Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Bnedmin—Ftit Iktar Minn Annimali?

Il-Bnedmin—Ftit Iktar Minn Annimali?

“Jagħmel xi differenza x’nemmnu dwar l-​oriġini tal-​ħajja?”

Din il-​mistoqsija qajmitha tfajla taʼ 16-il sena fil-​Brażil fl-​introduzzjoni tat-​taħdita tagħha dwar is-​suġġett “Il-​Bnedmin—Ftit Iktar minn Annimali?” L-​għalliema stiednet lil din l-​istudenta biex tkellem lill-​klassi fuq din il-​mistoqsija, wara li l-​għalliema kienet irċiviet kopja tal-​ħarġa tat-​22 taʼ Ġunju, 1998, taʼ l-​Awake! fuq dan is-​suġġett.

Ix-Xhud żagħżugħa wriet biċ-​ċar kemm kien diżastruż it-​tagħlim taʼ l-​evoluzzjoni bbażat fuq is-​selezzjoni naturali. Per eżempju, ħafna nies iħossu li t-​teorija taʼ l-​evoluzzjoni wasslet lil xi wħud biex iqisu l-​gwerra bħala sempliċi parti naturali mit-​taqbida eterna għas-​sopravivenza, u b’hekk għenet biex twitti t-​triq għall-​iżvilupp tal-​Faxxiżmu u n-​Naziżmu.

L-istudenta wriet li hemm baħar jaqsam bejn il-​bnedmin u l-​annimali. Hi qalet: “Il-​bnedmin biss jistgħu jiżviluppaw l-​ispiritwalità. Il-​bnedmin biss jipprovaw jiskopru t-​tifsir u l-​iskop tal-​ħajja. Il-​bnedmin biss iħabblu rashom dwar il-​mewt, huma konċernati dwar l-​oriġini tagħhom, u għandhom ix-​xewqa li jgħixu għal dejjem. Kemm hu importanti li nqattgħu ħin biex insiru nafu ftit iktar dwar l-​oriġini ­tagħna!”

L-għalliema faħħret din il-​preżentazzjoni mill-​aħjar. Hi rabtet is-​suċċess tal-​preżentazzjoni mal-​fatt li din ix-​Xhud żagħżugħa tħobb taqra. Fl-​iskola, it-​tfajla hija magħrufa bħala qarrejja akkanita taʼ pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja bħal Stenbaħ! u It-​Torri taʼ l-​Għassa.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah huma mħassbin sinċerament dwar l-​effett li qed ikollha t-​teorija taʼ l-​evoluzzjoni fuq il-​qlub u l-​imħuħ taż-​żgħażagħ. Għal din ir-​raġuni, il-​kongregazzjoni fejn tassoċja din it-​tfajla inkuraġġiet lix-​Xhieda żgħażagħ biex jagħtu kopja tar-​rivista Awake! tat-​22 taʼ Ġunju, 1998, lill-​għalliema tagħhom u lil sħabhom tal-​klassi. Xi 230 rivista tqassmu f’diversi skejjel f’dik il-​belt. F’waħda mill-​iskejjel, il-​kap tad-​Dipartiment tax-​Xjenza abbona fir-​rivista Stenbaħ!

Iva, jagħmel differenza x’nemmnu dwar l-​oriġini tal-​ħajja! Din iż-​żagħżugħa u ħbiebha wrew li twemmin fil-​Ħallieq għamel tabilħaqq differenza f’ħajjithom.