IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Mejju 2020

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju li se jiġu studjati bejn is-6 taʼ Lulju sat-2 t’Awwissu 2020.

“Is-Sultan tat-Tramuntana” fi Żmien it-Tmiem

Artiklu għall-istudju 19: 6-12 taʼ Lulju 2020. Qed naraw evidenza li l-profezija taʼ Danjel dwar “is-sultan tat-tramuntana” u “s-sultan tan-nofsinhar” qed tkompli titwettaq. Kif nistgħu nkunu daqshekk ċerti? U għala għandna bżonn nifhmu d-dettalji taʼ din il-profezija?

Żewġ Slaten li Jiġġieldu Kontra Xulxin fi Żmien it-Tmiem

Il-profezija “tas-sultan tat-tramuntana” u “tas-sultan tan-nofsinhar” seħħew fl-istess żmien taʼ profeziji oħra. Dawn kif jagħtu prova li dis-sistema dalwaqt se tispiċċa?

Min Hu “s-Sultan tat-Tramuntana” Llum?

Artiklu għall-istudju 20: Mit-13-19 taʼ Lulju 2020. Min hu “s-sultan tat-tramuntana” llum, u kif se jinqered? It-tweġiba tistaʼ ssaħħaħ iktar il-fidi tagħna u tippreparana għal dak li se jiġri dalwaqt.

Tapprezza Int l-Affarijiet Tajbin li Tak Alla?

Artiklu għall-istudju 21: Mill-20-26 taʼ Lulju 2020. Dan l-artiklu ser ikabbar l-apprezzament tagħna għal Ġeħova u għal xi rigali li tana. Se jgħinna wkoll biex nirraġunaw maʼ dawk li ma jemmnux li Alla jeżisti.

Uri li Tapprezza r-Rigali li Ma Jidhrux

Artiklu għall-istudju 22: Mis-27 taʼ Lulju–2 t’Awwissu 2020. Fl-ewwel artiklu, iddiskutejna xi rigali mingħand Alla li nistgħu naraw. Dan l-artiklu se jiffoka fuq rigali li ma nistgħux naraw u kif nistgħu nuru li napprezzawhom. Dan se jgħinna wkoll biex nuru iktar apprezzament lil Ġeħova, il-Wieħed li tahomlna.