Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ l-Ewwel Kronaki

Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ l-Ewwel Kronaki

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ l-​Ewwel Kronaki

GĦADDEW madwar 77 sena mindu lLhud reġgħu lura lejn pajjiżhom mill-​eżilju f’Babilonja. It-​tempju li nbena mill-​ġdid mill-​Gvernatur Żerubbabel issa ilu jeżisti 55 sena. Ir-​raġuni ewlenija għala l-​Lhud reġgħu lura kien it-​tiġdid tal-​qima vera f’Ġerusalemm. Imma l-​poplu m’għandux żelu għall-​qima taʼ Ġeħova. Hemm bżonn urġenti taʼ l-​inkuraġġiment, u dan huwa eżattament dak li jipprovdi l-​ktieb Bibliku taʼ l-​Ewwel Kronaki.

Minbarra l-​listi ġenealoġiċi li jsemmi, lEwwel Kronaki jkopri perijodu taʼ xi 40 sena, mill-​mewt tas-​Sultan Sawl sal-​mewt tas-​Sultan David. Milli jidher Esdra l-​qassis kiteb dan il-​ktieb fis-​sena 460 Q.E.K. L-​Ewwel Kronaki huwa taʼ interess għalina għaliex jgħinna nifhmu kif kienet issir il-​qima fit-​tempju u jipprovdi dettalji dwar id-​dixxendenza sal-​Messija. Bħala parti mill-​Kelma ispirata t’Alla, il-​messaġġ li fih isaħħilna l-​fidi u jgħinna iktar nifhmu l-​Bibbja.​—Ebrej 4:12.

LISTA IMPORTANTI TAʼ ISMIJIET

(1 Kronaki 1:1–​9:​44)

Il-​lista dettaljata u ġenealoġika li jiġbor Esdra hija neċessarja għal minn taʼ l-​inqas tliet raġunijiet: biex jiżgura li dawk l-​irġiel li jiġu inkarigati biss setgħu jaqdu bħala qassisin, biex ikun jistaʼ jiddetermina l-​wirt tat-​tribù, u biex jippreserva l-​lista tad-​dixxendenza li twassal sal-​Messija. Il-​lista ġenealoġika tgħaqqad lil-​Lhud mal-​passat tagħhom lura sa l-​ewwel bniedem. Hemm għaxar ġenerazzjonijiet li jibdew minn Adam sa Noè, u għaxra oħra sa Abraham. Wara li jsemmi lil ulied Ismagħel, lil ulied Ketura, il-​konkubina t’Abraham, u lil ulied Għesaw, ir-​rakkont jiġbed l-​attenzjoni fuq il-​linja taʼ dixxendenza tat-​12-il tifel taʼ Iżrael.​—1 Kronaki 2:1.

Esdra jikteb fid-​dettall dwar id-​dixxendenti taʼ Ġuda minħabba li dawn iwasslu għal-​linja rjali tas-​Sultan David. Hemm 14-il ġenerazzjoni minn Abraham sa David, u 14 oħra sa l-​eżilju f’Babilonja. (1 Kronaki 1:​27, 34; 2:​1-15; 3:​1-17; Mattew 1:17) Imbagħad, Esdra jniżżel id-​dixxendenti tat-​tribujiet tan-​naħa tal-​lvant tal-​Ġordan, segwiti mill-​ġenealoġija taʼ wlied Levi. (1 Kronaki 5:​1-24; 6:1) Wara dan, Esdra jiġbor fil-​qosor xi ftit mit-​tribujiet l-​oħrajn tan-​naħa tal-​punent tax-​Xmara Ġordan u jniżżel il-​linja taʼ Benjamin fid-​dettall. (1 Kronaki 8:1) Ġew imniżżlin ukoll l-​ismijiet taʼ l-​ewwel uħud li marru joqogħdu Ġerusalemm wara l-​jasar f’Babilonja.​—1 Kronaki 9:​1-16.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:​18—Min kien missier Selaħ​—Kajnan jew Arfaksad? (Luqa 3:​35, 36) Arfaksad kien missier Selaħ. (Ġenesi 10:24; 11:12) It-​terminu “Kajnan” f’ Luqa 3:36 probabbli jintuża b’mod żbaljat minflok it-​terminu “Kaldin.” Jekk dan hu l-​każ, il-​kitba oriġinali hemm mnejn li kienet tinqara, “bin Arfaksad mill-​Kaldin.” Jew jistaʼ jkun li l-​ismijiet Kajnan u Arfaksad jirreferu għall-​istess persuna. Taʼ min jinnota li ċerti manuskritti ma fihomx l-​espressjoni “bin Kajnan.”​—Luqa 3:36.

