Kif Xi Wħud Ħadu t-Tweġibiet
Kif Xi Wħud Ħadu t-Tweġibiet
MILJUNI taʼ nies jitolbu. Xi wħud huma konvinti li t-talb tagħhom jitwieġeb. Oħrajn jitħassbu dwar jekk it-talb tagħhom qattx jiġi mismugħ. U hemm oħrajn li jfittxu t-tweġibiet imma qatt ma jgħaddilhom minn rashom li jippreżentaw ix-xewqat tagħhom lil Alla bit-talb.
Il-Bibbja tidentifika lill-Alla veru bħala Semmiegħ it-talb. (Salm 65:3 [65:2, NW]) Jekk titlob, int ċert li t-talb tiegħek huwa indirizzat lill-Alla veru? Huwa t-talb tiegħek tat-tip li hu se jwieġeb?
Ħafna nies madwar id-dinja għandhom għalxiex iwieġbu iva! Kif ħadu t-tweġibiet? X’tgħallmu?
Alla—Min Hu?
Fil-Portugall, għalliema taʼ l-iskola li ġiet mgħallma mis-sorijiet u l-qassisin ipprattikat ir-reliġjon tagħha bis-sinċerità. Din il-mara tħawdet meta rat li l-knisja nbidlet u ma baqgħetx tipprattika l-affarijiet importanti li ġiet mgħallma. Meta vvjaġġat lejn pajjiżi oħra, saret taf b’modi taʼ qima mill-Orjent, u bdiet titħasseb dwar jekk kienx hemm verament Alla wieħed li hu veru. Kif għandha tagħti qima? Meta staqsiet lill-qassis tagħha dwar xi affarijiet li hemm fil-Bibbja, hu injoraha u hi baqgħet diżappuntata.
Il-knisja Kattolika kienet qassmet fuljett fil-belt taʼ din l-għalliema li kien iwissi lill-parruċċani biex ma jkellmux lix-Xhieda taʼ Jehovah. Imma xorta kellha l-mistoqsijiet. Darba waħda, meta x-Xhieda ħabbtulha fuq il-bieb, hi semgħethom u wriet interess f’dak li qalu. Kienet l-ewwel darba li kellmithom.
Biex tikseb it-tweġibiet għall-ħafna mistoqsijiet li kellha, din il-mara bdiet tistudja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Jehovah. Kull ġimgħa kien ikollha lista twila taʼ mistoqsijiet lesta għalihom. Riedet tkun taf l-isem t’Alla, jekk hemmx Alla wieħed biss li hu veru, jekk japprovax l-użu tax-xbihat fil-qima, u ħafna iktar. Hi nnotat li t-tweġibiet kollha li ħadet kienu mill-Bibbja, mhux opinjonijiet persunali, allura baqgħet mistagħġba u ħassitha kuntenta ħafna b’dak li Ġwanni 4:23, Saydon.
kienet qed titgħallem. Ftit ftit, hi ħadet it-tweġibiet għall-ħafna mistoqsijiet li kellha. Illum, hi qed tqim lil Jehovah bl-ispirtu u l-verità, kif Ġesù Kristu qal li kellhom jagħmlu “dawk li jqimu fis-sewwa.”—Il-membri taʼ familja fi Sri Lanka kienu spiss jaqraw il-Bibbja flimkien, imma ma kinux qed jieħdu t-tweġibiet għall-ħafna mistoqsijiet li kienu importanti għalihom. Għalkemm kellhom bżonn l-għajnuna, il-qassis tagħhom ma setax jagħtihielhom. Madankollu, ix-Xhieda taʼ Jehovah żaru lil din il-familja u ħallewlhom il-letteratura mill-Bibbja li kienet se tgħinhom. Iktar tard, meta x-Xhieda taʼ Jehovah tawhom tweġibiet sodisfaċenti għall-mistoqsijiet li kellhom mill-Bibbja, huma aċċettaw li jkollhom studju tal-Bibbja. Dak li tgħallmu fl-istudji tagħhom interessahom ħafna.
