“Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
“Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha, għammduhom . . . , u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.”—MATTEW 28:19, 20.
1, 2. Liema mistoqsijiet iqumu minħabba l-kliem taʼ Ġesù li nsibu f’Mattew 24:14?
ĠESÙ bassar li fl-aħħar jiem, l-aħbar tajba tas-Saltna se tiġi ppritkata lill-ġnus kollha. (Mattew 24:14) Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, aħna magħrufin mad-dinja kollha għall-ippritkar tagħna. Xi nies jieħdu pjaċir bil-messaġġ li nippritkaw, filwaqt li oħrajn le. Imma anke ftit minn dawk li ma jogħġobhomx il-messaġġ tagħna jirrispettawna minħabba x-xogħol li nagħmlu. Bħala Xhieda taʼ Ġeħova nsostnu li aħna l-uħud li qed jagħmlu x-xogħol li bassar Ġesù. Imma għandna d-dritt li ngħidu dan? Kif nistgħu nkunu ċerti li l-ippritkar tagħna hu x-xogħol li bassar Ġesù?
2 Ħafna gruppi reliġjużi jsostnu li qed jippritkaw il-messaġġ taʼ Ġesù. Imma jippritkaw biss permezz taʼ prietki fil-knisja, fuq it-televixin, jew fuq l-Internet, jew sempliċement jgħidu lil oħrajn kif huma tgħallmu dwar Ġesù. Oħrajn iħossu li jistgħu jippritkaw billi jgħinu lil dawk fil-bżonn
jew billi jagħmlu xogħol taʼ karità bħala tobba, infermieri, jew għalliema. Imma huma dawn l-attivitajiet, l-ippritkar li kien qed jitkellem dwaru Ġesù?3. Skont Mattew 28:19, 20, liema erbaʼ affarijiet għandhom jagħmlu s-segwaċi taʼ Ġesù?
3 Ried Ġesù li d-dixxipli tiegħu jistennew lin-nies jiġu għandhom? Le! Wara li rxoxta, Ġesù qal lil mijiet tas-segwaċi tiegħu: “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha, għammduhom . . . , u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.” (Mattew 28:19, 20) Għalhekk, bħala s-segwaċi taʼ Ġesù, irridu nagħmlu erbaʼ affarijiet. Irridu nagħmlu dixxipli, ngħammduhom, u ngħallmuhom. Imma l-ewwel irridu mmorru għand in-nies. Studjuż tal-Bibbja jispjega li kull Kristjan għandu r-responsabbiltà li ‘jmur’, jiġifieri, ir-responsabbiltà li jipprietka kemm lil dawk taʼ madwaru u kemm lil dawk li jgħixu ’l bogħod.—Mattew 10:7; Luqa 10:3.
4. X’jinvolvi biex insiru “sajjieda tal-bnedmin”?
4 Ġesù xi stenna mid-dixxipli tiegħu? Ried hu li jippritkaw waħedhom, jew ried li jkunu organizzati bħala grupp? Ladarba jkun impossibbli għal persuna waħda biex tipprietka lill-“ġnus kollha,” id-dixxipli tiegħu jridu jkunu organizzati bħala grupp. U Ġesù hekk ried ifisser meta stieden lid-dixxipli tiegħu biex isiru “sajjieda tal-bnedmin.” (Aqra Mattew 4:18-22.) Ġesù ma kienx qed jirreferi għal sajjied wieħed li juża x-xlief u l-lixka tiegħu, jistenna biex il-ħut jiġi għal-lixka. Minflok, is-sajd li Ġesù rrefera għalih involva l-użu tax-xbieki. Dan it-tip taʼ sajd jirrikjedi xogħol iebes, organizzar, u ħafna nies jaħdmu flimkien.—Luqa 5:1-11.
5. Liema erbaʼ mistoqsijiet iridu jiġu mwieġba, u għala?
5 Biex inkunu nafu min qed jipprietka l-aħbar tajba llum, irridu nwieġbu dawn l-erbaʼ mistoqsijiet:
-
Is-segwaċi taʼ Ġesù liema messaġġ għandhom jippritkaw?
-
X’għandu jkun il-mottiv tagħhom?
-
X’metodi għandhom jużaw?
-
Kemm għandu jkun mifrux ix-xogħol, u kemm għandu jdum għaddej?
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet se jgħinuna nidentifikaw min qed jagħmel dan ix-xogħol li jsalva l-ħajjiet. Minbarra dan, se jsaħħulna x-xewqa li nibqgħu nippritkaw.—1 Timotju 4:16.
