Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Laqgħa Annwali fis-7 t’Ottubru, 2000

Laqgħa Annwali fis-7 t’Ottubru, 2000

IL-​LAQGĦA ANNWALI tal-​membri tal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania se ssir fis-​7 t’Ottubru, 2000, fis-​Sala taʼ l-​Assemblea tax-​Xhieda taʼ Jehovah, 2932 Kennedy Boulevard, Jersey City, New Jersey. Fid-​9:15 a.m. se tinżamm laqgħa preliminari li hija biss għal dawk li huma membri, u warajha ssir il-​laqgħa annwali ġenerali fl-​10:00 a.m.

Il-membri tal-​korporazzjoni għandhom jinformaw lill-​Uffiċċju tas-​Segretarju issa rigward xi tibdil fl-​indirizzi postali tagħhom li sar matul is-​sena li għaddiet, ħalli b’hekk l-​ittri taʼ l-​avviżi li jintbagħtu normalment kif ukoll il-​prokuri jkunu jistgħu jaslulhom f’Lulju.

Il-prokuri, li se jintbagħtu lill-​membri flimkien maʼ l-​avviż tal-​laqgħa annwali, għandhom jintbagħtu lura biex jaslu fl-​Uffiċċju tas-​Segretarju tas-​Soċjetà mhux iktar tard mill-​1 t’Awissu. Kull membru għandu jimla u jibgħat lura l-​prokura tiegħu minnufih, u jgħid jekk hux se jkun preżenti personalment għal-​laqgħa jew le. L-​informazzjoni mogħtija f’kull prokura għandha tkun definita fuq dan il-​punt, ladarba se nużawha biex niddeterminaw min se jkun preżenti personalment.

Huwa mistenni li s-​sessjoni kollha, inkluż il-​laqgħa taʼ l-​affarijiet formali u r-​rapporti, se tkun intemmet sas-​1:00 p.m. jew xi ftit wara. Mhux se jkun hemm sessjoni taʼ wara nofsinhar. Minħabba li l-​ispazju huwa limitat, dawk li jkollhom il-​biljett biss ikunu jistgħu jidħlu. Mhux se jsiru arranġamenti biex il-​laqgħa annwali tiġi konnessa m’awditorji oħrajn permezz tal-​linji tat-​telefon.