Kif Għandna Nqisuhom il-Provi?
Kif Għandna Nqisuhom il-Provi?
TIĠRIB! Provi! Kulħadd irid iħabbat wiċċu magħhom. Dawn jistgħu jkunu kaġunati minħabba differenzi fil-personalitajiet, diffikultajiet ekonomiċi, nuqqas taʼ saħħa, tentazzjonijiet, pressjoni minn dawk taʼ madwarna biex nagħmlu l-ħażin, persekuzzjoni, sfidi minħabba l-waqfa tagħna rigward in-newtralità jew kontra l-idolatrija, u ħafna affarijiet oħra. Ikunu xi jkunu l-provi li niffaċċjaw, dawn spiss jikkaġunaw ansjetà kbira. Kif nistgħu nittrattawhom b’suċċess? Nistgħu aħna nibbenefikaw minnhom b’xi mod?
L-Aqwa Appoġġ
Is-Sultan David tal-qedem għex ħajja mimlija provi, madankollu hu miet leali. Kif irnexxielu jissaporti? Hu rrefera għas-sors li pprovdielu s-saħħa meta qal: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.” Imbagħad qal: “Mqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni.” (Salm 23:1, 4) Iva, Jehovah huwa sors t’appoġġ bla limitu. Hu ggwida lil David meta kien għaddej minn żmien ikrah ħafna, u hu lest li jagħmel l-istess magħna meta jkun hemm bżonn.
Kif nistgħu niksbuh l-appoġġ taʼ Jehovah? Il-Bibbja turina kif nistgħu nagħmlu dan meta tgħid: “Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej.” (Salm 34:9 [34:8, NW]) Din hija stedina mill-qalb, imma xi tfisser? Din tinkuraġġina biex naqdu lil Jehovah u nġibu ħajjitna kompletament fi qbil mar-rieda tiegħu. Mod taʼ ħajja bħal dan jirrikjedi li niċċaħħdu ftit mil-libertà li għandna billi nagħmlu sagrifiċċji. F’ċerti każi, dan saħansitra jistaʼ jwassal għal provi—persekuzzjoni u sofferenza. Madankollu, dawk li b’qalb sħiħa jaċċettaw l-istedina taʼ Jehovah qatt ma se jiddispjaċihom talli għamlu dan. Jehovah se jkun ħanin ħafna magħhom. Hu se jiggwidahom u jieħu ħsiebhom spiritwalment. Waqt il-provi, hu se jsostnihom permezz tal-Kelma tiegħu, l-ispirtu qaddis tiegħu, u l-kongregazzjoni Kristjana. U eventwalment, hu se jippremjahom b’ħajja taʼ dejjem.—Salm 23:6; 25:9, Karm Żammit; Isaija 30:21; Rumani 15:5.
Dawk li jiddeċiedu li jibdlu ħajjithom sabiex jaqdu lil Jehovah u jżommu maʼ dik Ġożwè 21:44, 45) Aħna wkoll nistgħu nesperjenzaw dan jekk kemm-il darba nistrieħu kompletament fuq Jehovah meta nkunu qed niffaċċjaw xi provi u fi kwalunkwe żmien ieħor.
