Xi Tfisser Għalik l-Ikla tal-Mulej?
Xi Tfisser Għalik l-Ikla tal-Mulej?
“Kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej.”—1 Korintin 11:27.
1. X’inhi l-iktar ġrajja importanti pjanata għas-sena 2003, u kif bdiet?
L-IKTAR ġrajja importanti pjanata għas-sena 2003 se tkun fis-16 t’April wara nżul ix-xemx. Ix-Xhieda taʼ Jehovah dak in-nhar se jiltaqgħu biex josservaw il-Mafkar tal-mewt taʼ Ġesù Kristu. Bħalma ntwera fl-artiklu taʼ qabel, Ġesù waqqaf din l-osservanza, imsejħa wkoll l-Ikla tal-Mulej, wara li hu u l-appostli tiegħu ċċelebraw il-Qbiż fl-14 taʼ Nisan tas-sena 33 E.K. L-emblemi tal-Mafkar, il-ħobż bla ħmira u l-inbid aħmar, jissimbolizzaw il-ġisem bla dnub taʼ Kristu u d-demm imxerred tiegħu—l-uniku sagrifiċċju li jistaʼ jifdi lill-bnedmin mid-dnub u l-mewt li wirtu.—Rumani 5:12; 6:23.
2. Liema twissija tinsab fl-1 Korintin 11:27?
2 Dawk li jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar iridu jagħmlu dan kif jixraq. L-appostlu Pawlu dan għamlu ċar meta kiteb lill-Kristjani f’Korintu tal-qedem, fejn l-Ikla tal-Mulej ma kinitx qed tiġi osservata b’mod xieraq. (1 Korintin 11:20-22) Pawlu kiteb: “Kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej.” (1 Korintin 11:27) Xi jfisser dan il-kliem?
Xi Wħud Osservawh b’Mod Mhux Xieraq
3. Ħafna Kristjani Korintin kif kienu qed iġibu ruħhom fl-osservanzi taʼ l-Ikla tal-Mulej?
3 Ħafna Kristjani Korintin ħadu sehem mill-Mafkar b’mod mhux xieraq. Kien hemm il-frid bejniethom, u minn taʼ l-inqas għal ftit żmien, xi wħud kienu jieħdu l-ikla tagħhom taʼ fil-għaxija u jikluha qabel jew matul il-laqgħa, u taʼ spiss kienu jieklu u jixorbu żżejjed. La kienu jkunu attenti mentalment u lanqas spiritwalment. Minħabba f’hekk kienu ‘ħatja tal-ġisem 1 Korintin 11:27-34.
u d-demm tal-Mulej.’ Dawk li ma jkunu kielu xejn fil-għaxija kien jaqbadhom il-ġuħ u jitilfu l-konċentrazzjoni. Iva, ħafna ħadu sehem f’din l-okkażjoni bla ma wrew rispett għaliha u bla ma għarfu bis-sħiħ is-serjetà tagħha. Mhux taʼ b’xejn li ġabu kundanna fuqhom infushom!—4, 5. Għala huwa essenzjali għal dawk li s-soltu jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar li jeżaminaw sew lilhom infushom?
4 Kull sena, hekk kif il-Mafkar jibda joqrob, ikun essenzjali li kull wieħed u waħda minn dawk li s-soltu jieħdu sehem mill-emblemi jeżaminaw sew lilhom infushom. Biex jaqsmu b’mod xieraq f’din l-ikla taʼ komunjoni, iridu jkunu f’kundizzjoni spiritwali f’saħħitha. Kulmin juri diżrispett, saħansitra disprezz, għas-sagrifiċċju taʼ Ġesù jkun jinsab fil-periklu li jiġi ‘maqtugħ minn nies Alla,’ bħalma kien jiġrilu Iżraeli li kien ikun imniġġes u jieħu sehem fl-ikla taʼ komunjoni.—Levitiku 7:20; Lhud 10:28-31.
