Minn taħt l-ilsien Abisaj qal lil David: ‘Ħallini nsammru maʼ l-art bil-lanza darba biss, u ma nerġax nagħmillu hekk darbtejn.’ Imma David ma ħalliehx joqtol lil Sawl. Hu qal lil Abisaj: “Toqtlux, għax min medd idu fuq il-midluk taʼ Ġeħova u baqaʼ innoċenti?” Imbagħad David qal: “Ma jgħaddilix minn moħħi, mill-ħarsa taʼ Ġeħova, li mmidd idi fuq il-midluk taʼ Ġeħova!”—1 Samwel 26:8-12.
2 David fehem x’kellu bżonn jagħmel biex ikun leali lejn Ġeħova. Hu kien jaf li kellu jirrispetta lil Sawl, u lanqas biss għaddietlu minn rasu li jweġġgħu. Għala? Għax kien Alla li għażel lil Sawl biex ikun sultan tal-Iżrael. Illum, Salm 18:25.
bħall-passat, Ġeħova jrid lill-qaddejja tiegħu kollha jkunu leali lejh u jirrispettaw lil dawk li hu jħallihom ikollhom awtorità.—Aqra3. Abisaj kif kien leali lejn David?
3 Abisaj irrispetta lil David minħabba li kien jaf li Alla kien għażel lil David biex ikun sultan. Madankollu, wara li sar sultan, David dineb serjament. Hu kellu relazzjoni sesswali maʼ mart Urija u mbagħad qal lil Ġowab biex jagħmel ċert li Urija jinqatel fil-battalja. (2 Samwel 11:2-4, 14, 15; 1 Kronaki 2:16) Ġowab kien ħu Abisaj, u allura għandu mnejn li Abisaj kien semaʼ dwar dak li għamel David, imma xorta kompla jirrispetta lil David. Apparti minn hekk, Abisaj kien mexxej militari u setaʼ uża din l-awtorità biex jagħmel lilu nnifsu sultan, imma qatt m’għamel dan. Minflok, hu qeda lil David u pproteġieh mill-għedewwa tiegħu.—2 Samwel 10:10; 20:6; 21:15-17.
4. (a) David kif kien eżempju taʼ lealtà lejn Alla? (b) X’eżempji oħrajn se nikkunsidraw?
4 David kien leali lejn Ġeħova tul ħajtu kollha. Meta kien żagħżugħ, hu qatel il-ġgant Gulija, li kien qed jgħajjar lil Ġeħova u lill-Iżraelin. (1 Samwel 17:23, 26, 48-51) Meta David kien sultan, il-profeta taʼ Ġeħova, Natan, kellu jikkoreġih minħabba li dineb. Mill-ewwel, David ammetta li kien dineb, u nidem. (2 Samwel 12:1-5, 13) Iktar tard, meta David xjaħ, ta ħafna affarijiet prezzjużi biex jgħin fil-bini tat-tempju taʼ Ġeħova. (1 Kronaki 29:1-5) Hu ċar li għalkemm David għamel żbalji serji f’ħajtu, qatt ma waqaf ikun leali lejn Alla. (Salm 51:4, 10; 86:2) F’dan l-artiklu, se niddiskutu l-eżempju taʼ David u oħrajn li għexu fi żmienu u se nitgħallmu kif nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova iktar milli lejn kwalunkwe persuna oħra. U se niddiskutu kwalitajiet oħra li se jgħinuna nagħmlu dan.
SE TKUN LEALI LEJN ĠEĦOVA?
5. X’lezzjoni nitgħallmu mill-iżball t’Abisaj?
5 Meta Abisaj ried joqtol lil Sawl, hu kien qed jipprova jkun leali lejn David. Imma minħabba li David kien jaf li kien ikun ħażin li jweġġaʼ “l-midluk taʼ Ġeħova,” hu ma ħalliex lil Abisaj joqtol is-sultan. (1 Samwel 26:8-11) Dan jgħallimna lezzjoni importanti: Meta jkollna bżonn niddeċiedu lejn min irridu nkunu leali l-ewwel, ikollna bżonn naħsbu dwar liema prinċipji Bibliċi jistgħu jgħinuna fis-sitwazzjoni tagħna.
