Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
“Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom.”—1 Korintin 11:23.
1, 2. X’għamel Ġesù fil-lejl tal-Qbiż tas-sena 33 E.K.?
L-IBEN uniġenitu taʼ Jehovah kien preżenti. Hekk ukoll kienu l-11-il raġel li ‘żammew sħiħ miegħu fit-tiġrib kollu li ġie fuqu.’ (Luqa 22:28) Kien il-Ħamis fil-għaxija, il-31 taʼ Marzu tas-sena 33 E.K., u x’aktarx li fis-sema kien hemm jiddi qamar kwinta fuq Ġerusalemm. Ġesù Kristu u l-appostli tiegħu kienu għadhom kemm temmew iċ-ċelebrazzjoni tal-Qbiż. It-traditur Ġuda l-Iskarjota ntqallu biex jitlaq, imma l-oħrajn kien għad ma waslilhomx il-ħin biex jitilqu. Għala? Għax Ġesù kien wasal biex jagħmel xi ħaġa importanti ferm. Din x’kienet?
2 Peress li Mattew, wieħed mill-kittieba taʼ l-Evanġelji, kien hemmhekk, ejja nħallu lilu jgħidilna. Hu kiteb: “Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: ‘Ħudu, kulu, dan hu ġismi.’ Mbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: ‘Ixorbu lkoll minnu, għax dan hu demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.’” (Mattew 26:26-28) Kellha din tkun ġrajja taʼ darba? X’sinifikat kellha? Għandha xi tifsira għalina llum?
‘Ibqgħu Agħmlu Dan’
3. Dak li għamel Ġesù fil-lejl taʼ l-14 taʼ Nisan tas-sena 33 E.K. għala kien sinifikanti?
3 Dak li għamel Ġesù Kristu fil-lejl taʼ l-14 taʼ Nisan tas-sena 33 E.K. ma seħħx f’ħajtu b’kumbinazzjoni. L-appostlu Pawlu ddiskuta dwar dan meta kiteb lill-Kristjani midlukin f’Korintu, fejn xi 20 sena wara kienet għadha ssir l-osservanza li waqqaf Ġesù. Għalkemm Pawlu ma kienx maʼ Ġesù u l-11-il appostlu fis-sena 33 E.K., hu żgur li sar jaf minn xi wħud mill-appostli 1 Korintin 11:23-25.
x’ġara f’dik l-okkażjoni. Iktar minn hekk, Pawlu evidentement ħa l-konferma taʼ ċerti aspetti taʼ dik il-ġrajja permezz taʼ rivelazzjoni ispirata. Pawlu qal: “Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom; [“ibqgħu,” NW] agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’ Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: ‘Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi; [“ibqgħu,” NW] agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi.’”—4. Għala għandhom il-Kristjani josservaw l-Ikla tal-Mulej?
4 Luqa, wieħed mill-kittieba taʼ l-Evanġelji, jikkonferma li Ġesù kkmanda: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Dan il-kliem ġie tradott ukoll: “Agħmlu dan bħala rikordju tiegħi” (Today’s English Version) u “Agħmlu dan bħala mafkar tiegħi.” (The Jerusalem Bible) Fil-fatt, din l-osservanza taʼ spiss nirreferu għaliha bħala l-Mafkar tal-mewt taʼ Kristu. Pawlu jsejħilha wkoll l-Ikla tal-Mulej. (1 Korintin 11:20) Il-Kristjani huma kmandati josservaw l-Ikla tal-Mulej. Imma għala twaqqfet din l-osservanza?
Għala Twaqqfet
5, 6. (a) X’kienet raġuni waħda għala Ġesù waqqaf il-Mafkar? (b) Agħti raġuni oħra għala twaqqfet l-Ikla tal-Mulej.
5 Raġuni waħda għala l-Mafkar twaqqaf kellha x’taqsam maʼ skop wieħed li ntlaħaq bil-mewt taʼ Ġesù. Hu miet bħala wieħed li vvindika s-sovranità taʼ Missieru tas-sema. B’hekk, Kristu wera kemm kien giddieb Satana x-Xitan, li kien għamel l-akkuża falza li l-bnedmin jaqdu biss lil Alla minħabba motivi egoistiċi. (Ġob 2:1-5) Billi Ġesù miet leali, hu wera li din l-istqarrija kienet falza u ferraħ qalb Jehovah.—Proverbji 27:11.