Minkejja dan, minħabba dak li l-mara tgħallmet fil-knisja meta kienet għadha żgħira, hi ma setgħetx taċċetta l-fatt li Missier Ġesù Kristu hu l-uniku Alla veru, bħalma qal Ġesù stess. (Ġwann 17:1, 3) Hi ġiet mgħallma li Ġesù hu daqs il-Missier u li dan il-“misteru” m’għandux jiġi dubitat. Bis-sinċerità kollha u minħabba li ma felħitx iktar, hi talbet lil Jehovah, billi użat ismu, u staqsietu biex juriha min hu Ġesù. Imbagħad, reġgħet eżaminat bir-reqqa l-iskritturi li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett. (Ġwann 14:28; 17:21; 1 Korintin 8:5, 6) Bħallikieku tneħħielha velu minn quddiem għajnejha, issa setgħet tara ċar u tond li Jehovah—il-Ħallieq tas-sema u l-art u Missier Ġesù Kristu—hu l-Alla veru.—Isaija 42:8; Ġeremija 10:10-12.
Is-Sofferenza—Għala?
Ir-raġel Ġob għadda minn tbatija estrema. Uliedu kollha nqatlu f’maltempata, u hu tilef ġidu kollu biex spiċċa fil-faqar. Kif ukoll, hu sofra minn marda taʼ wġigħ kbir u ssaporta l-pressjoni li għamlulu xi ħbieb foloz. Meta kien għaddej minn dan kollu, Ġob qal xi kliem bl-addoċċ. (Ġob 6:3) Imma Alla kkunsidra s-sitwazzjoni li kien jinsab fiha. (Ġob 35:15) Hu kien jaf x’kien hemm f’qalb Ġob u għalhekk ipprovdielu l-parir li kellu bżonn. Hu jagħmel l-istess man-nies taʼ llum ukoll.
Fil-Możambik, Castro kellu biss għaxar snin meta mietet ommu. Din il-ġrajja ħallietu mkisser. “Għala kellha tmut u tħallina?” hu staqsa. Għalkemm trabba minn ġenituri li jibżgħu minn Alla, issa beda jħossu mħawwad. X’setaʼ jserraħlu moħħu u jfarraġlu qalbu? Hu sab il-faraġ meta qara Bibbja żgħira biċ-Ċiċewan u ddiskutieha maʼ ħutu l-kbar.
Maż-żmien, Castro beda jifhem għala ommu mietet, mhux minħabba xi inġustizzja minn Alla, imma minħabba l-imperfezzjoni li nirtu. (Rumani 5:12; 6:23) Il-wegħda taʼ l-irxoxt li tinsab fil-Bibbja tatu l-akbar faraġ għaliex ipprovdietlu bażi biex ikollu fiduċja li kien se jerġaʼ jara lil ommu. (Ġwann 5:28, 29; Atti 24:15) B’sogħba kbira, wara biss erbaʼ snin miet missieru. Imma din id-darba Castro setaʼ jkampa aħjar maʼ din it-telfa. Illum, hu jħobb lil Jehovah u qed juża ħajtu b’mod leali fis-servizz t’Alla. Kulmin jafu jistaʼ jara biċ-ċar il-ferħ li sab.
Ħafna nies li tilfu lill-maħbubin tagħhom fil-mewt isibu l-faraġ fl-istess veritajiet Bibliċi li farrġu lil Castro. Xi wħud li għaddew minn tbatijiet kbar minħabba l-azzjonijiet taʼ nies mill-agħar jistaqsu l-istess mistoqsija taʼ Ġob, li qal: “L-għala l-ħżiena ħajjithom twila?” (Ġob 21:7) Meta l-bnedmin jisimgħu verament dak li Alla jgħid permezz tal-Kelma tiegħu, huma jitgħallmu li l-mod kif Alla jmexxi l-affarijiet huwa taʼ benefiċċju għalihom.—2 Pietru 3:9.