Hu iktar importanti li nkunu leali lejn Ġeħova milli lejn kwalunkwe persuna oħra
6. Għalkemm hu naturali li nkunu leali lejn il-familja u l-ħbieb tagħna, għala għandna noqogħdu attenti?
6 Huwa naturali li nkunu leali lejn xi ħadd li nħobbu, bħal xi ħabib jew membru tal-familja. Imma minħabba li aħna imperfetti, is-sentimenti tagħna jistgħu jqarrqu bina. (Ġeremija 17:9) Allura, jekk xi ħadd li nħobbu qiegħed jagħmel xi ħaġa ħażina u jitlaq mill-verità, għandna niftakru li hu iktar importanti li nkunu leali lejn Ġeħova milli lejn kwalunkwe persuna oħra.—Aqra Mattew 22:37.
7. Oħt kif baqgħet leali lejn Alla f’sitwazzjoni diffiċli?
7 Jekk xi ħadd fil-familja tiegħek ġie maqtugħ mis-sħubija, int tistaʼ turi lil Ġeħova li int leali Lejh. Pereżempju, darba minnhom omm li kienet maqtugħa mis-sħubija ċemplet lit-tifla tagħha Anne biex tgħidilha li tixtieq taraha. [1] (Ara n-nota fl-aħħar.) Omm Anne qalet li kienet imdejqa ħafna minħabba li l-familja rrifjutat li tkellimha. Dan ġiegħel lil Anne tħossha mdejqa, u wiegħdet li twiġibha b’ittra. Qabel ma kitbet l-ittra, Anne immeditat fuq xi prinċipji Bibliċi. (1 Korintin 5:11; 2 Ġwanni 9-11) Imbagħad, fl-ittra, spjegat b’qalb tajba li kienet ommha li telqet il-familja meta dinbet u li rrifjutat milli tindem. Anne qalet lil ommha li l-unika mod kif setgħet terġaʼ tkun ferħana kien billi tirritorna lejn Ġeħova.—Ġakbu 4:8.
8. Liema kwalitajiet se jgħinuna nkunu leali lejn Alla?
8 Qaddejja leali t’Alla fi żmien David ukoll kienu umli, qalbhom tajba, u kuraġġużi. Ejja naraw kif dawn il-kwalitajiet jistgħu jgħinuna nkunu leali lejn Ġeħova.
GĦANDNA NKUNU UMLI
9. Abner għala pprova joqtol lil David?
9 Ġonatan, bin Sawl, u Abner, il-kmandant tal-armata tal-Iżrael, raw lil David jieħu ras Gulija lis-Sultan Sawl. Ġonatan sar il-ħabib taʼ David u baqaʼ leali lejh. (1 Samwel 17:57–18:3) Imma Abner ma għamilx hekk. Fil-fatt, iktar tard saħansitra għen lil Sawl, li ried joqtol lil David. (1 Samwel 26:1-5; Salm 54:3) Kemm Ġonatan u kemm Abner kienu jafu li Alla ried li jkun David is-sultan li jmiss tal-Iżrael. Imma wara li miet Sawl, Abner ma appoġġax lil David. Anzi, ipprova jagħmel lil bin Sawl, Is-boset, sultan. Iktar tard, għandu mnejn li Abner ried ikun sultan hu nnifsu, u forsi għalhekk li kellu relazzjoni sesswali maʼ waħda min-nisa tas-Sultan Sawl. (2 Samwel 2:8-10; 3:6-11) Ġonatan u Abner għala kienu jħossuhom tant differenti dwar David? Minħabba li Ġonatan kien leali lejn Ġeħova u umli, imma Abner ma kienx.
10. Absalom għala ma kienx leali lejn Alla?
10 Absalom, l-iben tas-Sultan David, ma kienx leali lejn Alla għax ma kienx umli. Ried isir sultan, u allura talab għal “karru biż-żwiemel u b’ħamsin raġel jiġru quddiemu.” (2 Samwel 15:1) Barra minn hekk, ikkonvinċa lil ħafna Iżraelin biex ikunu leali lejh. Hu saħansitra pprova joqtol lil missieru, għalkemm kien jaf li Ġeħova kien għamel lil David sultan fuq l-Iżrael.—2 Samwel 15:13, 14; 17:1-4.
