Il-Miġja taʼ Kristu—Għandna Nibżgħu Minnha?
Il-Miġja taʼ Kristu—Għandna Nibżgħu Minnha?
KIF timmaġinaha l-miġja taʼ Ġesù Kristu? Tqisha bħala li hi xi avveniment li se jġib kundanna, ħerba, u kastig fuq l-umanità? Jew tistenna li se ġġib tmiem għall-problemi kollha tagħna? Hija l-miġja taʼ Kristu xi ħaġa li għandna nibżgħu minnha? Jew għandna nħarsu ’l quddiem għaliha?
Rigward il-miġja taʼ Kristu, il-Bibbja tgħid: “Ara! Hu ġej mas-sħab, u kull għajn tarah, . . . u t-tribujiet kollha taʼ l-art iħabbtu fuq sidirhom bin-niket minħabba fih.” (Rivelazzjoni 1:7) Din il-miġja tirreferi għal meta Ġesù se jidher fil-futur biex jippremja lill-ġusti u jikkastiga lill-ħżiena.
Minflok ma beżaʼ minnha, l-appostlu Ġwanni ħares ’il quddiem għall-miġja taʼ Kristu. Wara li rċieva r-rivelazzjoni dwar din il-miġja u dwar x’se tkun tfisser għall-art, Ġwanni bil-ħerqa talab: “Ejja, Mulej Ġesù.” (Rivelazzjoni 22:20) Iżda għala “t-tribujiet kollha taʼ l-art iħabbtu fuq sidirhom bin-niket minħabba fih”? B’liema mod “kull għajn” se tarah? X’se twettaq il-miġja taʼ Kristu? Kif nistgħu nibbenefikaw issa jekk inpoġġu fidi fiha? L-artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet.