Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-Imħabba Kristjana Mhux Biss Kliem

L-Imħabba Kristjana Mhux Biss Kliem

Meta l-​familja Bartholomew inħarqitilhom id-​dar ġewwa Trinidad, huma tilfu kollox minbarra ħajjithom. Waħda minn qrabathom li kienet tgħix viċin tagħhom laqgħethom f’darha, imma l-​istorja ma spiċċatx hemm.

Olive Bartholomew hija waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Il-​membri tal-​kongregazzjoni fejn tattendi hi, kif ukoll oħrajn minn kongregazzjonijiet fil-​viċin, bdew jagħtu kontribuzzjonijiet sabiex tinbena mill-​ġdid id-​dar li hi u l-​familja tagħha kienu tilfu. Ġie fformat kumitat biex jidderieġi l-​proġett tal-​bini, u x-​xogħol beda. Bejn wieħed u ieħor ħadu sehem xi 20 Xhud flimkien maʼ xi ġirien. Saħansitra ż-​żgħażagħ taw daqqa t’id, filwaqt li kien hemm oħrajn li ħadu ħsieb l-​ikel u x-​xorb.

“Il-​familja tiegħi baqgħet impressjonata,” qalet Olive, kif ġie rapportat fis-​Sunday Guardian taʼ Trinidad. “Huma m’humiex Xhieda, u żewġi għadu ma jistax jemmen lil għajnejh.”

Waqt li spjega fil-​qosor dak li kien qed jiġri, il-​koordinatur tal-​proġett tal-​bini enfasizza l-​fatt li huma għemejjel bħal dawn li jidentifikaw tassew il-​Kristjanità vera. “Aħna mhux biss nitkellmu dwar l-​imħabba minn dar għal dar,” hu stqarr. “Aħna qed nipprovaw nipprattikaw dak li ngħallmu.”—Ġwann 13:​34, 35.

[Stampa f’paġna 32]

Olive Bartholomew flimkien maʼ żewġha