11. Kif nistgħu nibbenefikaw minn rakkonti Bibliċi dwar Abner, Absalom, u Baruk?
11 Meta individwu ma jkunx umli u jkun irid iktar awtorità, ikun diffiċli għalih li jibqaʼ leali lejn Alla. Ovvjament, aħna nħobbu lil Ġeħova, u ma rridux inkunu egoisti u mill-agħar bħal Abner u Absalom. Imma rridu noqogħdu attenti li ma nibdewx nixtiequ ħafna flus jew xogħol li jġegħelna nħossuna importanti. Dan jistaʼ jkisser ir-relazzjoni li għandna maʼ Ġeħova. Għal xi żmien, Baruk, is-segretarju taʼ Ġeremija, ried xi ħaġa li ma kellux u ma baqax kuntent f’li jaqdi lil Alla. Imbagħad Ġeħova qal lil Baruk: “Ara! Dak li bnejt se nġarrfu, u dak li ħawwilt se naqilgħu, iva, il-pajjiż kollu. Imma int, int qed tfittex ħwejjeġ kbar għalik innifsek. Tibqax tfittixhom.” (Ġeremija 45:4, 5) Baruk semaʼ minn Ġeħova. U aħna għandna nisimgħu minn Ġeħova wkoll, għax dalwaqt se jeqred din id-dinja mill-agħar.
Meta tgħid lil ħuk biex jitlob għall-għajnuna tal-anzjani, int tkun qed turi qalb tajba miegħu u tkun leali lejn Ġeħova
12. Uri għala ma nistgħux inkunu leali lejn Alla meta nkunu egoisti.
12 Daniel, ħu fil-Messiku, kellu jiddeċiedi lejn min kien se jkun leali. Hu ried jiżżewweġ tfajla li ma kinitx taqdi lil Ġeħova. Daniel jgħid: “Bqajt niktbilha saħansitra sa wara li dħalt fis-servizz taʼ pijunier.” Imma mbagħad irrealizza
li dak li kien qed jagħmel kien biss għall-egoiżmu tiegħu. Hu ma kienx qed ikun leali lejn Ġeħova, u kellu bżonn ikun umli. Allura tkellem m’anzjan tal-esperjenza dwar din it-tfajla. Daniel jispjega: “Hu għenni nifhem li biex inkun leali lejn Alla, kelli bżonn nieqaf niktbilha. Wara ħafna talb u biki, hekk għamilt. Ftit wara, il-ferħ fil-ministeru tiegħi żdied.” Daniel issa huwa miżżewweġ mara li tħobb lil Ġeħova, u hu qed jaqdi bħala indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet.IL-LEALTÀ LEJN ALLA TGĦINNA NKUNU QALBNA TAJBA
13. Natan kif baqaʼ leali kemm lejn Alla u kemm lejn David meta dineb David?
13 Meta nkunu leali lejn Ġeħova, aħna nistgħu wkoll inkunu leali lejn oħrajn u ngħinuhom bl-aħjar mod. Il-profeta Natan baqaʼ leali lejn Ġeħova u kien leali lejn David ukoll. Wara li David kien ħa mara taʼ ħaddieħor u mbagħad qatlu, Ġeħova bagħat lil Natan biex iwiddeb lil David. Natan kien kuraġġuż u obda lil Ġeħova. Imma hu aġixxa b’għaqal u kellem lil David b’qalb tajba. Hu ried jgħin lil David jifhem kemm id-dnubiet tiegħu kienu serji. Allura, irrakkontalu storja taʼ raġel sinjur li seraq l-unika ħarufa li raġel fqir kellu. Meta David semaʼ b’dan, hu rrabja ħafna għal dak li għamel ir-raġel sinjur. Natan imbagħad qal: “Int hu dak ir-raġel!” David irrealizza li kien dineb kontra Ġeħova.—2 Samwel 12:1-7, 13.
