Il-Miġja taʼ Kristu—Dak li Se Twettaq
Il-Miġja taʼ Kristu—Dak li Se Twettaq
“TERRUR F’SÃO PAULO.” Ir-rivista Veja hekk iddeskriviethom l-erbat ijiem f’Mejju taʼ l-2006, meta l-kriminalità organizzata ġabet lill-akbar u l-iktar belt sinjura fil-Brażil “daharha mal-ħajt.” Madwar 150 uffiċjal tal-pulizija, kriminali, u ċittadini ordinarji nqatlu ‘f’iktar minn 100 siegħa taʼ terrur.’
Il-vjolenza tinsab fuq quddiem fl-aħbarijiet fi kważi kull rokna taʼ l-art. Il-mexxejja umani donnhom m’humiex kapaċi jwaqqfuha. Id-dinja tagħna qed issir post iktar perikoluż biex tgħix fih. Forsi int tħossok skuraġġit minħabba li, tħares fejn tħares, issib li hemm tant aħbarijiet koroh. Madankollu, iż-żmien għal bidla jinsab fil-qrib.
Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu biex jitolbu ħalli tiġi s-Saltna t’Alla u biex isseħħ ir-rieda t’Alla “kif fis-sema, ukoll fuq l-art.” (Mattew 6:9, 10) Din is-Saltna hija gvern b’Ġesù Kristu bħala s-Sultan maħtur minn Alla. Hi se ssolvi l-problemi kollha taʼ l-umanità. Madankollu, biex is-Saltna t’Alla ġġib bidliet fuq l-art, irid ikun hemm bidla mill-ħakma tal-bniedem għall-ħakma taʼ Kristu. Dan hu eżatt dak li se twettaq il-miġja taʼ Kristu.
Bidla Paċifika?
In-nazzjonijiet sejrin jissottomettu ruħhom paċifikament għall-ħakma taʼ Kristu? L-appostlu Ġwanni ngħata viżjoni li tipprovdi t-tweġiba. Ġwanni qal: “Rajt il-bhima salvaġġa [is-sistema politika dinjija] u s-slaten taʼ l-art u l-armati tagħhom miġburin biex jiggwerraw kontra dak [Ġesù] li kien riekeb fuq iż-żiemel u kontra l-armata tiegħu.” (Rivelazzjoni 19:19) X’se jiġrilhom is-slaten taʼ l-art f’din il-gwerra? Is-Sultan midluk taʼ Ġeħova ‘se jkissirhom b’virga tal-ħadid, bħal ġarra tal-fuħħar [hu] frak jagħmilhom,’ tgħid il-Bibbja. (Salm 2:9) Is-sistema politika se tiġi mfarrka għalkollox. Is-Saltna t’Alla se “tfarrak u ttemm is-saltniet [umani] l-oħra kollha waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Danjel 2:44.
Xi ngħidu għan-nies li jopponu s-Saltna t’Alla? “Fir-rivelazzjoni tal-Mulej Ġesù mis-sema maʼ l-anġli setgħana tiegħu f’nar iħeġġeġ,” Ġesù huwa deskritt bħala wieħed li “jġib vendetta fuq dawk li ma jafux lil Alla u 2 Tessalonikin 1:7, 8) “Imma l-ħżiena,” jgħid Proverbji 2:22, “mill-art jitqaċċtu, u l-qarrieqa jinqalgħu minnha.”
dawk li ma jobdux l-aħbar tajba.” (Rigward il-miġja taʼ Kristu, il-Bibbja tgħid: “Ara! Hu ġej mas-sħab, u kull għajn tarah.” (Rivelazzjoni 1:7) In-nies mhux se jarawh bl-għajnejn letterali tagħhom. Mindu telaʼ s-sema, Ġesù huwa persuna spirtu “li jgħammar f’dawl li ma tistax tersaq lejh, li ebda bniedem ma ra jew jistaʼ jara.”—1 Timotju 6:16.
Ġesù m’għandux bżonn jieħu sura taʼ bniedem biex ikunu jistgħu “jarawh” labitanti taʼ l-art, sewwasew bħalma Ġeħova ma kellux bżonn jidher b’mod viżibbli meta ġab l-Għaxar Kastigi fuq l-Eġizzjani fi żmien Mosè. In-nies taʼ dak iż-żmien ma kellhom ebda dubju li Ġeħova kien qed jikkaġuna l-kastigi, u huma kienu mġegħlin jirrikonoxxu l-qawwa tiegħu. (Eżodu 12:31) B’mod simili, meta Kristu jieħu azzjoni bħala l-Esekutur t’Alla, il-ħżiena se jkunu mġegħlin “jaraw,” jew jifhmu, li Ġesù qed jintuża minn Alla biex jiġġudikahom. Dan se jsiru jafuh għaliex il-bnedmin se jkunu mwissijin bil-quddiem. Iva, “kull għajn tarah [lil Ġesù], u t-tribujiet kollha taʼ l-art iħabbtu fuq sidirhom bin-niket minħabba fih.”—Rivelazzjoni 1:7.
