Tiftakar Int?
Tiftakar Int?
Sibt int il-ħarġiet reċenti taʼ It-Torri taʼ l-Għassa taʼ valur prattiku għalik? Allura għala ma tittestjax il-memorja tiegħek bil-mistoqsijiet li ġejjin:
◻ Liema żewġ mistoqsijiet għenu lil ħafna Kristjani li ffaċċjaw deċiżjonijiet rigward l-impjieg biex jieħdu deċiżjoni persunali?
L-ewwel mistoqsija fundamentali hi: Huwa x-xogħol sekulari nnifsu kundannat fil-Bibbja? It-tieni mistoqsija hi: Li wieħed jagħmel dan ix-xogħol jagħmel lill-individwu kompliċi fi prattika kundannata?—4/15, paġna 28.
◻ ‘Il-ħolqien uman’ b’liema mod ‘ġie mixħut taħt il-frugħa’? (Rumani 8:20)
Aħna ‘ġejna mixħutin taħt il-frugħa’ minħabba dak li għamlu l-ġenituri oriġinali tagħna, Adam u Eva. Ma kienx ‘minn rajna’ jew b’riżultat taʼ xi għażla persunali individwali li ġara dan. Dan aħna writnieh. Billi wera ħniena magħhom, għalkemm issa setgħu jgħaddulhom biss l-imperfezzjoni, id-dnub, u l-mewt, Jehovah xorta ħalliehom jipproduċu t-tfal. Il-mewt laħqet lill-bnedmin kollha, u huwa f’dan is-sens li Alla ‘xeħet il-ħolqien taħt il-frugħa.’—5/1, paġna 5.
◻ Għala huwa loġiku li tgħid li l-“profanazzjoni” se tkun ‘qegħda fil-post imqaddes’ fil-futur? (Mattew 24:15)
Fil-mudell l-antik, ‘il-profanazzjoni u l-ħerba fil-post imqaddes’ kienu konnessi maʼ l-attakk Ruman taħt il-Ġeneral Gallu fis-sena 66 E.K. Il-parallel taʼ żmienna taʼ dak l-attakk—meta tfaqqaʼ t-tribulazzjoni l-kbira—għadu ġej. (Mattew 24:21) Għalhekk, “il-profanazzjoni” li ġġib il-ħerba evidentement għad trid toqgħod f’post qaddis.—5/1, paġni 16, 17.
◻ Kif jistgħu ġenituri li jaħdmu jsibu ħin għat-tfal tagħhom?
L-omm li tħossha għajjiena mejta wara ġurnata xogħol, tistaʼ tistaqsi lit-tfal tagħha biex jgħinuha tħejji l-ikel. Il-missier b’lista twila daqsiex t’affarijiet li jkollu jagħmilhom fi tmiem il-ġimgħa jistaʼ jagħmel xi ftit minn dan ix-xogħol maʼ wliedu.—5/15, paġna 6.
◻ Dawk li ‘jimxu fit-triq taʼ Jehovah’ x’iridu jagħmlu? (Ġeremija 7:23)
Li nimxu fit-triq taʼ Jehovah jirrikjedi lealtà—determinazzjoni li naqdu lilu biss. Jirrikjedi fiduċja—fidi sħiħa li l-wegħdi taʼ Jehovah huma taʼ min joqgħod fuqhom u li dawn se jseħħu. Li nimxu fit-triq taʼ Jehovah jirrikjedi ubbidjenza—li nsegwu l-liġijiet tiegħu mingħajr ma niżvijaw u nżommu l-livelli għoljin tiegħu. (Salm 11:7)—5/15, paġna 14.
◻ X’inhuma erbaʼ responsabbiltajiet importanti li d-‘doni fi bnedmin’ jistgħu jwettqu? (Efesin 4:8)
Huma jistgħu jaġġustawna mill-ġdid b’mod teneru, jibnuna bl-imħabba, dejjem lesti li jippreservaw l-unità tagħna, u jipproteġuna b’mod kuraġġuż. (Efesin 4:12-14)—6/1, paġna 14.