14. Kif tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova u lejn il-ħabib jew qarib tiegħek?
14 Int ukoll tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova l-ewwel u leali lejn oħrajn billi jkollok qalb tajba. Pereżempju, forsi għandek il-provi li ħu għamel dnub serju. Għandu mnejn tkun trid tkun leali lejh, speċjalment jekk ikun ħabib tal-qalb jew jiġi minnek. Imma int taf ukoll li hu iktar importanti li tkun leali lejn Ġeħova. Allura bħal Natan, obdi lil Ġeħova imma uri qalb tajba maʼ ħuk. Għidlu li għandu jitlob għall-għajnuna tal-anzjani u li m’għandux idum biex ikellimhom. Jekk ma jagħmilx hekk, imbagħad għandek tgħid lill-anzjani int stess. Billi tagħmel dan, int tkun leali lejn Ġeħova. U fl-istess ħin, int tkun qed turi qalb tajba maʼ ħuk għax l-anzjani jistgħu jgħinuh jerġaʼ jkollu relazzjoni tajba maʼ Ġeħova. Dawn se jikkoreġuh b’mod kalm u ġentili.—Aqra Levitiku 5:1; Galatin 6:1.
NEĦTIEĠU L-KURAĠĠ BIEX INKUNU LEALI LEJN ALLA
15, 16. Ħusaj għala kellu bżonn il-kuraġġ biex ikun leali lejn Alla?
15 Ħusaj kien wieħed mill-ħbieb leali tas-Sultan David. Meta n-nies riedu jagħmlu sultan lil Absalom, Ħusaj kellu bżonn il-kuraġġ biex jibqaʼ leali lejn David 2 Samwel 15:13; 16:15) Imma Ħusaj x’għamel? Abbanduna lil David u appoġġa lil Absalom? Le. Għalkemm David kellu ż-żmien u ħafna nies riedu joqtluh, Ħusaj baqaʼ leali lejh għax Ġeħova kien ħatar lil David biex ikun sultan. Allura, Ħusaj mar it-telgħa taż-Żebbuġ biex jiltaqaʼ maʼ David.—2 Samwel 15:30, 32.
u lejn Alla. Ħusaj kien jaf li Absalom kien mar Ġerusalemm mas-suldati tiegħu u li David kien ħarab. (16 David talab lil Ħusaj biex imur lura Ġerusalemm u jagħmel tabirruħu li hu l-ħabib taʼ Absalom ħalli jkun jistaʼ jikkonvinċi lil Absalom biex jismaʼ mill-parir tiegħu minflok mill-parir taʼ Aħitofel. Ħusaj kien kuraġġuż u ssogra ħajtu biex jobdi lil David u biex jibqaʼ leali lejn Ġeħova. David talab biex Ġeħova jgħin lil Ħusaj, u fil-fatt hekk ġara. Absalom semaʼ minn Ħusaj minflok minn Aħitofel.—2 Samwel 15:31; 17:14.
17. Għala għandna bżonn il-kuraġġ biex inkunu leali?
17 Għandna bżonn il-kuraġġ biex inkunu leali lejn Ġeħova u biex nobduh minflok ma nagħmlu dak li l-membri tal-familja, il-kollegi, jew l-awtoritajiet tal-gvern iriduna nagħmlu. Pereżempju, minn mindu kien għadu daqsxejn taʼ tifel, Taro, fil-Ġappun, għamel kulma setaʼ biex jikkuntenta lill-ġenituri tiegħu. Hu obdiehom u kien leali lejhom, mhux biss għax kellu d-dmir li jagħmel dan, imma għax kien iħobbhom. Imma meta beda jistudja max-Xhieda taʼ Ġeħova, il-ġenituri tiegħu riedu jwaqqfuh. Dan nikktu, u kien diffiċli ħafna għalih biex jgħidilhom li kien iddeċieda li jmur il-laqgħat. Taro jgħid: “Tant kienu rrabjati li għal diversi snin ma kinux iħalluni nżurhom id-dar. Tlabt għall-kuraġġ biex inżomm il-kelma tiegħi. Issa l-attitudni tagħhom hi aħjar, u nistaʼ nżurhom b’mod regulari.”—Aqra Proverbji 29:25.
18. Kif ibbenefikajt mill-istudju?
18 Bħal David, Ġonatan, Natan, u Ħusaj, nistgħu nħossu s-sodisfazzjon li jiġi milli nkunu leali lejn Ġeħova. Aħna qatt ma rridu nkunu bħal Abner u Absalom, li ma kinux leali. Huwa minnu li aħna imperfetti u li niżbaljaw. Imma ejja nuru lil Ġeħova li l-iktar ħaġa importanti f’ħajjitna hi li nkunu leali lejh.
^ [1] (paragrafu 7) Xi ismijiet ġew mibdulin.