X’GĦANDU JKUN IL-MESSAĠĠ?
6. Għala tistaʼ tkun konvint li x-Xhieda taʼ Ġeħova qegħdin jippritkaw il-messaġġ it-tajjeb?
6 Aqra Luqa 4:43. Ġesù pprietka “l-aħbar tajba tas-saltna” u jrid lid-dixxipli tiegħu jagħmlu l-istess. Liema grupp taʼ nies qed jipprietka dan il-messaġġ lil kulħadd? Ix-Xhieda taʼ Ġeħova biss! Anke wħud li mhumiex favurina jammettu dan. Pereżempju, innota x’qal wieħed qassis lil ħu. Dan il-qassis kien jaqdi bħala missjunarju f’ħafna pajjiżi differenti. F’kull pajjiż, il-qassis kien saqsa lix-Xhieda taʼ Ġeħova liema messaġġ kienu qed ixandru. Il-qassis qal, “Tant kienu stupidi li taw l-istess tweġiba: ‘L-aħbar tajba tas-Saltna.’” Il-kumment tal-qassis fil-fatt jikkonferma li aħna m’aħniex boloh imma li aħna magħqudin bħala Kristjani veri. (1 Korintin 1:10) Is-Saltna t’Alla hija wkoll il-messaġġ prinċipali tar-rivista It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova. Din ir-rivista hi disponibbli fʼ254 lingwa u medja taʼ 59,000,000 kopja taʼ kull ħarġa jiġu stampati. Dan jagħmilha l-iktar rivista mqassma mad-dinja!
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma l-uniċi nies li qed jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla
7. Kif nafu li l-kleru tal-Kristjaneżmu mhuwiex qed jipprietka l-messaġġ it-tajjeb?
7 Il-membri tal-kleru tal-Kristjaneżmu mhumiex qed jippritkaw dwar is-Saltna t’Alla. Jekk forsi jitkellmu dwar is-Saltna, ħafna minnhom jgħidu li hi xi ħaġa fil-qalb. (Luqa 17:21) Huma ma jgħallmux lin-nies li s-Saltna hi gvern fis-sema mmexxi minn Ġesù. Minflok, huma ġeneralment jitkellmu dwar Ġesù fil-Milied jew fl-Għid. Huma ma jispjegawx li s-Saltna se ssolvi l-problemi kollha tal-umanità u li dalwaqt se tneħħi l-ħażen kollu mid-dinja. (Rivelazzjoni 19:11-21) Jidher ċar li l-mexxejja tal-Kristjaneżmu ma jafux x’ħa jagħmel Ġesù bħala Sultan tas-Saltna t’Alla. U għax ma jifhmux il-messaġġ taʼ Ġesù, ma jifhmux il-għala għandhom jippritkaw.
X’GĦANDU JKUN IL-MOTTIV TAGĦNA?
8. Liema mottiv ħażin qatt m’għandu jkollna meta nippritkaw?
8 Id-dixxipli taʼ Ġesù m’għandhomx jippritkaw biex jagħmlu l-flus jew biex jibnu bini li jimpressjona. Ġesù qal: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:8) Għalhekk, l-ippritkar m’għandux ikun bħal negozju. (2 Korintin 2:17) Id-dixxipli taʼ Ġesù m’għandhomx jitolbu flus għall-ippritkar li jagħmlu. (Aqra Atti 20:33-35.) Għalkemm l-istruzzjoni taʼ Ġesù hi ċara, ħafna knejjes moħħhom biex jiġbru l-flus ħalli jżommu l-knejjes tagħhom f’kundizzjoni tajba u jħallsu lill-kleru u impjegati oħra. B’riżultat taʼ dan, ħafna mexxejja tal-Kristjaneżmu saru sinjuri ħafna.—Rivelazzjoni 17:4, 5.
L-ippritkar m’għandux ikun bħal negozju
9. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif urew li jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar b’mottiv xieraq?
9 Jiġbru flus ix-Xhieda taʼ Ġeħova fis-swali tas-Saltna jew fil-konvenzjonijiet tagħhom? Le! Ix-xogħol tagħhom hu appoġġat minn donazzjonijiet volontarji. (2 Korintin 9:7) Madankollu s-sena li għaddiet, ix-Xhieda taʼ Ġeħova qattgħu kważi żewġ biljun siegħa jippritkaw l-aħbar tajba u kkonduċew iktar minn disaʼ miljun studju tal-Bibbja kull xahar. Huma mhumiex imħallsa talli jippritkaw imma huma ferħanin li jużaw flushom biex jagħmlu dan ix-xogħol. Riċerkatur wieħed qal hekk dwar ix-xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova: “Il-mira prinċipali hi li jippritkaw u jgħallmu.” Hu żied jgħid li x-Xhieda taʼ Ġeħova m’għandhomx kleru li jitħallas. Allura jekk ma nxandrux għall-flus, x’inhu l-mottiv tagħna? Aħna nħobbu lil Ġeħova u lin-nies, u għalhekk nagħmlu dan ix-xogħol mill-qalb. Attitudni bħal din twettaq il-profezija li nsibu f’Salm 110:3. (Aqra.)