2:​15—Kien David is-​sebaʼ iben taʼ Ġesse? Le. Ġesse kellu tmien subien, u David kien l-​iżgħar fosthom. (1 Samwel 16:​10, 11; 17:12) Jidher ċar li wieħed mit-​tfal taʼ Ġesse miet mingħajr ma kellu tfal. Peress li dan l-​iben ma kienx se jagħmel differenza fil-​lista ġenealoġika, Esdra ma semmiex ismu.

3:​17—L-​iskrittura taʼ Luqa 3:27 għala tirreferi għal Saltijel, bin Ġekonija, bħala bin Neri? Ġekonija kien missier Saltijel. Minkejja dan, milli jidher Neri ta lil bintu biex tkun il-​mara taʼ Saltijel. Luqa rrefera għar-​raġel taʼ bint Neri bħala bin Neri bħalma għamel fil-​każ taʼ Ġużeppi, billi sejjaħlu iben Għeli, missier Marija.​—Luqa 3:23.

3:​17-​19—Żerubbabel, Pedaja u Saltijel kif kienu jiġu minn xulxin? Żerubbabel kien wieħed mill-​ulied taʼ Pedaja, li kien ħu Saltijel. Madankollu, xi drabi l-​Bibbja ssejjaħ lil Żerubbabel bin Saltijel. (Mattew 1:12; Luqa 3:27) Dan jistaʼ jkun minħabba li Pedaja miet u Saltijel rabba lil Żerubbabel. Jew jistaʼ jkun li peress li Saltijel miet mingħajr ma kellu tfal, Pedaja żżewweġ lill-​armla taʼ Saltijel, u Żerubbabel kien l-​ewwel imwieled taʼ dak iż-​żwieġ.​—Dewteronomju 25:​5-10.

5:​1, 2​—X’kien ifisser għal Ġużeppi l-​fatt li jirċievi d-​dritt tal-​primoġenitura? Dan kien ifisser li Ġużeppi rċieva żewġ ishma mill-​wirt. (Dewteronomju 21:17) Għalhekk hu sar missier taʼ żewġ tribujiet​—Efrajm u Manasse. Mill-​ulied l-​oħra taʼ Iżrael ħareġ tribù kull wieħed biss.

Lezzjonijiet Għalina:

1:1–9:​44. Il-​ġenealoġiji taʼ nies li verament kienu jeżistu jagħtu prova li l-​arranġament kollu tal-​qima vera huwa bbażat fuq il-​fatti, mhux fuq il-​ħrejjef.

4:​9, 10. Ġeħova wieġeb it-​talb ħerqan taʼ Ġagħbes billi wessaʼ l-​fruntieri taʼ l-​art tiegħu sabiex ikun jistaʼ jilqaʼ iktar nies li jibżgħu minn Alla. Aħna wkoll irridu nitolbu mill-​qalb lil Alla għal żjieda fost l-​aduraturi taʼ Ġeħova hekk kif biż-​żelu nkomplu nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli.

5:​10, 18-​22. Fi żmien is-​Sultan Sawl, it-​tribujiet fil-​lvant tal-​Ġordan għelbu lil Ħagrin avolja dawn it-​tribujiet kienu iktar mid-​doppju fl-​għadd tagħhom. Dan ġara minħabba li l-​irġiel taʼ ħila taʼ dawn it-​tribujiet fdaw f’Ġeħova u sejħulu għall-​għajnuna. Jalla jkollna fiduċja qawwija f’Ġeħova filwaqt li nkomplu fit-​taqbida spiritwali kontra l-​għedewwa tagħna li huma ħafna iktar minna.—Efesin 6:​10-17.