id-deċiżjoni, jirrealizzaw li Jehovah iwettaq il-wegħdi tiegħu. Din kienet l-esperjenza taʼ l-Iżraelin li segwew lil Ġożwè għal ġo l-Art Imwiegħda. Ladarba kienu qasmu l-Ġordan, huma kellhom provi x’jissaportu, battalji x’jitqabdu, u lezzjonijiet iebsa x’jitgħallmu. Imma dik il-ġenerazzjoni kienet iktar leali minn missirijiethom, li kienu ħarġu mill-Eġittu u mietu fid-deżert. Għalhekk, Jehovah appoġġa lill-uħud leali, u rigward il-qagħda tagħhom lejn tmiem il-ħajja taʼ Ġożwè, il-Bibbja tgħid: “Il-Mulej serraħhom minn kullimkien, skond ma kien ħalef lil missirijiethom . . . Ebda [“wegħda,” NW] ma kien baqaʼ li ma seħħitx skond ma kien wiegħed il-Mulej lid-dar taʼ Iżrael. Kollox seħħ!” (X’jistaʼ jdgħajjef il-fiduċja tagħna f’Jehovah? Ġesù semma mod wieħed meta qal: “Ħadd ma jistaʼ jaqdi żewġ sidien . . . Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.” (Mattew 6:24) Jekk nafdaw f’Jehovah, m’aħniex se nfittxu s-sigurtà fejn ħafna wħud fid-dinja jfittxuha, jiġifieri fl-affarijiet materjali. Ġesù ta dan il-parir lis-segwaċi tiegħu: “Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja taʼ Alla, u dan kollu [l-affarijiet materjali neċessarji] jingħatalkom ukoll.” (Mattew 6:33) Kristjan li jżomm ħarsa bilanċjata dwar l-affarijiet materjali u jpoġġi s-Saltna t’Alla l-ewwel post f’ħajtu, jagħmel l-aħjar għażla. (Ekkleżjażti 7:12, KŻ) M’għandniex xi ngħidu, dan se jiswieh xi ħaġa. Għandu mnejn ikollu jissagrifika xi affarijiet materjali. Imma hu se jaħsad ħafna barkiet. U Jehovah se jappoġġah.—Isaija 48:17, 18.
Dak li Nitgħallmu mill-Provi
M’għandniex xi ngħidu, li niddeċiedu li ‘nipprovaw u naraw kemm hu tajjeb il-Mulej’ ma jipproteġiniex minn ċirkustanzi jew ġrajjiet m’humiex mistennija fil-ħajja; lanqas ma jħarisna kompletament mill-attakki taʼ Satana u l-aġenti umani tiegħu. (Koħèlet 9:11) Bħala riżultat, is-sinċerità u d-determinazzjoni taʼ Kristjan għandhom mnejn jiġu mġarrba. Jehovah għala jħalli lill-aduraturi tiegħu jgħaddu minn provi bħal dawn? L-appostlu Pietru ta raġuni waħda meta kiteb: “Għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi. Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.” (1 Pietru 1:6, 7) Iva, il-provi jippermettulna nuru l-kwalità tal-fidi tagħna u l-imħabba li għandna għal Jehovah. U jgħinuna nagħtu tweġiba għat-tagħjir u l-akkużi taʼ Satana x-Xitan.—Proverbji 27:11; Apokalissi 12:10.
Il-provi jgħinuna wkoll niżviluppaw kwalitajiet Kristjani oħra. Bħala eżempju, ikkunsidra l-kliem tas-salmista: “[Jehovah] iħares lejn min hu umli: iżda lill-imkabbrin jagħrafhom mill-bogħod.” (Salm 138:6, KŻ) Għal ħafna minna, li juru l-umiltà ma tiġix b’mod naturali, imma l-provi jgħinuna niżviluppaw din il-kwalità bżonnjuża. Ftakar fil-ġrajja taʼ żmien Mosè meta xi Iżraelin xebgħu jieklu l-manna ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara l-ieħor. Milli jidher, din kienet prova għalihom, avolja l-manna kienet provvediment mirakoluż. X’kien l-iskop taʼ din il-prova? Mosè qalilhom: “[Jehovah] temgħek bil-manna fix-xagħri . . . sabiex jumiljak u sabiex jittestjak.”—Dewteronomju. 8:16, NW.