5 Pawlu qabbel il-Mafkar maʼ ikla taʼ komunjoni f’Iżrael tal-qedem. Hu tkellem dwar l-għaqda maʼ Kristu taʼ dawk li jieħdu sehem u mbagħad qal: “Ma tistgħux tixorbu x-xorb tal-Mulej u x-xorb tad-demonji; ma tistgħux taqsmu fil-Mejda tal-Mulej u 1 Korintin 10:16-21) Jekk xi ħadd li s-soltu jieħu sehem mill-emblemi tal-Mafkar jagħmel dnub serju, għandu jistqarru maʼ Jehovah u jfittex ukoll l-għajnuna spiritwali taʼ l-anzjani tal-kongregazzjoni. (Proverbji 28:13; Ġakbu 5:13-16) Jekk verament jindem u jagħmel frott li jixraq lill-indiema, ma jkunx qed jieħu sehem bla ma jixraqlu.—Luqa 3:8.
fil-mejda tad-demonji.” (Dawk li Jattendu Bħala Osservaturi li Juru Rispett
6. Alla għal min irriservah il-privileġġ li jieħu sehem mill-Ikla tal-Mulej?
6 Għandhom dawk li issa qed jagħmlu l-ġid lill-fdal tal-144,000 aħwa taʼ Kristu jieħdu sehem mill-Ikla tal-Mulej? (Mattew 25:31-40; Apokalissi 14:1) Le. Alla rriserva dak il-privileġġ għal individwi li hu dilek bl-ispirtu qaddis biex ikunu “werrieta maʼ Kristu.” (Rumani 8:14-18; 1 Ġwann 2:20) Mela x’inhi l-pożizzjoni taʼ dawk li jittamaw li jgħixu għal dejjem f’ġenna globali taħt il-ħakma tas-Saltna? (Luqa 23:43; Apokalissi 21:3, 4) Peress li m’humiex werrieta maʼ Ġesù bit-tama għas-sema, huma jattendu l-Mafkar bħala osservaturi li juru rispett.—Rumani 6:3-5.
7. Il-Kristjani taʼ l-ewwel seklu għala kienu jafu li kellhom jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar?
7 Il-Kristjani veri taʼ l-ewwel seklu kienu midlukin bl-ispirtu qaddis. Ħafna minnhom setgħu jużaw wieħed jew iktar mid-doni mirakolużi taʼ l-ispirtu, bħal li jitkellmu bl-ilsna. Għalhekk, ma kienx se jkun diffiċli għal individwi bħal dawn biex ikunu jafu li kienu midlukin bl-ispirtu u li għandhom jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar. Madankollu, fi żmienna, dan jistaʼ jiġi determinat fuq il-bażi taʼ kliem ispirat bħal dan: “Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu taʼ Alla huma wlied Alla. Għax intom ma rċevejtux l-ispirtu li jwassalkom għall-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biżaʼ, imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajjtu: ‘Abba! Missier!’”—Rumani 8:14, 15.
8. Min huma rappreżentati mill-“qamħ” u “s-sikrana” msemmijin f’Mattew kapitlu 13?
8 Matul is-sekli, il-midlukin ġenwini kibru bħal “qamħ” f’għalqa tas-“sikrana,” jew Kristjani foloz. (Mattew 13:24-30, 36-43) Minn madwar l-1870 ’l hawn, “il-qamħ” beda jidher iktar u iktar, u ftit snin wara lill-indokraturi Kristjani midlukin intqalilhom: “L-anzjani . . . għandhom ipoġġu quddiem dawk li jiltaqgħu [għall-Mafkar] dawn il-kundizzjonijiet,—(1) fidi fid-demm [taʼ Kristu]; u (2) dedikazzjoni lill-Mulej u s-servizz tiegħu, anki sal-mewt. Imbagħad għandhom jistiednu lil dawk kollha li huma taʼ dan l-istess ħsieb u dedikazzjoni biex jaqsmu fiċ-ċelebrazzjoni tal-mewt tal-Mulej.”—Studies in the Scriptures, is-VI Serje, The New Creation, paġna 473. *
It-Tfittxija għan-“Nagħaġ Oħra”
9. Fl-1935 kif ġie ċċarat min huma l-“kotra kbira,” u dan kif effettwa lil xi wħud li kienu jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar?
