Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Eżempju taʼ Unità”

“Eżempju taʼ Unità”

Dan kien it-​titlu taʼ editorjal pubblikat f’gazzetta f’Indaiatuba, São Paulo, il-​Brażil. Min tah dan l-​eżempju? “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah, li qed jippjanaw biex jibnu ‘Sala tas-​Saltna’ ġdida, bħalma jissejħu t-​tempji u l-​awditorji tagħhom, qed jagħtu eżempju pożittiv u reali taʼ kooperazzjoni li ma jistax jiġi injorat,” spjega l-​kittieb.

L-unità fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah tkun evidenti f’okkażjonijiet bħal dawn. B’hekk, l-​artiklu ġibed l-​attenzjoni lejn dan il-​fatt: “Huwa kommoventi li tara volontieri rġiel, nisa, u żgħażagħ li minn rajhom jaħdmu flimkien biex jibnu post fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu flimkien biex iqimu lil Alla.”

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jagħtu eżempju tajjeb f’aspetti oħrajn ukoll. “Barra li jistudjaw u jitolbu, il-​mira tagħhom hi li jgħinu lill-​alkoħoliċi u lil dawk li jabbużaw mid-​droga biex jaqtgħu l-​vizzju tagħhom u juru lin-​nies it-​triq tas-​solidarjetà u l-​imħabba,” żied l-​editorjal. Kif jagħmluh dan? Ix-​Xhieda jafu li jekk individwu jitgħallem u japplika l-​pariri tal-​Bibbja jistaʼ jaqtaʼ l-​vizzji. Huwa għalhekk li jistinkaw biex jgħallmu lil ħaddieħor dak li jkunu tgħallmu mill-​Bibbja. L-​editorjal jikkonkludi li dan tagħhom huwa “eżempju li, mingħajr dubju, hemm bżonn li jiġi imitat bla dewmien.”

Il-laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah huma miftuħin għall-​pubbliku u ma jsirx ġbir fihom. Int mistieden mill-​qalb li żżur xi Sala tas-​Saltna qrib tiegħek.