9:​26, 27. Il-​purtinara Leviti ġew inkarigati b’xogħol taʼ responsabbiltà kbira. Huma ngħataw iċ-​ċavetta biex jidħlu fil-​postijiet sagri tat-​tempju. Urew li kienu taʼ min jafdahom meta fetħu l-​bibien kuljum. Aħna ġejna fdati b’responsabbiltà biex nilħqu lin-​nies fit-​territorju tagħna u ngħinuhom jibdew iqimu lil Ġeħova. M’għandniex aħna nagħtu prova li aħna taʼ min joqgħod fuqna u taʼ min jafdana sewwasew bħalma kienu l-​purtinara Leviti?

DAVID JIBDA JSALTAN

(1 Kronaki 10:1–29:30)

Ir-​rakkont jibda bil-​ġrajja taʼ meta s-​Sultan Sawl u t-​tliet uliedu jmutu fil-​battalja kontra l-​Filistin fuq il-​muntanja taʼ Gilbogħa. David, bin Ġesse, isir sultan fuq it-​tribù taʼ Ġuda. Nies mit-​tribujiet kollha jiġu Ħebron u jagħmluh sultan fuq Iżrael kollu. (1 Kronaki 11:​1-3) Ftit wara hu jieħu f’idejh lil Ġerusalemm. Iktar tard l-​Iżraelin iġibu l-​arka tal-​patt f’Ġerusalemm “b’għajat taʼ ferħ u d-​daqq tat-​trombi, u . . . daqqew ukoll l-​arpi u ċ-​ċetri bil-​qawwa kollha.”​—1 Kronaki 15:28.

David jesprimi xewqtu biex jibni tempju lill-​Alla veru. Ġeħova jħalli dan il-​privileġġ għal Salamun, imma jagħmel patt maʼ David għal Saltna. Filwaqt li David ikompli bl-​attakk tiegħu kontra l-​għedewwa taʼ l-​Iżraelin, Ġeħova jagħtih rebħa wara l-​oħra. Isir ċensiment illegali li jirriżulta fil-​mewt taʼ 70,000 ruħ. Wara li jirċievi istruzzjoni anġelika biex jibni artal għal Ġeħova, David jixtri post mingħand Ornan il-​Ġebusi. David jibda ‘jħejji kulma hu meħtieġ’ biex tinbena dar “kbira tassew” lil Ġeħova f’dan il-​post. (1 Kronaki 22:5) David jorganizza s-​servizzi tal-​Leviti, li hawnhekk jiġu deskritti b’iktar dettall minn kwalunkwe post ieħor fl-​Iskrittura. Is-​sultan u l-​poplu jagħtu kontribuzzjonijiet b’mod ġeneruż għat-​tempju. Wara li jsaltan għal 40 sena, David imut “mimli bl-​għomor, bl-​għana, u bil-​glorja; u [jibda] jsaltan floku Salamun, ibnu.”​—1 Kronaki 29:28.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

11:11—Għala l-​għadd taʼ dawk maqtulin huwa 300 u mhux 800 bħalma nsibu fl-​istess rakkont li hemm fit-2 Samwel 23:8? L-​aqwa fost it-​tlett irġiel qalbiena taʼ David kien Jesbogħam, jew Isboset. Iż-​żewġt irġiel qalbiena l-​oħra kienu Elgħażar u Samma. (2 Samwel 23:​8-11) Ir-​raġuni għad-​differenza li hemm bejn iż-​żewġ rakkonti tistaʼ tkun li qed jirreferu għal azzjonijiet differenti li wettaq l-​istess raġel.

11:​20, 21—X’kienet il-​pożizzjoni t’Abisaj f’konnessjoni mat-​tlett irġiel l-​iktar qalbiena taʼ David? Abisaj ma kienx wieħed mit-​tlett irġiel l-​iktar qalbiena li qdew lil David. Però, kif juri t-​Tieni Samwel 23:​18, 19, hu kien l-​aqwa fost it-​30 gwerrier u kellu l-​akbar ġieħ fosthom. Ir-​reputazzjoni t’Abisaj kienet qed tħabbatha maʼ dik tat-​tlett irġiel l-​iktar qalbiena għaliex hu wettaq att kbir bħal dak taʼ Jesbogħam.