9 Maż-żmien, l-organizzazzjoni taʼ Jehovah bdiet tiffoka l-attenzjoni fuq oħrajn minbarra s-segwaċi midlukin taʼ Kristu. F’nofs is-snin 30 tas-seklu li għadda seħħ żvilupp notevoli f’konnessjoni maʼ dan. Qabel, il-poplu t’Alla kien iqis il-“kotra kbira” t’Apokalissi 7:9 bħala klassi spiritwali sekondarja li kienet se tissieħeb mal-144,000 uħud midlukin irxoxtati fis-sema—bħal qaddejja jew sħab taʼ l-għarusa taʼ Kristu. (Salm 45:15, 16 [45:14, 15, NW]; Apokalissi 7:4; 21:2, 9) Imma fil-31 taʼ Mejju, 1935, f’taħdita li saret waqt konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Jehovah f’Washington, D.C., l-Istati Uniti, ngħatat spjegazzjoni Skritturali li l-“kotra kbira” tirreferi għan-“nagħaġ oħra” li jgħixu matul iż-żmien tat-tmiem. (Ġwann 10:16) Wara din il-konvenzjoni, xi wħud li qabel kienu ħadu sehem mill-emblemi tal-Mafkar waqfu jagħmlu dan għax irrealizzaw li t-tama tagħhom kienet għall-art, mhux għas-sema.
10. Kif tiddeskrivihom it-tama u r-responsabbiltajiet tan-“nagħaġ oħra” taʼ żmienna?
Luqa 12:32) Dawn in-nagħaġ oħra jittamaw li jgħixu fuq l-art għal dejjem, imma fl-affarijiet l-oħra kollha, huma jixbhu lill-fdal preżenti tal-werrieta tas-Saltna. Bħall-barranin f’Iżrael tal-qedem li qiemu lil Jehovah u ssottomettew ruħhom għal-Liġi, in-nagħaġ oħra taʼ llum jaċċettaw ir-responsabbiltajiet Kristjani, bħal li jippridkaw l-aħbar tajba flimkien mal-membri taʼ Iżrael spiritwali. (Galatin 6:16) Madankollu, bħalma l-barranin ma setgħux isiru slaten jew qassisin taʼ Iżrael, ħadd minn dawn in-nagħaġ oħra ma jistaʼ jaħkem fis-Saltna tas-sema jew jaqdi bħala qassis.—Dewteronomju 17:14b, 15 (17:15, NW).
10 Mill-1935 ’l hawn bdiet għaddejja tfittxija b’mod speċjali għal dawk li jsiru “nagħaġ oħra,” uħud li jkollhom fidi fil-prezz tal-fidwa, jiddedikaw ruħhom lil Alla, u jappoġġaw lill-“merħla ċkejkna” fl-attività taʼ l-ippridkar tas-Saltna. (11. Id-data tad-dedikazzjoni taʼ persuna għala tistaʼ teffettwa t-tama tagħha?
11 Imbagħad, sas-snin 30 beda jsir ċar li l-klassi tas-sema, b’mod ġenerali, kienet intgħażlet. Issa, it-tfittxija għan-nagħaġ oħra, li għandhom tama għall-art, ilha għaddejja għal bosta snin. Jekk wieħed midluk ma jibqax leali, iċ-ċans kbir hu li persuna li ilha taqdi lil Alla fedelment bħala waħda min-nagħaġ oħra se tissejjaħ biex timla l-post vojt li jkun seħħ fil-144,000.