6 Raġuni oħra għala twaqqfet l-Ikla tal-Mulej kienet biex tfakkarna li permezz taʼ mewtu bħala bniedem perfett u bla dnub, Ġesù ‘ta ħajtu b’fidwa għall-kotra.’ (Mattew 20:28) Meta l-ewwel bniedem dineb kontra Alla, hu tilef ħajja umana perfetta u l-prospetti kollha li jiġu magħha. Madankollu, Ġesù qal: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Tabilħaqq, “il-ħlas tad-dnub hu l-mewt, imma d-don li tana Alla huwa l-ħajja taʼ dejjem fi Kristu Ġesù Sidna.” (Rumani 6:23) Il-fatt li nosservaw l-Ikla tal-Mulej ifakkarna fl-imħabba kbira li wrew Jehovah u Ibnu f’konnessjoni mal-mewta taʼ Ġesù bħala sagrifiċċju. Kemm għandna napprezzawha din l-imħabba!
Meta Nosservawha?
7. Kif inhu li l-Kristjani midlukin jieħdu sehem mill-Mafkar “kull darba”?
7 Rigward l-Ikla tal-Mulej, Pawlu qal: “Kull darba li tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi tħabbru mewt il-Mulej, sakemm jiġi.” (1 Korintin 11:26, Saydon) Kristjani midlukin individwali kienu se jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar sa mewthom. Għalhekk, quddiem Alla Jehovah u d-dinja, kienu se jipproklamaw ripetutament il-fidi tagħhom fil-provvediment t’Alla tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala prezz tal-fidwa.
8. Il-ġemgħa taʼ midlukin sakemm kellhom josservaw l-Ikla tal-Mulej?
8 Bħala ġemgħa, il-Kristjani midlukin sakemm kienu se josservaw il-Mafkar tal-mewt taʼ Kristu? “Sa ma jiġi,” qal Pawlu, jiġifieri li dawn l-osservanzi kellhom ikomplu sakemm Ġesù jiġi biex jilqaʼ lis-segwaċi midlukin tiegħu fis-sema permezz taʼ rxoxt matul il-“preżenza” tiegħu. (1 Tessalonikin 4:14-17, NW) Dan jaqbel mal-kliem taʼ Ġesù lill-11-il appostlu leali: “Meta mmur u nħejjilkom post, nerġaʼ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.”—Ġwann 14:3.
9. Xi jfisser il-kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Mark 14:25?
9 Meta Ġesù waqqaf il-Mafkar, hu rrefera għall-kalċi taʼ l-inbid u qal lill-appostli leali Mark 14:25) Ladarba Ġesù ma kienx se jixrob inbid letterali fis-sema, hu ovvjament kellu f’moħħu l-ferħ li kultant jiġi simbolizzat mill-inbid. (Salm 104:15; Koħèlet 10:19) Il-fatt li jkunu flimkien fis-Saltna kienet se tkun esperjenza taʼ ferħ li hu u s-segwaċi li mxew fuq il-passi tiegħu kellhom sebaʼ mitt sena għaliha.—Rumani 8:23; 2 Korintin 5:2.
tiegħu: “Ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid fis-Saltna taʼ Alla.” (10. Kemm-il darba għandu jiġi osservat il-Mafkar?
10 Għandha l-mewt taʼ Ġesù tiġi mfakkra kull xahar, kull ġimgħa, jew saħansitra kuljum? Le. Ġesù waqqaf l-Ikla tal-Mulej u nqatel f’jum il-Qbiż, li kien jiġi osservat bħala “tifkira” tal-ħelsien taʼ Iżrael mill-jasar Eġizzjan fl-1513 Q.E.K. (Eżodu 12:14) Il-Qbiż * kien isir biss darba f’sena, fl-14-il jum tax-xahar Lhudi taʼ Nisan. (Eżodu 12:1-6; Levitiku 23:5) Dan jindika li l-mewt taʼ Ġesù għandha tiġi mfakkra biss bħall-Qbiż—kull sena—mhux kull xahar, kull ġimgħa, jew kuljum.
11, 12. L-istorja x’turi dwar l-osservazzjonijiet bikrija tal-Mafkar?
11 Għalhekk, mela, huwa xieraq li l-Mafkar jiġi osservat kull sena fl-14 taʼ Nisan. Xogħol wieħed taʼ referenza jgħid: “Il-Kristjani taʼ l-Asja Minuri kienu jissejħu Kwartodeċimani [l-Uħud taʼ l-Erbatax] minħabba d-drawwa tagħhom li jiċċelebraw il-paska [l-Ikla tal-Mulej] dejjem fl-14 taʼ Nisan . . . Id-data tistaʼ taħbat il-Ġimgħa jew fi kwalunkwe ġurnata oħra tal-ġimgħa.”—The New Schaff-Herzog Encyclopedia of Religious Knowledge, ir-IV Volum, paġna 44.
12 Fil-kummenti tiegħu dwar din l-użanza fit-tieni seklu E.K., l-istudjuż taʼ l-istorja J. L. von Mosheim jgħid li l-Kwartodeċimani kienu josservaw il-Mafkar fl-14 taʼ Nisan għax “kienu jikkunsidraw l-eżempju taʼ Kristu bħala li għandu l-qawwa taʼ liġi.” Studjuż ieħor taʼ l-istorja jgħid: “L-użanza tal-knejjes Kwartodeċimani fl-Asja kienet taqbel maʼ dik tal-knisja f’Ġerusalemm. Fit-tieni seklu dawn il-knejjes fil-Paska tagħhom fl-14 taʼ Nisan kienu jfakkru l-fidwa li saret possibbli permezz tal-mewt taʼ Kristu.”—Studia Patristica, il-V Volum, 1962, paġna 8.
It-Tifsir tal-Ħobż
13. X’tip taʼ ħobż uża Ġesù meta waqqaf l-Ikla tal-Mulej?
13 Meta Ġesù waqqaf il-Mafkar, hu “ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, [u newlu lill-appostli.]” (Mark 14:22) Il-ħobż li kien hemm għal dik l-okkażjoni kien l-istess wieħed li kien għadu kemm intuża għall-Qbiż. (Eżodu 13:6-10) Peress li kien inħema mingħajr ħmira, dan kien ċatt u jitfarrak malajr u kellu jiġi maqsum biex kulħadd jieħu minnu. Meta Ġesù b’miraklu kattar il-ħobż għal eluf taʼ nies, dan ukoll kien qisu galletta, għax hu qasmu sabiex setaʼ jieħu minnu kulħadd. (Mattew 14:19; 15:36) Mela, milli jidher il-qsim tal-ħobż tal-Mafkar m’għandu l-ebda tifsira spiritwali.
14. (a) Għala huwa xieraq li l-ħobż tal-Mafkar ikun bla ħmira? (b) X’tip taʼ ħobż jistaʼ jinkiseb jew jinħema biex jintuża fl-Ikla tal-Mulej?
14 Rigward il-ħobż li ntuża meta twaqqaf il-Mafkar, Ġesù qal: “Dan [‘ifisser,’ NW] ġismi li jingħata għalikom.” (1 Korintin 11:24; Mark 14:22) Kien jixraq li l-ħobż ikun bla ħmira. Għala? Għax il-ħmira tistaʼ tfisser qerq, ħażen, jew dnub. (1 Korintin 5:6-8) Il-ħobż irrappreżenta l-ġisem uman taʼ Ġesù li kien perfett u bla dnub, u li bix-xieraq kien ġie offrut bħala sagrifiċċju taʼ fidwa. (Lhud 7:26; 10:5-10) Ix-Xhieda taʼ Jehovah iżommu dan f’moħħhom u jsegwu l-eżempju li ħalla Ġesù billi jużaw ħobż bla ħmira fl-osservanzi tal-Mafkar. F’xi każi jużaw il-ħobż tal-Lhud ċatt u rqiq mingħajr ħwawar (matzo), u li ma jkun fih l-ebda ingredjenti miżjudin, bħal basal jew bajd. Inkella, il-ħobż bla ħmira jistaʼ jsir bi ftit dqiq mill-qamħa sħiħa (whole-grain, u fejn hu possibbli d-dqiq ikun tal-qamħ [wheat]) imħallat maʼ ftit ilma. L-għaġina għandha tinfetaħ sakemm tiġi rqiqa u tinħema fuq pjanċa li tkun midluka b’ħarira żejt sakemm il-ħobż jinxef u jibbies.
It-Tifsir taʼ l-Inbid
15. X’kien fih il-kalċi li uża Kristu meta waqqaf il-Mafkar taʼ mewtu?
15 Wara li għadda l-ħobż bla ħmira, Ġesù ħa kalċi, “radd il-ħajr, u [newlu lill-appostli], u lkoll xorbu minnu.” Ġesù spjega: “Dan [“ifisser,” NW] demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna.” (Mark 14:23, 24) X’kien hemm fil-kalċi? Inbid fermentat, mhux meraq taʼ l-għeneb mhux fermentat. Meta l-Iskrittura tirreferi għall-inbid, ma tkunx qed tirreferi għall-meraq mhux fermentat taʼ l-għeneb. Per eżempju, l-inbid fermentat, mhux il-meraq taʼ l-għeneb, kien se jifqaʼ d-“damiġġani qodma tal-ġild,” bħalma qal Ġesù. U l-għedewwa taʼ Kristu akkużawh li kien “mogħti għax-xorb taʼ l-inbid.” Din l-akkuża ma kinitx se tagħmel sens li kieku l-inbid kien biss meraq taʼ l-għeneb. (Mattew 9:17; 11:19, NW) Matul l-osservanza tal-Qbiż kien jinxtorob l-inbid, u Kristu użah meta waqqaf il-Mafkar taʼ mewtu.
16, 17. X’tip taʼ nbid huwa xieraq għall-osservanzi tal-Mafkar, u għala?
16 L-inbid aħmar biss huwa simbolu xieraq taʼ dak li jirrappreżenta l-kontenut tat-tazza, jiġifieri, id-demm imxerred taʼ Ġesù. Hu nnifsu qal: “Dan [“ifisser,” NW] demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna.” U l-appostlu Pietru kiteb: “Kunu afu li intom [il-Kristjani midlukin] kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm, bħalma hi l-fidda jew id-deheb, imma bid-demm għażiż taʼ Kristu, li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.”—1 Pietru 1:18, 19.
17 Bla dubju, meta waqqaf il-Mafkar Ġesù uża nbid aħmar taʼ l-għenba. Madankollu, ċertu nbid aħmar illum m’huwiex aċċettabbli għax jitqawwa bl-ispirti jew bil-brandi jew ikollu xi ħxejjex u ħwawar miżjudin miegħu. Id-demm taʼ Ġesù kien kompletament sodisfaċenti, u ma kellu bżonn xejn miżjud miegħu. Għaldaqstant, inbejjed bħalma huma l-port, ix-xèri, u l-vermut ma jkunux xierqa. It-tazza tal-Mafkar irid ikun fiha nbid aħmar bla zokkor u bla affarijiet biex iqawwuh. Jistaʼ jintuża nbid aħmar taʼ l-għenba bla zokkor li jsir id-dar, u jistaʼ jintuża nbid bħalma huwa l-burgundy aħmar u l-klaret.
18. Ġesù għala m’għamilx miraklu bil-ħobż u linbid tal-Mafkar?
18 Meta waqqaf din l-ikla, Ġesù ma għamilx xi miraklu u bidel l-emblemi fil-ġisem u d-demm letterali tiegħu. Li jittiekel il-laħam uman u li jinxtorob id-demm kien ikun kannibaliżmu, ksur tal-liġi t’Alla. (Ġenesi 9:3, 4; Levitiku 17:10) Ġesù kien għad kellu l-ġisem tal-laħam kollu kemm hu u demmu kollu. Ġismu ġie offrut bħala sagrifiċċju perfett, u demmu nxtered fin-nofs taʼ nhar taʼ wara taʼ l-istess jum Lhudi, l-14 taʼ Nisan. Għalhekk, il-ħobż u l-inbid tal-Mafkar huma taʼ natura simbolika, u jirrappreżentaw il-ġisem u d-demm taʼ Kristu. *
