Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għandna Nitolbu lill-Anġli għall-Għajnuna?

Għandna Nitolbu lill-Anġli għall-Għajnuna?

Għandna Nitolbu lill-​Anġli għall-​Għajnuna?

HUWA xieraq li nitolbu lill-​anġli fi żmien l-​inkwiet? Ħafna jaħsbu li jistgħu. Filfatt, in-​New Catholic Encyclopedia tgħid: ‘Wieħed jitlob lill-​anġli imma sempliċement sabiex jidħlu għalina quddiem Alla.’ Għandna nitolbu lill-​anġli biex jidħlu għalina?

Il-​Kelma t’Alla tipprovdi l-​ismijiet taʼ tnejn biss mill-​anġli leali t’Alla, Mikiel u Gabrijel. (Danjel 8:16; 12:1; Luqa 1:26; Ġuda 9) Ladarba dawn l-​ismijiet huma msemmijin fil-​Bibbja, aħna nifhmu li kull anġlu huwa spirtu uniku li għandu isem, u mhux sempliċement xi enerġija jew qawwa bla personalità. Madankollu, anġli oħrajn irrifjutaw li jgħidu x’jisimhom. Per eżempju, meta Ġakobb staqsa lill-​anġlu li żaru sabiex jgħidlu x’jismu, dan irrifjuta li jagħmel hekk. (Ġenesi 32:30 [32:29, NW]; Mħallfin 13:17, 18) Fil-​Bibbja ma nsibu ebda lista taʼ ismijiet taʼ l-​anġli, u dan jevita li l-​bnedmin jagħtuhom attenzjoni iktar milli hu xieraq.

Wieħed mid-​dmirijiet taʼ l-​anġli hu li jwasslu l-​messaġġi t’Alla lill-​bnedmin. Fil-​fatt, il-​kliem oriġinali bl-​Ebrajk u l-​Grieg li huwa tradott bħala “anġlu” letteralment ifisser “messaġġier.” Madankollu, l-​anġli ma jaqdux bħala medjaturi li jwasslu t-​talb tal-​bnedmin lejn it-​tron taʼ l-​Iktar Għoli. Alla ddeċieda li t-​talb jiġi indirizzat lilu f’isem Ibnu, Ġesù Kristu, li qal: “Kull ma titolbu lill-​Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom.”—Ġwanni 15:16; 1 Timotju 2:5.

Alla Jehovah qatt m’għandu daqshekk x’jagħmel li ma jistax jismagħna meta navviċinawh kif jixraq. Il-​Bibbja tagħtina din l-​assiguranza: “Qrib il-​Mulej lejn kull min isejjaħlu, lejn kull min isejjaħlu fis-​sewwa.”—Salm 145:18.