Il-qerda tal-ħżiena u t-tneħħija tal-ħakmiet ħżiena huma essenzjali sabiex il-paċi vera u l-prosperità jkunu jistgħu jiġu mġeddin. Ġesù se jwettaq dan. Imbagħad hu se jieħu ħsieb l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu maʼ l-art, u b’hekk se jseħħu bidliet kruċjali.
Tiġdid li Se Jġib il-Barkiet
L-appostlu Pietru tkellem dwar ‘it-tiġdid taʼ l-affarijiet kollha li Alla tkellem dwarhom b’fomm il-profeti mqaddsa tiegħu tal-qedem.’ (Atti 3:21) Dan it-tiġdid jinkludi t-trasformazzjoni li se sseħħ fuq l-art matul il-ħakma taʼ Kristu. Fost il-profeti li permezz tagħhom Alla tkellem dwar ‘it-tiġdid taʼ l-affarijiet kollha’ fuq l-art insibu l-profeta Isaija, fit-tmien seklu Q.E.K. Hu bassar li Ġesù Kristu, il-“Prinċep tas-Sliem,” kellu jġedded il-paċi fuq l-art. Rigward il-ħakma taʼ Kristu, il-profezija taʼ Isaija tgħid: “Kbira tkun setegħtu, u s-sliem bla qjies.” (Isaija 9:5, 6 [9:6, 7, NW]) Ġesù se jeduka lill-ġnus taʼ l-art biex jgħixu fil-paċi. Dawk li se jgħixu fuq l-art “bi sliem kotran jitgħaxxqu.”—Salm 37:11.
X’se jsir mill-faqar u l-ġuħ taħt il-ħakma taʼ Kristu? Isaija qal: “Jagħmel il-Mulej taʼ l-eżerċti għall-popli kollha fuq din il-muntanja, mejda b’ikel fin, mejda bi nbejjed ħelwa, b’laħam imsemmen bil-mudullun, u nbejjed fini.” (Isaija 25:6) Is-salmista għanna: “Ikun kotran il-qamħ fuq l-art, jogħla sal-qċaċet taʼ l-għoljiet.” (Salm 72:16) Iktar minn hekk, rigward l-abitanti taʼ l-art, naqraw: “Huma għad jibnu djarhom u jgħammru fihom, iħawwlu d-dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux biex jgħammar ħaddieħor, u ma jħawwlux biex jiekol ħaddieħor; għax il-poplu tiegħi jgħix daqs kemm jgħixu s-siġar, u l-magħżulin tiegħi jistgħallu xogħol idejhom.”—Isaija 65:21, 22.
Isaija bassar bil-quddiem ukoll dwar tmiem il-mard u l-mewt. Alla tkellem permezz taʼ Isaija, u qal: “Mbagħad jinfetħu għajnejn l-għomja, jinfetħu widnejn it-torox. Mbagħad iz-zopp jaqbeż bħal għażżiela u lsien l-imbikkma jinħall bil-ferħ.” (Isaija 35:5, 6) Imbagħad “ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid: ‘Jien marid.’” (Isaija 33:24) Alla se “jeqred il-mewt għal dejjem, jixxotta Sidi l-Mulej id-dmugħ minn fuq kull wiċċ.”—Isaija 25:8.
Xi ngħidu għall-mejtin kollha li jinsabu “fl-oqbra tat-tifkira”? (Ġwanni 5:28, 29) Isaija pprofetizza: “Jgħixu mill-ġdid il-mejtin tiegħek. . . . Iqumu lkoll.” (Isaija 26:19) Iva, dawk reqdin fil-mewt se jerġgħu lura għall-ħajja!
“Alla Hu t-Tron Tiegħek Għal Dejjem”
Il-miġja taʼ Kristu se twassal għal tiġdid sħiħ tal-pjaneta Art. L-art se tiġi mibdula f’ġenna mill-isbaħ, u l-umanità se tkun magħquda fil-qima taʼ l-Alla l-veru. Nistgħu aħna nkunu ċerti li Ġesù Kristu se jirnexxilu jneħħi l-ħażen minn fuq l-art u jġib kundizzjonijiet ġusti?
Ikkunsidra s-sors tal-qawwa u l-awtorità li ngħataw lil Ġesù. B’referenza għall-Iben, il-Bibbja tgħid: “Alla hu t-tron tiegħek għal dejjem taʼ dejjem, u x-xettru taʼ saltnatek hu xettru tas-sewwa. Int ħabbejt il-ġustizzja, u bgħadt il-ksur tal-liġi.” (Ebrej 1:8, 9) It-tron taʼ Ġesù, jiġifieri l-ħatra jew l-awtorità tiegħu, ġej minn Ġeħova. Alla huwa l-Oriġinatur u d-Donatur taʼ dan it-tron. L-ebda problema m’hi se tkun daqshekk diffiċli għal Ġesù biex isolviha.