Għala Mingħalihom li Huma għas-Sema
12. Individwu f’liema ċirkustanzi għandu jieqaf jieħu sehem mill-emblemi tal-Mafkar, u għala?
12 Il-Kristjani midlukin huma assolutament ċerti li għandhom is-sejħa għas-sema. Imma xi ngħidu jekk xi individwi li m’għandhomx din is-sejħa jieħdu sehem mill-emblemi tal-Mafkar? Billi issa jafu li qatt ma kellhom it-tama għas-sema, żgur li l-kuxjenza tagħhom se ġġagħalhom jieqfu jieħdu sehem. Alla m’huwiex se japprova lil xi ħadd li jirrappreżenta lilu nnifsu bħala individwu msejjaħ biex ikun sultan u qassis fis-sema, meta dan ikun jaf li fil-fatt m’għandux din is-sejħa. (Rumani 9:16; Apokalissi 20:6) Jehovah qatel lil Koraħ il-Levita talli kien prużuntuż u fittex li jikseb is-saċerdozju Aroniku. (Eżodu 28:1; Numri 16:4-11, 31-35) Jekk xi Kristjan jinduna li bi żball ħa sehem mill-emblemi tal-Mafkar, hu għandu jieqaf jieħu sehem u jitlob bl-umiltà għall-maħfra taʼ Jehovah.—Salm 19:14 (19:13, NW).
13, 14. Xi wħud għala jistaʼ jkun mingħalihom li għandhom is-sejħa għas-sema?
13 Xi wħud għala jkun mingħalihom li għandhom is-sejħa għas-sema? Il-mewt tal-parti l-oħra fiż-żwieġ jew xi traġedja oħra tistaʼ ġġagħalhom jitilfu l-interess fil-ħajja fuq l-art. Jew forsi jkunu jixtiequ l-istess tama li għandu xi ħabib, jew ħabiba, tal-qalb li jgħid li hu Kristjan midluk. M’għandniex xi ngħidu, Alla ma qabbad lil ħadd biex jagħżel lil oħrajn għal dan il-privileġġ. U hu ma jidlikx lill-werrieta tas-Saltna billi jġagħalhom jisimgħu xi ilħna b’messaġġi dwar dan.
14 Minħabba l-idea reliġjuża falza li n-nies tajbin kollha jmorru s-sema, xi wħud jistgħu jaslu biex jaħsbu li għandhom is-sejħa għas-sema. Għaldaqstant, għandna bżonn ngħassu kontra l-influwenza taʼ ideat ħżiena tal-passat jew fatturi oħra. Per eżempju, xi wħud jistgħu jistaqsu lilhom infushom: ‘Nuża jien xi mediċini li jeffettwaw l-emozzjonijiet tiegħi? Għandi jien it-tendenza li nkun persuna emozzjonali ħafna tant li l-emozzjonijiet nistaʼ nħallihom jiġru bija?’
15, 16. Xi wħud għala jistgħu jikkonkludu b’mod żbaljat li huma midlukin?
15 Xi wħud jistgħu jistaqsu lilhom infushom: ‘Irrid jien inkun prominenti? Jien ambizzjuż għall-awtorità issa jew bħala werriet maʼ Kristu fil-futur?’ Meta l-werrieta tas-Saltna ġew imsejħin fl-ewwel seklu, mhux kollha kellhom pożizzjonijiet taʼ responsabbiltà fil-kongregazzjoni. U individwi bis-sejħa għas-sema ma jfittxux il-prominenza jew jiftaħru għax huma midlukin. Huma juru l-umiltà mistennija minn dawk li għandhom “il-ħsieb taʼ Kristu.”—1 Korintin 2:16.
1 Korintin 3:1-3; Lhud 5:11-14) Alla għandu arranġament biex jipprovdi l-ikel spiritwali lin-nies tiegħu kollha. (Mattew 24:45-47) Għalhekk ħadd m’għandu jaħseb li meta xi ħadd ikun Kristjan midluk ikollu xi għerf superjuri minn dak li għandu t-tama għall-art. Il-fatt li wieħed ikun kapaċi ħafna jwieġeb mistoqsijiet Skritturali, jagħti xiehda, jew jagħti taħditiet mill-Bibbja ma jindikax li jkun midluk bl-ispirtu. Hemm Kristjani bit-tama għall-art li wkoll huma kwalifikati tajjeb f’dawn l-aspetti.
16 Xi wħud setgħu kkonkludew li għandhom is-sejħa għas-sema għax kisbu għarfien mhux ħażin tal-Bibbja. Imma d-dlik bl-ispirtu ma jġibx xi fehma straordinarja, għax Pawlu kellu jgħallem u jwissi lil ċerti wħud midlukin. (17. Id-dlik bl-ispirtu minn xiex u minn min jiddependi?