12:9 (12:​8, NW)—B’liema mod wiċċ il-​gwerriera minn Gadin kien bħal “wiċċ l-​iljuni”? Dawn il-​qalbiena kienu maʼ David meta kienu fid-​deżert. Xagħarhom kien twal. Il-​fatt li kellhom xagħar u daqna twal tahom dehra feroċi bħal dik taʼ l-​iljuni.

13:5—X’inhi “Siħor taʼ l-​Eġittu”? Ħafna ħasbu li din l-​espressjoni tirreferi għal fergħa mix-​Xmara Nil. Madankollu, ġeneralment jiġi mifhum li din qed tirreferi għall-​“wied taʼ l-​Eġittu”​—irdum li jimmarka l-​fruntieri fil-​lbiċ taʼ l-​Art Imwiegħda.​—Numri 34:​2, 5; Ġenesi 15:18.

16:30 (NW)​—X’inhu t-​tifsir taʼ l-​“uġigħ qawwi” minħabba Ġeħova? L-​espressjoni “wġigħ” hawnhekk hija użata b’mod figurattiv biex turi biżaʼ riverenzjali u rispett kbir lejn Ġeħova.

16:​1, 37-​40; 21:​29, 30; 22:19—Liema arranġament għall-​qima baqaʼ jintgħamel f’Iżrael minn meta l-​Arka nġiebet f’Ġerusalemm sakemm inbena t-​tempju? Meta David ġab l-​Arka f’Ġerusalemm u poġġieha ġewwa t-​tinda li kien waqqaf, l-​Arka kienet ilha nieqsa mit-​tabernaklu għal ħafna snin. Wara li nġarret, l-​Arka baqgħet f’din it-​tinda f’Ġerusalemm. It-​tabernaklu kien f’Gibgħon, fejn il-​Qassis il-​Kbir Sadok u ħutu kienu joffru sagrifiċċji skond il-​Liġi. Dan l-​arranġament baqaʼ sejjer sakemm tlesta t-​tempju f’Ġerusalemm. Meta tlesta t-​tempju, it-​tabernaklu nġarr minn Gibgħon lejn Ġerusalemm, u l-​Arka tpoġġiet fl-​Iktar Qaddis tat-​tempju.​—1 Slaten 8:​4, 6.

Lezzjonijiet Għalina:

13:11. Meta l-​isforzi tagħna jfallu, għandna nanalizzaw is-​sitwazzjoni u nipprovaw naraw x’wassal għal dan minflok ma nirrabjaw u nwaħħlu f’Ġeħova. Bla ebda dubju, David hekk għamel. Hu tgħallem mill-​iżball tiegħu u iktar tard irnexxielu jġib l-​Arka lejn Ġerusalemm billi uża l-​metodu xieraq. a

14:​10, 13-​16; 22:​17-​19. Aħna għandna dejjem nersqu bit-​talb lejn Ġeħova u nfittxu d-​direzzjoni tiegħu qabel ma nidħlu għal xi attività li tistaʼ teffettwana spiritwalment.

16:​23-​29. Il-​qima lil Ġeħova għandha tkun l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjitna.

18:3. Ġeħova huwa Dak li jwettaq il-​wegħdi tiegħu. Permezz taʼ David, hu wettaq il-​wegħda tiegħu li jagħti l-​art kollha taʼ Kangħan lil nisel Abraham, li kienet mifruxa “mix-​xmara taʼ l-​Eġittu sax-​xmara l-​kbira, ix-​xmara taʼ l-​Ewfrat.”​—Ġenesi 15:18; 1 Kronaki 13:5.

21:​13-​15. Ġeħova kkmanda lill-​anġlu biex iwaqqaf il-​pesta għaliex Hu jħoss meta l-​poplu Tiegħu jsofri. Tabilħaqq, “kbira hija l-​ħniena tiegħu.” b

22:​5, 9; 29:​3-5, 14-​16. Għalkemm ma kienx inkarigat biex jibni t-​tempju taʼ Ġeħova, David wera spirtu ġeneruż. Għala? Għaliex hu rrealizza li dak kollu li kellu kien minħabba t-​tjubija taʼ Ġeħova. Sentimenti simili taʼ gratitudni għandhom iqanqluna biex ikollna spirtu taʼ ġenerożità.