LIEMA METODI GĦANDHOM JINTUŻAW?
10. Ġesù u d-dixxipli tiegħu liema metodi użaw biex jippritkaw?
10 Ġesù u d-dixxipli tiegħu liema metodi użaw biex jippritkaw? Huma marru kull fejn setgħu jsibu n-nies. Pereżempju, ippritkaw fit-toroq u fis-suq. Ukoll, fittxew għan-nies fid-djar tagħhom. (Mattew 10:11; Luqa 8:1; Atti 5:42; 20:20) L-ippritkar minn dar għal dar kien mod organizzat kif setgħu jilħqu lil kull xorta taʼ nies.
11, 12. X’kuntrast hemm bejn l-isforzi tal-Kristjaneżmu biex jippritkaw l-aħbar tajba u l-isforzi tan-nies taʼ Ġeħova?
11 Qegħdin il-knejjes tal-Kristjaneżmu jippritkaw l-aħbar tajba bl-istess mod kif kien jagħmel Ġesù? Ġeneralment, il-membri tal-kleru jitħallsu biex jagħtu prietka lil dawk li jmorru l-knisja. Dawn il-mexxejja ma jagħmlux dixxipli ġodda imma sempliċiment jipprovaw iżommu l-membri tal-knisja li ġa għandhom. Kultant, ipprovaw iħeġġu lill-membri tagħhom biex jippritkaw. Pereżempju, fis-sena 2001, il-Papa Ġwanni Pawlu II f’ittra qal li l-membri tal-knisja għandhom jippritkaw l-Evanġelju u jkollhom
l-istess żelu bħalma kellu l-appostlu Pawlu, li qal: “Gwaj għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.” Imbagħad il-papa qal li dan l-ippritkar ma jridx isir biss minn ftit nies imħarrġin, imma mill-membri kollha tal-knisja. Madanakollu, ftit kienu n-nies li mxew fuq dak li qal.12 Xi ngħidu dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova? Huma l-uniċi nies li jippritkaw dwar li Ġesù ilu jmexxi bħala Sultan sa mill-1914. Huma jobdu lil Ġesù u jżommu l-ippritkar fl-ewwel post f’ħajjithom. (Marku 13:10) Il-ktieb Pillars of Faith—American Congregations and Their Partners qal li għax-Xhieda taʼ Ġeħova, l-ippritkar hu importanti ħafna. Qal ukoll li huma jipprovaw jgħinu wħud li huma bil-ġuħ, li jħossuhom waħedhom, u li huma morda. Minkejja dan, qatt ma jinsew li l-mira prinċipali tagħhom hi li jippritkaw dwar it-tmiem taʼ din id-dinja u li jgħallmu n-nies dwar is-salvazzjoni. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkomplu jippritkaw dan il-messaġġ u jkomplu jimitaw il-metodi taʼ ppritkar li użaw Ġesù u d-dixxipli tiegħu.
KEMM GĦANDU JKUN MIFRUX IX-XOGĦOL, U KEMM GĦANDU JDUM GĦADDEJ?
13. Kemm għandu jkun mifrux ix-xogħol tal-ippritkar?
13 Ġesù qal li s-segwaċi tiegħu kienu se jippritkaw u jgħallmu l-aħbar tajba “fl-art abitata kollha.” Dawn ġew ikkmandati biex jagħmlu dixxipli min-nies “tal-ġnus kollha.” (Mattew 24:14; 28:19, 20) Dan ifisser li l-aħbar tajba għandha bżonn tiġi ppritkata madwar id-dinja kollha.
14, 15. X’juri li x-Xhieda taʼ Ġeħova wettqu l-profezija taʼ Ġesù rigward kemm hu mifrux l-ippritkar? (Ara l-ewwel stampi.)
14 Ix-Xhieda taʼ Ġeħova biss wettqu l-profezija taʼ Ġesù li l-aħbar tajba se tiġi ppritkata madwar id-dinja. Għala ngħidu hekk? Fl-Istati Uniti, hemm xi 600,000 membru tal-kleru fil-Kristjaneżmu, filwaqt li hemm iktar minn xi 1,200,000 Xhud taʼ Ġeħova jippritkaw l-aħbar tajba f’dak il-pajjiż. Madwar id-dinja, hemm madwar 400,000 qassis Kattoliku, imma hemm iktar minn 8 miljun Xhud taʼ Ġeħova jippritkaw l-aħbar tajba f’240 pajjiż. Jidher ċar li x-Xhieda taʼ Ġeħova qed jippritkaw l-aħbar tajba madwar id-dinja, u dan iġib unur u tifħir lil Ġeħova!—Salm 34:1; 51:15.
15 Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, il-mira tagħna hi li nippritkaw l-aħbar tajba lil kemm jistaʼ jkun nies qabel ma jiġi t-tmiem. Biex nagħmlu dan ix-xogħol, ittraduċejna u ppubblikajna miljuni taʼ kotba, rivisti, fuljetti, u inviti tal-konvenzjoni u tat-Tifkira f’iktar minn 700 lingwa. Din il-letteratura noffruha lin-nies mingħajr ma nitolbu flus. Biss biss, is-sena li għaddiet, ippubblikajna madwar 4.5 biljun pubblikazzjoni Biblika. Ippubblikajna wkoll iktar minn 200 miljun kopja tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa f’iktar minn 130 lingwa. Fuq il-Websajt uffiċjali tagħna, hemm informazzjoni li hi disponibbli f’iktar minn 750 lingwa. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova biss qed jagħmlu xogħol tant tal-għaġeb bħal dan.
16. Kif nafu li x-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom l-ispirtu t’Alla?
16 Kemm se jdum għaddej l-ippritkar? Atti 1:8; 1 Pietru 4:14) Xi nies reliġjużi forsi jgħidu: “Aħna għandna l-ispirtu s-santu.” Imma jistgħu jagħmlu x-xogħol li x-Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu f’dawn l-aħħar jiem? Xi gruppi pprovaw jippritkaw bħalna, imma ma rnexxilhomx. Oħrajn huma lesti li jippritkaw, imma għal ċertu perijodu taʼ żmien biss. Jerġaʼ oħrajn jippritkaw minn dar għal dar, imma ma jippritkawx l-aħbar tajba tas-Saltna. Allura ma jistax ikun li qed jagħmlu x-xogħol li beda Ġesù.
Ġesù qal li l-aħbar tajba kienet se tiġi ppritkata sakemm jiġi t-tmiem. Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, irnexxielna nibqgħu għaddejjin bl-ippritkar matul l-aħħar jiem, grazzi għall-ispirtu qaddis taʼ Ġeħova. (MIN VERAMENT QED JIPPRIETKA L-AĦBAR TAJBA LLUM?
17, 18. (a) Għala nistgħu nkunu ċerti li x-Xhieda taʼ Ġeħova huma l-uħud li qed jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna llum? (b) Kif inhu possibbli għalina biex inkomplu nagħmlu dan ix-xogħol?
17 Għalhekk, min qed jipprietka l-aħbar tajba tas-Saltna llum? Ix-Xhieda taʼ Ġeħova biss! Kif nafu dan? Għax qed nippritkaw il-messaġġ it-tajjeb, l-aħbar tajba tas-Saltna. Qed infittxu n-nies permezz tal-ministeru tagħna, u allura qed nużaw il-metodi t-tajbin. Għandna l-mottiv it-tajjeb biex nippritkaw, jiġifieri, li nħobbu lil Ġeħova u lin-nies. L-ippritkar tagħna hu mifrux maʼ kullimkien għax nippritkaw lin-nies tal-ġnus kollha u taʼ kull lingwa. U se nkomplu nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna sakemm jiġi t-tmiem!
18 Hu verament tal-għaġeb li naraw ix-xogħol meraviljuż li n-nies taʼ Ġeħova qed jagħmlu biex tiġi pritkata l-aħbar tajba f’dawn l-aħħar jiem. Imma kif qed jirnexxilna nagħmlu dan ix-xogħol kollu? L-appostlu Pawlu jispjega: “Alla hu dak li, għax hekk għoġbu, qed jaħdem fikom kemm biex ikollkom ir-rieda u kemm biex taġixxu.” (Filippin 2:13) Jalla Ġeħova jkompli jagħtina s-saħħa li għandna bżonn ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar tagħna biex inkomplu nippritkaw l-aħbar tajba!—2 Timotju 4:5.