17 Jekk kredent jistaqsi dwar is-sejħa għas-sema, anzjan jew Kristjan matur ieħor jistaʼ jiddiskuti s-suġġett miegħu. Madankollu, wieħed ma jistax jieħu din id-deċiżjoni għal ħaddieħor. Individwu li verament għandu din is-sejħa m’għandux għalfejn jistaqsi lil oħrajn jekk għandux din it-tama. Il-midlukin ‘ma tweldux mill-ġdid minn nisel li jitħassar, imma minn nisel li ma jitħassarx, bis-saħħa tal-kelma taʼ Alla li tgħix u tibqaʼ għal dejjem.’ (1 Pietru 1:23) Bl-ispirtu u bil-Kelma tiegħu, Alla jiżraʼ ż-żerriegħa, jew in-“nisel”, li jagħmel lill-individwu “ħolqien ġdid,” b’tama għas-sema. (2 Korintin 5:17) U Jehovah jagħmel l-għażla. Fejn jidħol id-dlik bl-ispirtu, “mhux x’wieħed irid jew kemm jitħabat li jgħodd, iżda għal min Alla jħenn.” (Rumani 9:16) Mela persuna kif tistaʼ tkun ċerta li għandha s-sejħa għas-sema?
Għala Huma Ċerti
18. L-ispirtu t’Alla kif jixhed maʼ l-ispirtu tal-midlukin?
18 Ix-xiehda taʼ l-ispirtu t’Alla tikkonvinċi lill-Kristjani midlukin li għandhom prospetti għas-sema. “Intom . . . irċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi,” kiteb Pawlu, “u li bih aħna nistgħu ngħajjtu: ‘Abba! Missier!’ Dan l-Ispirtu jixhed flimkien maʼ l-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla. Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta taʼ Alla, werrieta maʼ Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.” (Rumani 8:15-17) Taħt l-influwenza taʼ l-ispirtu qaddis, l-ispirtu, jew l-attitudni li timmotiva, tal-midlukin iġagħalhom japplikaw għalihom infushom dak li tgħid l-Iskrittura dwar it-tfal spiritwali taʼ Jehovah. (1 Ġwann 3:2) L-ispirtu t’Alla jġiegħel lil wieħed midluk iħoss ir-relazzjoni taʼ iben maʼ missieru u jipproduċi fih tama unika. (Galatin 4:6, 7) Iva, ħajja taʼ dejjem fuq l-art bħala bnedmin perfetti mdawrin minn membri tal-familja u ħbieb kienet tkun xi ħaġa sabiħa, imma m’hijiex din it-tama li tahom Alla. Permezz taʼ l-ispirtu tiegħu, Alla pproduċa fihom tama għas-sema tant qawwija li huma lesti li jissagrifikaw kull rabta u prospett fuq l-art.—2 Korintin 5:1-5, 8; 2 Pietru 1:13, 14.
19. Liema rwol għandu l-patt il-ġdid fil-ħajja taʼ Kristjan midluk?
19 Il-Kristjani midlukin huma ċerti mit-tama tagħhom għas-sema, mill-fatt li ttieħdu f’patt ġdid. Ġesù dan semmih meta waqqaf il-Mafkar u qal: “Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b’demmi, id-demm li jixxerred għalikom.” (Luqa 22:20) Il-patt il-ġdid huwa bejn Alla u l-midlukin. (Ġeremija 31:31-34; Lhud 12:22-24) Ġesù huwa l-medjatur. Peress li beda jaħdem permezz tad-demm imxerred taʼ Kristu, il-patt il-ġdid ħa poplu, mhux biss mil-Lhud imma wkoll mill-ġnus, għal isem Jehovah u għamlu parti min-“nisel” t’Abraham. (Galatin 3:26-29; Atti 15:14) Permezz “tal-patt taʼ dejjem,” l-Iżraelin spiritwali kollha jistgħu jiġu rxoxtati għal ħajja immortali fis-sema.—Lhud 13:20.
