Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Imġiba Tajba ‘Ssebbaħ it-Tagħlim t’Alla’

Imġiba Tajba ‘Ssebbaħ it-Tagħlim t’Alla’

Imġiba Tajba ‘Ssebbaħ it-​Tagħlim t’Alla’

IŻ-​ŻAGĦŻUGĦA Maria fi Kransnoyarsk ġewwa r-​Russja tant tkanta tajjeb li l-​għalliema għażlitha biex tingħaqad mal-​kor taʼ l-​iskola. Ftit wara, Maria bir-​rispett kollu resqet fuq waħda mill-​għalliema tagħha u spjegatilha li ma setgħetx tkanta ċertu għanjiet. Għala? Għaliex il-​konvinzjonijiet tagħha bbażati fuq il-​Bibbja ma kinux iħalluha tkanta għanjiet konnessi mar-​reliġjon. L-​għalliema baqgħet skantata u staqsietha, ‘X’jistaʼ jkun hemm ħażin meta tfaħħar lil Alla b’għanja?’

Biex turiha għala mhix lesta tkanta għanja dwar Alla Trinitarjan, Maria fetħitilha l-​Bibbja tagħha u spjegatilha li Alla u Ġesù Kristu m’humiex Alla wieħed u li l-​ispirtu qaddis huwa l-​forza attiva t’Alla. (Mattew 26:39; Ġwanni 14:28; Atti 4:​31) Maria tirrakkonta: “Ir-​relazzjoni tiegħi maʼ l-​għalliema ma ġietx effettwata. Il-​biċċa l-​kbira mill-​għalliema fl-​iskola tagħna huma tajbin ħafna. Iriduna nkunu onesti.”

Matul is-​sena skolastika, Maria żammet sod, u b’hekk rebħet ir-​rispett taʼ l-​għalliema tagħha kif ukoll taʼ sħabha tal-​klassi. Maria tgħid: “Il-​prinċipji tal-​Bibbja jgħinuni f’ħajti. Fi tmiem is-​sena skolastika qlajt premju għall-​onestà u l-​ordni, waqt li l-​ġenituri tiegħi rċivew ittra uffiċjali taʼ ringrazzjament mill-​iskola talli taw lil binthom trobbija tajba.”

Maria tgħammdet fit-​18 t’Awissu, 2001. Hi tgħid: “Ferħana ħafna li nistaʼ naqdi lil Ġeħova, Alla tant taʼ l-​għaġeb!” Xhieda żgħażagħ taʼ Ġeħova mad-​dinja kollha jwettqu l-​kliem taʼ Titu 2:​10 li jħeġġiġna ‘nsebbħu f’kollox it-​tagħlim t’Alla, is-​Salvatur tagħna.’

[Stampa f’paġna 32]

Maria u l-​ġenituri tagħha wara li tgħammdet

[Stampa f’paġna 32]

Ittra t’apprezzament u ċertifikat taʼ mertu