Barbara, li trabbiet fl-Istati Uniti, m’esperjenzatx personalment l-orruri tal-gwerra. Imma trabbiet f’dinja mimlija gwerer. Rapporti taʼ l-atroċitajiet tal-gwerra kienet tismagħhom fuq l-aħbarijiet kuljum. Waqt li kienet qed tistudja l-iskola, hi ħassitha mħawda minħabba l-ġrajjiet fl-istorja li żviluppaw b’mod li ma tistax tobsor. Għaliex seħħew dawn l-affarijiet? Kien Alla jimpurtah minn dak li kien qed jiġri? Hi kienet temmen li Alla jeżisti, imma ma kinitx taf x’taqbad temmen dwaru.
Madankollu, il-ħarsa taʼ Barbara lejn il-ħajja bdiet tinbidel meta bdiet tassoċja max-Xhieda taʼ Jehovah. Qagħdet tismagħhom u studjat il-Bibbja magħhom. Bdiet tattendi l-laqgħat fis-Sala tas-Saltna. Attendiet ukoll għal waħda mill-konvenzjonijiet kbar li jagħmlu. Iktar minn hekk, meta kienet tistaqsi xi mistoqsija, hi indunat li x-Xhieda ma kinux qed jagħtu opinjonijiet differenti. Minflok, huma jaqblu f’dak li jgħidu għax il-ħsieb tagħhom huwa bbażat fuq il-Bibbja.
Ix-Xhieda wrewha l-evidenza mill-Bibbja li d-dinja hi influwenzata minn Satana x-Xitan, il-ħakkiem tad-dinja, u li din tirrifletti l-ispirtu tiegħu. (Ġwann 14:30; 2 Korintin 4:4; Efesin 2:1-3; 1 Ġwann 5:19) Huma spjegawlha li l-ġrajjiet li kienu qed iħawduha kienu mbassrin fil-Bibbja. (Danjel, kapitli 2, 7, u 8) Alla bassarhom minħabba li għandu l-abbiltà li jara fil-futur meta jkun irid. Hu kkaġuna li jseħħu ftit minn dawk il-ġrajjiet. L-oħrajn sempliċement ippermettiehom iseħħu. Ix-Xhieda wrew lil Barbara li l-Bibbja tbassar ukoll kemm il-ġrajjiet tajbin taʼ żmienna kif ukoll il-ħżiena u tispjega xi jfissru. (Mattew 24:3-14) Urewha xi twiegħed il-Bibbja dwar id-dinja ġdida li se tkun mimlija bis-sewwa u s-sofferenza se tkun spiċċat.—2 Pietru 3:13; Apokalissi 21:3, 4.
Maż-żmien, Barbara bdiet tifhem li Alla Jehovah m’huwiex responsabbli għas-sofferenzi tal-bnedmin. Biss, hu ma jipprovax jevitalhom it-tbatija billi jġagħlhom jobdu l-kmandamenti tiegħu meta huma jiddeċiedu li ma jobdux. (Dewteronomju 30:19, 20) Alla pprovda mezz li bih nistgħu ngħixu ferħanin għal dejjem, imma hu qed jagħtina l-opportunità issa biex nuru jekk hux se ngħixu fi qbil mat-triqat sewwa tiegħu. (Apokalissi 14:6, 7) Barbara ddeċidiet li titgħallem x’jirrikjedi Alla minnha u li tgħix fi qbil maʼ dan. Ukoll, fost ix-Xhieda taʼ Jehovah hi sabet l-imħabba li Ġesù qal li kienet se tidentifika lis-segwaċi veri tiegħu.—Ġwann 13:34, 35.
Inti wkoll tistaʼ tibbenefika mill-provvedimenti li għenu lilha.
Ħajja Sinifikanti
Anki dawk li ħajjithom tidher li qed tirnexxi jistgħu jkunu qed ifittxu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jħawduhom. Per eżempju, Matthew, raġel żagħżugħ mill-Britannja, minn dejjem kellu xewqa kbira li jsib lill-Alla veru u l-iskop tal-ħajja. Missieru miet meta Matthew kellu 17-il sena. Wara dan, Matthew ħa lawrja mill-università fil-mużika. Imbagħad, hu beda jirrealizza iktar minn qatt qabel kemm kienet bla skop il-ħajja mimlija materjaliżmu li kien qed jgħix. Telaq mid-dar biex imur jgħix Londra u hemm hu beda jiffrekwenta n-nightclubs, involva ruħu fid-drogi, fl-astroloġija, fl-ispiritiżmu, u fiż-Zen Buddhism u filosofiji oħra—dan kollu biex jipprova jsib ħajja sodisfaċenti. B’niket kbir fuqu hu talab lil Alla biex jgħinu jsib il-verità.
Jumejn wara Matthew iltaqaʼ maʼ ħabib li kien ilu ma jarah u qallu dwar is-sitwazzjoni tal-biki li kien jinsab fiha. Dan ir-raġel kien studja max-Xhieda taʼ Jehovah. Meta dan wera lil Matthew l-iskrittura tat-2 Timotju 3:1-5, hu baqaʼ skantat meta ra kemm il-Bibbja tiddeskrivi eżatt lid-dinja taʼ madwarna. Meta qara l-Priedka taʼ fuq il-Muntanja, din messitlu qalbu. (Mattew, kapitli 5-7) Għall-ewwel, żamm lura għax kien qara xi materjal li kkritika lix-Xhieda taʼ Jehovah, imma fl-aħħar hu ddeċieda li jattendi l-laqgħat fis-Sala tas-Saltna fil-qrib.
Matthew ħa pjaċir b’dak li semaʼ u beda jistudja l-Bibbja maʼ wieħed mill-anzjani tal-kongregazzjoni. Malajr induna li dak li kien qed jitgħallem kien dak li kien qed ifittex, it-tweġiba għat-talba li għamel lil Alla. Hu beda jaħsad il-benefiċċji hekk kif abbanduna xi prattiċi li ma jogħġbux lil Jehovah. Waqt li beda jikkultiva biżaʼ bnin minn Alla, hu tqanqal biex iġib ħajtu fi qbil mal-kmandamenti tiegħu. Matthew tgħallem li ħajja bħal din hija waħda mimlija skop.—Koħèlet 12:13.
Ma kienx predestinat li Matthew jew loħrajn imsemmijin f’dan l-artiklu kienu se jsibu mod taʼ ħajja sodisfaċenti. Minkejja dan, huma tgħallmu li Alla Jehovah għandu skop Atti 10:34, 35) Dan l-iskop jinkludi ħajja taʼ dejjem f’dinja ħielsa mill-gwerer, mill-mard u l-ġuħ—saħansitra mill-mewt. (Isaija 2:4; 25:6-8; 33:24; Ġwann 3:16) Huwa dan dak li trid int? Jekk iva, tistaʼ titgħallem iktar dwar x’hemm bżonn biex tgħix ħajja sodisfaċenti billi tattendi l-laqgħat ibbażati fuq il-Bibbja fis-Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Jehovah. Inti mistieden mill-qalb biex tagħmel dan.
kollu mħabba li jħaddan lil dawk kollha li jagħżlu li jobdu l-kmandamenti tiegħu. ([Stampa f’paġna 7]
Itlob lil Alla bil-ħrara billi tuża l-isem persunali tiegħu
[Stampa f’paġna 7]
Studja l-Bibbja maʼ dawk li jgħallmu verament x’hemm fiha
[Stampi f’paġna 7]
Attendi l-laqgħat fis-Sala tas-Saltna
[Sors tal-Istampa f’paġna 4]
Hiker: Chad Ehlers/Index Stock Photography