Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Idea Biex Tfittex

Idea Biex Tfittex

Affarijiet Biex Tgħallem lit-Tfal

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà kbira biex jgħallmu lit-tfal tagħhom dwar Ġeħova. (Efes. 6:4) Biex tgħinhom, l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova għamlet ħafna artikli, vidjows u kanzunetti. Kif tistaʼ tużahom biex tgħallem lit-tfal tiegħek?

  • Ara x’hemm fuq JW.ORG. Fuq il-website tistaʼ ssib il-vidjows u l-attivitajiet kollha għat-tfal u ż-żgħażagħ. a Biex issibhom mur Tagħlim tal-Bibbja mbagħad Tfal jew Tagħlim tal-Bibbja mbagħad Żgħażagħ.

  • Ara x’inhu l-aħjar għat-tfal tiegħek. Ara liema vidjows u attivitajiet hemm taħt is-sezzjoni “Tfal” li tistaʼ tuża biex tgħallem lit-tfal tiegħek. Biex issib iżjed minn dawn fittex “Proġetti għall-Qima Bħala Familja.”

  • Qattaʼ l-ħin mat-tfal. Tħallix it-tfal jaraw il-vidjows jew jagħmlu l-attivitajiet biex ikollhom xi ħaġa x’jagħmlu. Minflok tkellem mat-tfal tiegħek dwarhom u għinhom biex ikunu ħbieb maʼ Ġeħova.

a Bħalissa fil-JW Library® hemm il-vidjows kollha għaż-żgħażagħ imma m’hemmx l-attivitajiet kollha biex ipinġu u jiktbu fuqhom.