◻ X’nistgħu nitgħallmu mis-sħubija taʼ Pawlu maʼ xi mitt individwu msemmijin f’Atti u fl-ittri tiegħu?
Għandna dejjem naħdmu maʼ l-organizzazzjoni t’Alla, mal-kongregazzjoni lokali tagħna, u maʼ l-adoraturi sħabna. Għandna bżonn l-għajnuna, l-appoġġ, u l-faraġ tagħhom kemm fil-bnazzi u kemm fil-maltemp.—6/1, paġna 31.
◻ Liema linja taʼ raġunar maqsuma fi tlieta tistaʼ tuża biex tgħin lil oħrajn jaħsbu dwar il-Ħallieq?
Il-preċiżjoni li tidher fl-univers bla tarf, l-oriġini tal-ħajja fuq l-art, u l-mod uniku kif bla dubju jaħdem il-moħħ uman, bil-kapaċitajiet varji tiegħu.—6/15, paġna 18.
◻ Li nifhmu x’ifisser l-isem persunali tal-Ħallieq għaliex huwa tant importanti?
Isem Alla jissinjifika “Hu Jikkaġuna li Jsir” u jenfasizza li hu jifforma skop u jaġixxi fuqu. Billi nkunu nafu u nużaw ismu, aħna nistgħu napprezzaw aħjar li hu jwettaq il-wegħdi li jagħmel u jwassal b’mod attiv l-iskop tiegħu sat-tmiem.—6/15, paġna 21.
◻ X’jistaʼ jsir biex ninvolvu lit-tfal fl-istudju tal-familja?
Fejn ikun possibbli, ara li kull wieħed mit-tfal ikollu l-Bibbja u l-pubblikazzjoni li tkunu qed tistudjaw. Tistaʼ tistaqsi liċ-ċkejken jispjega stampa li tidher fil-materjal li jkun qed jiġi studjat, u tifel żgħir jistaʼ jiġi assenjat bil-quddiem biex jaqra xi skrittura. Tifel akbar jistaʼ jiġi assenjat biex isemmi xi opportunitajiet fejn il-materjal taʼ l-istudju jistaʼ jiġi applikat b’mod prattiku.—7/1, paġna 15.
◻ Bħala familja liema miri rigward il-preparazzjoni għal-laqgħat nistgħu naħdmu fuqhom?
(1) Kull wieħed fil-familja jkun lest li jikkummenta fil-laqgħat tal-kongregazzjoni; (2) kull wieħed jaħdem biex il-kummenti jagħmilhom fi kliemu stess; (3) ninkludu l-iskritturi fil-kummenti; u (4) nanalizzaw il-materjal bil-mira li napplikawh personalment.—7/1, paġna 20.
◻ X’inhu l-muftieħ għal żwieġ tajjeb?
Biex jiżvelaw u jesperjenzaw il-ferħ prezzjuż taʼ żwieġ tajjeb, komunikazzjoni bnina hija xi ħaġa essenzjali. Din tinvolvi li taqsam sentimenti u ideat maʼ ħaddieħor. U komunikazzjoni bnina tinkludi affarijiet li huma edifikanti, rifreskanti, virtużi, li ħaqqhom it-tifħir, u li jikkonslaw. (Efesin 4:29-32; Filippin 4:8)—7/15, paġna 21.
◻ X’inhi ‘t-triq’ taʼ Jehovah? (Salm 25:8, 9, 12)
Din it-triq hija t-triq taʼ l-imħabba. Hija bbażata fuq li wieħed jagħmel dak li hu sewwa skond il-livelli t’Alla. Il-Bibbja ssejjaħ dan l-applikar taʼ l-imħabba bi prinċipju “triq li tgħaddihom.” (1 Korintin 12:31)—8/1, paġna 12.