Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-Għerf Divin Kif Jintwera?

L-Għerf Divin Kif Jintwera?

“L-​GĦERF tal-​fqir jistmerruh u għal kliemu ma jagħtux widen.” B’dan il-​kliem, is-​Sultan għaref Salamun ikkonkluda l-​istorja taʼ wieħed raġel fqir imma għaref li salva belt sħiħa mill-​qerda. B’sogħba, iżda, “ħadd ma baqaʼ jiftakru ’l dak il-​fqir.”—Koħèlet 9:14-16.

Il-bnedmin għandhom it-​tendenza li jistmerru lil nies foqra, saħansitra jekk dawn il-​foqra jkunu għamlu għemejjel kbar. Hekk ġara fil-​każ taʼ Ġesù. Isaija pprofetizza dwaru: “Kien imżeblaħ u mwarrab mill-​bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-​mard.” (Isaija 53:3) Ġesù ġie mżeblaħ minn xi wħud sempliċement għax ma kienx bniedem importanti jew ma kellux il-​prominenza bħall-​mexxejja taʼ żmienu. Madankollu, l-​għerf li kellu kien jisboq bil-​wisq l-​għerf taʼ kwalunkwe bniedem midneb. In-​nies tal-​post fejn trabba Ġesù ma ridux jammettu li dan “bin il-​mastrudaxxa” kellu dan l-​għerf kollu u wettaq għemejjel tant taʼ l-​għaġeb. Imma kemm żbaljaw, għax ir-​rakkont ikompli jgħid li Ġesù “ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom.” X’tilfu dawk in-​nies!—Mattew 13:54-58.

Jalla ma nagħmlux l-​istess żball. ‘L-​Għerf taʼ Alla jagħtuh raġun l-​opri tiegħu stess,’ qal Ġesù. Dawk li qed jagħmlu x-​xogħol t’Alla u jikkomunikaw l-​għerf mis-​sema ma jintgħarfux għax huma nies importanti jew għax għandhom ċerta pożizzjoni soċjali. Huma jintgħarfu għax jipproduċu “frott tajjeb”—il-​fidi u l-​għemejjel tagħhom, li huma bbażati fuq il-​Bibbja.—Mattew 7:18-20; 11:19.