Bl-istess mod, l-umiltà tagħna tistaʼ tiġi Isaija 60:17) Nappoġġawh b’qalb sħiħa x-xogħol taʼ l-ippridkar u t-tagħlim? (Mattew 24:14; 28:19, 20) Naċċettawhom bil-ħerqa l-ispjegazzjonijiet tal-veritajiet bibliċi kif jipprovdihom “l-ilsir leali u diskret”? (Mattew 24:45-47, NW; Proverbji 4:18) Nirreżistu aħna l-pressjoni biex ikollna l-aħħar apparat li ħareġ fis-suq, ħwejjeġ taʼ l-aħħar moda, jew l-aħħar mudell taʼ karozza? Persuna umli tkun tistaʼ tirrispondi fl-affermattiv għal mistoqsijiet bħal dawn.—1 Pietru 1:14-16; 2 Pietru 3:11.
mġarrba. Kif? Per eżempju, aħna kif nirreaġixxu meta jsir tibdil fl-organizzazzjoni? (Il-provi jgħinuna niżviluppaw fina saħansitra kwalità vitali oħra—is-sabar. Id-dixxiplu Ġakbu qal: “Ħuti, għoddu kollox b’ferħ meta tħabbtu wiċċkom maʼ kull xorta taʼ tiġrib, għax għandkom tkunu tafu li t-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar.” (Ġakbu 1:2, 3) Li nissaportu b’suċċess prova wara l-oħra b’fidi sħiħa f’Jehovah jgħinna nżommu sħaħ, nibqgħu konsistenti, u nżommu l-integrità. Dan jgħinna nirreżistu l-attakki li Satana—dak alla rrabjat taʼ din id-dinja—jistaʼ jagħmlilna fil-futur.—1 Pietru 5:8-10; 1 Ġwann 5:19; Apokalissi 12:12.
Żomm Ħarsa Xierqa Lejn il-Provi
L-Iben perfett t’Alla, Ġesù Kristu, ħabbat wiċċu maʼ ħafna provi meta kien fuq l-art, u talli ssaporta ħasad ħafna barkiet. Pawlu kiteb li Ġesù “tgħallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza.” (Lhud 5:8) Il-lealtà tiegħu sal-mewt ġabet tifħir għal isem Jehovah u għamlitha possibbli għal Ġesù biex joffri l-valur tal-ħajja umana perfetta tiegħu bħala fidwa għall-umanità. Dan fetaħ it-triq għal dawk li eżerċitaw fidi f’Ġesù biex ikollhom il-prospett li jgħixu għal dejjem. (Ġwann 3:16) Minħabba li Ġesù baqaʼ leali taħt prova, issa hu l-Qassis il-Kbir u s-Sultan renjanti tagħna.—Lhud 7:26-28; 12:2, KŻ.
U xi ngħidu għalina? Bl-istess mod, meta nħabbtu wiċċna maʼ provi, il-lealtà tagħna se ġġibilna barkiet kbar. Dwar dawk li għandhom it-tama għas-sema, il-Bibbja tgħid: “Hieni l-bniedem li jistabar fit-tiġrib, għax wara li jkun għeleb it-tiġrib, jaqlaʼ l-kuruna tal-ħajja li l-Mulej wiegħed lil dawk li jħobbuh.” (Ġakbu 1:12) Dawk li għandhom it-tama għall-art huma żgurati li jekk jissaportu lealment, huma se jirtu ħajja taʼ dejjem f’Ġenna taʼ l-art. (Apokalissi 21:3-6) Iktar importanti minn hekk, is-sabar leali tagħhom iġib tifħir għal isem Jehovah.
Hekk kif nimxu fil-passi taʼ Ġesù, nistgħu nibqgħu ċerti li se nkampaw b’suċċess mal-provi kollha li niltaqgħu magħhom f’din is-sistema. (1 Korintin 10:13, KŻ; 1 Pietru 2:21) Kif? Billi nistrieħu fuq Jehovah, li jipprovdi “qawwa iktar min-normal” lil dawk li jistrieħu fuqu. (2 Korintin 4:7, NW) Jalla l-konvinzjoni tagħna tkun bħal dik taʼ Ġob, li saħansitra filwaqt li ssaporta provi ħorox b’fiduċja qal: “Meta jġarrabni, noħroġ bħad-deheb.”—Ġob 23:10, KŻ.
[Stampa f’paġna 31]
Il-lealtà taʼ Ġesù taħt prova ġabet tifħir għal isem Jehovah. L-istess tistaʼ tagħmel tagħna