24:​7-​18. L-​arranġament li David għamel dwar it-​tqassim taʼ l-​24 qassis beda meta l-​anġlu taʼ Ġeħova deher lil Żakkarija, missier Ġwanni l-​Battista, u ħabbar it-​twelid taʼ Ġwanni. Bħala membru “mit-​taqsima t’Abija,” dakinhar Żakkarija kien imissu jaqdi fit-​tempju. (Luqa 1:​5, 8, 9) Il-​qima vera hija konnessa maʼ persuni storiċi mhux mitoloġiċi. Se jkollna barkiet jekk bil-​lealtà nikkooperaw maʼ “l-​ilsir leali u għaqli” f’konnessjoni mal-​qima lil Ġeħova li hija organizzata tajjeb illum.​—Mattew 24:45.

Aqdi lil Ġeħova “b’Rieda Soda”

Il-​ktieb taʼ l-​Ewwel Kronaki ma jitkellimx biss dwar ġenealoġiji. Huwa wkoll rakkont dwar meta David ġarr l-​arka tal-​patt lejn Ġerusalemm, dwar ir-​rebħiet tiegħu, dwar il-​preparazzjoni għall-​bini tat-​tempju, u dwar l-​arranġament tat-​tqassim tas-​servizzi tal-​qassisin Leviti. Dak kollu li Esdra jirrakkonta fl-​Ewwel Kronaki żgur li għamel il-​ġid lil Iżraelin, billi għenhom jerġgħu jiksbu ż-​żelu għall-​qima taʼ Ġeħova fit-​tempju.

X’eżempju ħalla David f’li jpoġġi l-​qima taʼ Ġeħova l-​ewwel u qabel kollox f’ħajtu! Minflok ma fittex privileġġi speċjali għalih innifsu, David fittex li jagħmel ir-​rieda t’Alla. Aħna niġu mħeġġin biex napplikaw il-​parir taʼ David li naqdu lil Ġeħova ‘b’qalb sħiħa u b’rieda soda.’​—1 Kronaki 28:9.

[Noti taʼ taħt]

a Għal iktar lezzjonijiet dwar l-​attentat taʼ David biex iġorr l-​Arka lejn Ġerusalemm, ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju, 2005, paġni 16-19.

b Għal iktar lezzjonijiet li għandhom x’jaqsmu maċ-​ċensiment illegali taʼ David, ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju, 2005, paġni 16-19.

[Tabella/Stampi f’paġna 8-11]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

4026 Q.E.K. Adam Il-​ġenerazzjonijiet minn Adam sa

Noè (1,056 sena)

130 sena

 

Set

 

105

 

Enos

 

90

 

Kenan

 

70

 

Maħlalel

 

65

 

Ġared

 

162

 

Ħenok

 

65

 

Matusala

 

187

 

Lamek

 

182

 

2970 Q.E.K. Noè 2970 Q.E.K. Jitwieled NOÈ

Il-​ġenerazzjonijiet minn Noè sa

502 sena Abraham (952 sena)

 

Sem

ID-​DILLUVJU 2370 Q.E.K.

100

 

Arfaksad

 

35

 

Selaħ

 

30

 

Għeber

 

34

 

Peleg

 

30

 

Regħu

 

32

 

Xerug

 

30

 

Naħor

 

29

 

Teraħ

 

130

 

2018 Q.E.K. Abraham 2018 Q.E.K. Jitwieled ABRAHAM

Minn Abraham sa David:

100 sena 14-il ġenerazzjoni (911-il sena)

 

Iżakk

 

60

Ġakobb

 

ċ.88

 

Ġuda

 

Pereż

 

Ħesron

 

Ram

 

Għamminadab

 

Naħson

 

Salmon (Xalman)

 

Bogħaż

 

Għobed

 

Ġesse

 

1107 Q.E.K. Jitwieled DAVID