Il-Mafkar —Ikla taʼ Komunjoni
19. Għala jistgħu jintużaw iktar minn platt u tazza waħda fl-osservanza taʼ l-Ikla tal-Mulej?
19 Meta Ġesù waqqaf il-Mafkar, hu stieden lill-appostli leali tiegħu biex jixorbu mill-istess kalċi. L-Evanġelju taʼ Mattew jgħid: “[Ġesù] ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: ‘Ixorbu lkoll minnu.’” (Mattew 26:27) Ma kien hemm l-ebda problema minħabba li ntuża biss “kalċi” wieħed u mhux iktar, peress li f’dik l-okkażjoni kien hemm biss 11-il ruħ jieħdu sehem, milli jidher fuq mejda waħda, u l-kalċi setgħu faċilment jgħadduh wieħed lil ieħor. Din is-sena, miljuni taʼ nies se jiltaqgħu għall-Ikla tal-Mulej f’iktar minn 94,000 kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Jehovah mad-dinja kollha. Peress li dawn in-nies kollha se jiltaqgħu għal din l-osservanza fl-istess lejla, ma jistax ikun li tintuża tazza waħda għal kulħadd. Imma l-prinċipju jinżamm f’kongregazzjonijiet kbar billi jintużaw diversi tazzi sabiex ikunu jistgħu jgħaddu minn fost l-udjenza kollha f’ħin raġunevoli. B’mod simili, jistaʼ jintuża iktar minn platt wieħed għall-ħobż. M’hemm xejn fl-Iskrittura li jindika li t-tazza nfisha trid tkun taʼ xi tip partikulari. Madankollu, it-tazza u l-platt għandhom jirriflettu d-dinjità tal-ġrajja. Ikun għaqli li t-tazza ma timteliex sal-punt li jkun hemm il-periklu li jixxerred l-inbid meta tkun għaddejja minn id għall-oħra.
20, 21. Għala nistgħu ngħidu li l-Mafkar huwa ikla taʼ komunjoni?
20 Għalkemm jistgħu jintużaw iktar minn platt wieħed għall-ħobż u iktar minn tazza waħda għall-inbid, il-Mafkar huwa ikla taʼ komunjoni, jiġifieri ikla maqsuma bejn ħafna. F’Iżrael tal-qedem, raġel setaʼ jipprovdi ikla taʼ komunjoni billi jġib annimal fis-santwarju t’Alla, fejn kien jinqatel. Parti mill-annimal kienet tinħaraq fuq l-artal, parti kienet tmur għall-qassis li jagħmel iċ-ċerimonja u parti oħra għal ulied Aron li kienu qassisin, u kienu jaqsmu magħhom fl-ikla dak li jkun offra l-annimal u l-familja tiegħu. (Levitiku 3:1-16; 7:28-36) Il-Mafkar ukoll huwa ikla taʼ komunjoni għax tinvolvi qsim flimkien.
21 F’din l-ikla taʼ komunjoni, imsejħa wkoll tas-sliem, hemm involut Jehovah bħala l-Awtur taʼ l-arranġament. Ġesù hu s-sagrifiċċju, u l-Kristjani midlukin jieħdu sehem mill-emblemi bħala wħud li jaqsmu flimkien. Li jieklu mill-mejda taʼ Jehovah ifisser li dawk li jieħdu sehem huma fis-sliem miegħu. Fi qbil maʼ dan, Pawlu kiteb: “Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka m’huwiex għaqda mad-demm taʼ Kristu? U l-ħobż li naqsmu m’huwiex għaqda mal-ġisem taʼ Kristu? Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; lkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.”—1 Korintin 10:16, 17.
22. Liema mistoqsijiet dwar il-Mafkar għad irridu nikkunsidraw?
22 L-Ikla tal-Mulej hija l-unika osservanza reliġjuża li x-Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu kull sena. Dan huwa xieraq għax Ġesù kkmanda lis-segwaċi tiegħu: “[“Ibqgħu,” NW] agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Fil-Mafkar, aħna nfakkru l-mewt taʼ Ġesù, mewta li vvindikat is-sovranità taʼ Jehovah. Bħalma nnotajna, f’din l-ikla taʼ komunjoni, il-ħobż ifisser il-ġisem uman sagrifikat taʼ Kristu u l-inbid ifisser id-demm imxerred tiegħu. Madankollu, ftit ferm jieħdu sehem mill-emblemi tal-ħobż u l-inbid. Dan għala? Għandu l-Mafkar sinifikat veru għall-miljuni li ma jiħdux sehem mill-emblemi? Tabilħaqq, l-Ikla tal-Mulej x’għandha tfisser għalik?
[Nota taʼ taħt]
^ par. 10 “L-Għid” skond il-verżjoni taʼ l-Għaqda Biblika Maltija.
^ par. 18 Ara t-2 Volum, paġna 271, taʼ l-Insight on the Scriptures, pubblikat mix-Xhieda taʼ Jehovah.
X’Inhuma t-Tweġibiet Tiegħek?
• Ġesù għala waqqaf l-Ikla tal-Mulej?
• Il-Mafkar kemm-il darba jrid jiġi osservat?
• Xi jfisser il-ħobż bla ħmira tal-Mafkar?
• X’jirrappreżenta l-inbid tal-Mafkar?
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Stampa f’paġna 15]
Ġesù waqqaf l-Ikla tal-Mulej