20. F’liema patt maʼ Kristu jittieħdu l-midlukin?
20 Il-midlukin huma ċerti mit-tama tagħhom. Huma ttieħdu f’patt ieħor, il-patt tas-Saltna. Rigward is-sehem tagħhom maʼ Kristu, Ġesù qal: “Intom dawk li żammejtu sħiħ miegħi fit-tiġrib kollu li ġie fuqi; u bħalma Missieri ħejja saltna għalija, hekk ukoll jiena nħejji għalikom.” (Luqa 22:28-30) Dan il-patt bejn Kristu u s-slaten imseħbin tiegħu jibqaʼ jgħodd għal dejjem.—Apokalissi 22:5.
L-Istaġun tal-Mafkar—Żmien Imbierek
21. Kif nistgħu nibbenefikaw bil-kbir mill-istaġun tal-Mafkar?
21 Il-barkiet fl-istaġun tal-Mafkar huma ħafna. Nistgħu nibbenefikaw mill-qari tal-Bibbja pjanat għal dak il-perijodu. Huwa żmien xieraq b’mod speċjali biex nitolbu, nimmeditaw fuq il-ħajja u l-mewt taʼ Ġesù fuq l-art, u nieħdu sehem fix-xogħol taʼ l-ippridkar tas-Saltna. (Salm 77:13 [77:12, NW]; Filippin 4:6, 7) L-osservanza nfisha tfakkarna fl-imħabba murija minn Alla u Kristu f’konnessjoni mas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala prezz tal-fidwa. (Mattew 20:28; Ġwann 3:16) Dan il-provvediment jagħtina tama u faraġ u għandu jsaħħaħ id-determinazzjoni tagħna biex infittxu li nixbhu lil Kristu fil-ħajja tagħna. (Eżodu 34:6; Lhud 12:3) Il-Mafkar għandu wkoll isaħħaħna biex inwettqu d-dedikazzjoni tagħna bħala qaddejja t’Alla u nkunu segwaċi leali taʼ Ibnu l-għażiż.
22. X’inhi l-iktar ħaġa tajba li Alla ta lill-bnedmin, u x’inhu mod wieħed kif nistgħu nuru l-apprezzament għaliha?
22 Kemm jagħtina affarijiet tajbin Jehovah! (Ġakbu 1:17) Għandna l-gwida tal-Kelma tiegħu, l-għajnuna taʼ l-ispirtu tiegħu, u t-tama taʼ ħajja eterna. L-iktar ħaġa tajba li ta Alla hi s-sagrifiċċju taʼ Ġesù għad-dnubiet tal-midlukin u taʼ dawk kollha li jeżerċitaw il-fidi. (1 Ġwann 2:1, 2) Mela kemm hi għażiża għalik il-mewt taʼ Ġesù? Se tkun int fost dawk li juru l-gratitudni għaliha billi jinġabru wara nżul ix-xemx nhar is-16 t’April, 2003, biex josservaw l-Ikla tal-Mulej?
[Nota taʼ taħt]
^ par. 8 Pubblikat mix-Xhieda taʼ Jehovah imma issa m’għadux jiġi stampat.
X’Inhuma t-Tweġibiet Tiegħek?
• Min għandu jieħu sehem millemblemi tal-Mafkar?
• “In-nagħaġ oħra” għala jattendu l-Ikla tal-Mulej sempliċement bħala osservaturi li juru rispett?
• Il-Kristjani midlukin kif ikunu jafu li għandhom jieħdu sehem mill-ħobż u l-inbid fil-Mafkar tal-mewt taʼ Kristu?
• Għalxiex huwa żmien tajjeb l-istaġun tal-Mafkar?
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Graff/Stampi f’paġna 18]
(For fully formatted text, see publication)
Attendenza għall-Mafkar
BIL-MILJUNI
15,597,746
15
14
13,147,201
13
12
11
10
9
8
7
6
5
4,925,643
4
3
2
1
878,303
63,146
19351955197519952002
[Stampa f’paġna 18]
Se tkun preżenti għall-Ikla tal-Mulej din is-sena?
[Stampi f’paġna 21]
L-istaġun tal-Mafkar huwa żmien mill-aqwa biex naqraw iktar il-Bibbja u nieħdu sehem iżjed fix-xogħol taʼ l-ippridkar tas-Saltna