Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna

Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna

Nhar is-​Sibt, 2 t’Ottubru, 1999, il-​Laqgħa Annwali tal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania ntemmet b’avviż li tant kien taʼ sorpriża. L-​10,594 li kienu preżenti jew inkella kollegati permezz tat-​telefon ferħu ħafna meta semgħu li kienu żdiedu erbaʼ membri ġodda mal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Il-​membri ġodda, li lkoll huma Kristjani midlukin, huma Samuel F. Herd; M. Stephen Lett; Guy H. Pierce; u David H. Splane.

• Samuel Herd beda fix-​xogħol taʼ pijunier fl-​1958, u mill-​1965 sa l-​1997, qeda fix-​xogħol tas-​circuit u dak distrettwali. Wara dan, hu u martu Gloria bdew jagħmlu parti mill-​familja taʼ Betel fl-​Istati Uniti, fejn Ħuna Herd kien qed jaħdem fid-​Dipartiment tas-​Servizz. Kien qed jaqdi wkoll bħala ajjutant għall-​Kumitat tas-​Servizz.

• Stephen Lett beda fix-​xogħol taʼ pijunier f’Diċembru taʼ l-​1966, u mill-​1967 sa l-​1971, qeda ġewwa Betel fl-​Istati Uniti. F’Ottubru taʼ l-​1971, hu żżewweġ lil martu Susan u beda jaqdi bħala pijunier speċjali. Mill-​1979 sa l-​1998, hu qeda bħala indokratur tas-​circuit. F’April taʼ l-​1998, hu u Susan bdew jagħmlu parti mill-​familja taʼ Betel fl-​Istati Uniti. Hemmhekk hu kien qed jaħdem fid-​Dipartiment tas-​Servizz u kien ajjutant għall-​Kumitat tat-​Tagħlim.

• Guy Pierce rabba familja u mbagħad beda fix-​xogħol taʼ pijunier flimkien maʼ martu f’April taʼ l-​1982. Hu qeda bħala indokratur tas-​circuit mill-​1986 sa l-​1997, meta hu u martu Penny bdew jagħmlu parti mill-​familja taʼ Betel fl-​Istati Uniti. Ħuna Pierce kien qed jaqdi bħala ajjutant għall-​Kumitat tal-​Personell.

• David Splane beda fix-​xogħol taʼ pijunier f’Settembru taʼ l-​1963. Hu ggradwa mit-​42 klassi taʼ Gilgħad, u qeda bħala missjunarju fis-​Senegal, ġewwa l-​Afrika, u mbagħad qeda għal 19-il sena fix-​xogħol tas-​circuit ġewwa l-​Kanada. Hu u martu Linda ilhom jaqdu ġewwa Betel fl-​Istati Uniti sa mill-​1990, fejn Ħuna Splane ħadem fid-​Dipartimenti tas-​Servizz u tal-​Kitba. Mill-​1998 ’l hawn, kien qed jaqdi bħala ajjutant għad-​Dipartiment tal-​Kitba.

Minbarra l-​erbaʼ membri ġodda, il-​Ġemgħa li Tiggverna issa tikkonsisti minn C. W. Barber, J. E. Barr, M. G. Henschel, G. Lösch, T. Jaracz, K. F. Klein, A. D. Schroeder, L. A. Swingle, u D. Sydlik. Aħna lkoll nitolbu lil Jehovah biex ikompli jbierek u jsaħħaħ lill-​Ġemgħa li Tiggverna, li issa żdiedet, hekk kif tkompli tindokra l-​attivitajiet tal-​poplu t’Alla madwar id-​dinja u taqdi l-​interessi spiritwali tagħhom.