Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Int “Għani m’Alla”?

Int “Għani m’Alla”?

Int “Għani m’Alla”?

FOST il-​bosta parabboli taʼ Ġesù Kristu li jġagħluk taħseb, hemm waħda dwar sid għani li kellu ħafna artijiet. Sabiex jipprova jkollu futur mimli sigurtà u fiż-​żgur, sid l-​art għamel pjanijiet biex jibni mħażen akbar. Madankollu, fit-​tixbiha taʼ Ġesù, ir-​raġel jissejjaħ bħala “iblah.” (Luqa 12:​16-21) Diversi traduzzjonijiet tal-​Bibbja jużaw il-​kelma “iblah.” Għala dan il-​ġudizzju aħrax?

Milli jidher, il-​pjanijiet taʼ dan ir-​raġel għani ma kinux jinkludu lil Alla; lanqas ma ta xi kredtu lil Alla għal dak li kienet ipproduċiet l-​art. (Mattew 5:45) Minflok, hu ftaħar: “Ruħ, għandek ħafna ġid maħżun għal ħafna snin; strieħ, kul, ixrob, u gawdi.” Iva, hu immaġina li l-​isforzi tiegħu kienu se jirriżultaw f’“ħajt taʼ protezzjoni.”—Proverbji 18:​11, NW.

Bi twissija kontra spirtu kburi bħal dan, id-​dixxiplu Ġakbu kiteb: “Ejjew, issa, intom li tgħidu: ‘Illum jew għada nivvjaġġaw lejn din il-​belt u nqattgħu sena hemmhekk, u ninnegozjaw u nagħmlu l-​qligħ,’ filwaqt li ma tafux x’se jsir minnkom għada, għax intom ċpar li jidher għal ftit u mbagħad jgħib.”—Ġakbu 4:​13, 14.

Dawn il-​kelmiet kienu minnhom għax ir-​raġel għani msemmi fil-​parabbola taʼ Ġesù ntqallu: “Ja iblah! Dan il-​lejl jitolbuk ruħek. Min, mela, se jiħodhom l-​affarijiet li ħżint?” Bħal ċpar li jisparixxi, ir-​raġel għani kien se jmut qabel ma kien se jara x-​xewqat tiegħu jitwettqu. Nistgħu nitgħallmu xi ħaġa minn dan? Ġesù qal: “Hekk jiġrilu min jaħżen teżor għalih innifsu imma ma jkunx għani m’Alla.” Int “għani m’Alla”?