Wara l-irxoxt tiegħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lili ngħatat kull awtorità fis-sema u fuq l-art.” (Mattew 28:18) “L-anġli u l-awtoritajiet u l-qawwiet intgħamlu sottomessi lejh,” jgħid l-1 Pietru 3:22. L-ebda qawwa jew awtorità ma se jirnexxilha tiħodha kontra Ġesù. Xejn ma jistaʼ jwaqqfu milli jġib benefiċċji dejjiema lill-umanità.
Kif il-Miġja taʼ Kristu Teffettwa lin-Nies
Fl-ittra tiegħu lit-Tessalonikin, l-appostlu Pawlu kiteb: “Bla waqfien inżommu f’moħħna l-għemil tagħkom li ġej mill-fidi u t-taħbit tagħkom bl-imħabba u s-sabar tagħkom minħabba t-tama tagħkom fil-Mulej tagħna Ġesù Kristu quddiem Alla u Missierna.” (1 Tessalonikin 1:3) Pawlu attribwixxa x-xogħol li jrendi l-frott u s-sabar lit-tama f’Ġesù Kristu. Din it-tama tinkludi l-fidi fil-miġja taʼ Kristu u fit-tiġdid li għaliha titħejja t-triq. Tama bħal din tistaʼ ssostni lill-Kristjani veri, jew tgħinhom jissaportu, saħansitra minkejja xi sitwazzjonijiet diffiċli ħafna.
Ikkunsidra l-eżempju taʼ Carlos, li joqgħod f’São Paulo, il-Brażil. F’Awissu taʼ l-2003, Carlos sar jaf li kellu kanċer. Minn dakinhar ’il quddiem, hu għamel tmien operazzjonijiet li kellhom effetti taʼ wġigħ u li dgħajfulu saħħtu. Minkejja dan, hu kompla jkun sors taʼ inkuraġġiment għal ħaddieħor. Per eżempju, waqt li kien qed jippriedka fit-toroq quddiem sptar kbir, hu ltaqaʼ maʼ waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova, li r-raġel tagħha kien qed jieħu l-kura tal-kimoterapija. Peress li Carlos esperjenza l-effetti devastanti tal-kanċer, hu setaʼ jkun taʼ inkuraġġiment u taʼ faraġ kemm għar-raġel kif ukoll għall-mara. Wara dan, huma qalu li għalihom il-konversazzjoni kienet waħda li tqawwi l-qalb. Għaldaqstant, Carlos esperjenza kemm huwa minnu dan il-kliem li qal Pawlu: “[Alla] jfarraġna fit-tribulazzjoni kollha tagħna, biex inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk li jkunu f’kull xorta taʼ tribulazzjoni bil-faraġ li aħna stess qed niġu mfarrġin bih minn Alla.”—2 Korintin 1:4.
X’jgħin lil Carlos isib is-saħħa biex ikompli jinkuraġġixxi lil oħrajn minkejja l-marda tiegħu? It-tama fil-miġja taʼ Kristu u f’dak kollu li se jwettaq timmotiva lil Carlos biex ikompli ‘jagħmel dak li hu tajjeb.’—Galatin 6:9.
Ikkunsidra wkoll il-każ taʼ Samuel, li ħuh inqatel xi 50 metru ’l bogħod mid-dar taʼ missieru. Ġew sparati għaxar tiri f’ġisem ħuh. Il-katavru baqaʼ fil-ġenb tat-triq għal tmien sigħat waqt li l-pulizija kienet qed tinvestiga d-delitt. Samuel ma jistax jinsa dak li ġara dakinhar. Madankollu, hu jinsab imsaħħaħ bit-tama li Kristu se jneħħi l-ħażen kollu minn fuq l-art, u bit-tama li l-ħakma ġusta se ġġib barkiet għall-umanità. Spiss Atti 24:15.
Samuel jimmaġina lilu nnifsu jgħannaq lil ħuh irxoxtat fil-Ġenna taʼ l-art.—X’Għandek Tagħmel Int?
Se ssib ħafna faraġ fit-tama tal-miġja taʼ Kristu u f’dak li se twettaq. Ġesù Kristu żgur li se jsolvi l-problemi kollha tal-bnedmin minn għeruqhom u tal-ħażen li nġieb fuqna.
X’għandek tagħmel biex tgawdi l-barkiet li se jiġu msawbin fuq l-umanità permezz tal-ħakma taʼ Kristu? Ibda studju bir-reqqa tal-Kelma t’Alla, il-Bibbja. F’talba lil Missieru, Ġesù qal: “Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Agħmilha l-mira tiegħek li teżamina x’tgħallem il-Bibbja. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova fl-inħawi tiegħek se jkunu ferħanin biex jgħinuk f’dan ir-rigward. Int mistieden kordjalment biex tikkuntattjahom jew biex tikteb lill-pubblikaturi taʼ din ir-rivista.
[Stampi f’paġna 7]
Il-miġja taʼ Kristu se twassal għal tiġdid sħiħ taʼ l-art
[Sors]
L-isfond biss: Rhino and Lion Park, Gauteng, South Africa