Kif Anna Sabet il-Paċi
Kif Anna Sabet il-Paċi
MARA leali tgħid talba li tfaħħar lil Ġeħova b’leħen għoli. Hi tħoss li Alla qajjimha mit-trab, u biddel id-dwejjaq tagħha f’ferħ kbir.
L-isem tal-mara huwa Anna. X’ġiegħel li sseħħ din il-bidla daqstant kbira fis-sentimenti tagħha? Għala ssir tant ferħana? Kif nistgħu nibbenefikaw mill-esperjenza tagħha? Sabiex insibu t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, ejja nikkunsidraw ir-rakkont t’Anna.
Familja Taħt Pressjoni
Anna kienet waħda miż-żewġ nisa t’Elkana, Levita li kien jgħix fit-territorju t’Efrajm. (1 Samwel 1:1, 2a; 1 Kronaki 6:18, 19 [6:33, 34, NW]) Għalkemm il-poligamija ma kinitx parti mill-iskop oriġinali t’Alla għall-umanità, il-Liġi Mosajka kienet tippermettiha u kellha liġijiet dwarha. Il-familja t’Elkana kienet tqim lil Ġeħova, imma fi żwiġijiet fejn hemm il-poligamija spiss ikun hemm konflitti, kif jidher ċar mill-ħajja tal-familja t’Elkana.
Anna ma setax ikollha tfal, filwaqt li Peninna, il-mara l-oħra t’Elkana kellha tfal. Peninna kienet ir-rivali t’Anna.—1 Samwel 1:2b.
Il-fatt li mara ma setax ikollha tfal kien meqjus bħala xi ħaġa t’għajb fost in-nisa Iżraelin u saħansitra kien sinjal li mill-ħarsa t’Alla ma kienx jistħoqqilha li jkollha t-tfal. Imma m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-fatt li Anna ma setax ikollha tfal kien evidenza tad-diżapprovazzjoni t’Alla. Madankollu, minflok ma pprovat tfarraġ lil Anna, Peninna użat l-abbiltà tagħha stess li jkollha t-tfal biex tnikket lir-rivali tagħha.
Vjaġġi Lejn is-Santwarju taʼ Ġeħova
Minkejja din is-sitwazzjoni diffiċli, il-familja t’Elkana kienet tagħmel il-vjaġġ kull sena biex toffri sagrifiċċji fis-santwarju taʼ Ġeħova f’Silo. a Dan il-vjaġġ b’kollox kien twil xi 60 kilometru u x’aktarx kienu jagħmluh bil-mixi. Dawn l-okkażjonijiet bilfors li kienu speċjalment taʼ wġigħ għal Anna għaliex Peninna u wliedha kienu jirċievu diversi porzjonijiet tas-sagrifiċċju tal-komunjoni, filwaqt li Anna kienet tirċievi porzjon wieħed biss. Peninna kienet taħtaf dawn l-opportunitajiet biex tinki lil Anna, billi ġġagħalha tħossha mnikkta għaliex kien jidher li Ġeħova kien “għalqilha ġufha.” Dan it-turment kienet tiffaċċjah kull sena, u Anna kienet tispiċċa tibki u ma tikolx. B’hekk, vjaġġi li kellhom ikunu taʼ ferħ għaliha saru perijodi t’ansjetà kbira. Però, Anna xorta kienet tagħmel dawn il-vjaġġi lejn is-santwarju taʼ Ġeħova.—1 Samwel 1:3-7.
Qed tara kif Anna ħalliet eżempju tajjeb għalina? Meta tħossok imdejjaq, kif tirreaġixxi? Tinqataʼ għalik waħdek u tieqaf tissieħeb maʼ sħabek fit-twemmin? Anna m’għamlitx hekk. Hi ħaditha drawwa li tkun fost l-aduraturi taʼ Ġeħova. Minkejja ċirkustanzi diffiċli, aħna għandna nagħmlu l-istess.—Salm 26:12; 122:1; Proverbji 18:1; Ebrej 10:24, 25.
Elkana pprova jfarraġ lil Anna u jinkuraġġiha biex tesprimi s-sentimenti 1 Samwel 1:8) Forsi Elkana ma kienx jaf li Peninna ma kinitx qed turiha qalb tajba, u Anna forsi kienet tippreferi tissaporti mingħajr ma tilmenta dwar il-problema tagħha. Kien x’kien il-każ, Anna, li kienet mara spiritwali, fittxet il-paċi billi marret għand Ġeħova bit-talb.
profondi tagħha. Hu staqsieha: “Anna! Għaliex qiegħda tibki u għaliex m’intix tiekol? Għala int qalbek sewda? M’iniex jien aħjar għalik minn għaxar ulied?” (Anna Tagħmel Wegħda
Fis-santwarju taʼ Ġeħova kienu jittieklu s-sagrifiċċji taʼ komunjoni. Wara li telqet mill-post fejn kienu qed jieklu, Anna marret titlob lil Alla. (1 Samwel 1:9, 10) Hi talbet bil-ħniena: “Mulej taʼ l-eżerċti, jekk inti tħares lejn l-hemm tal-qaddejja tiegħek u tiftakar fija, u ma twarrabx il-qaddejja tiegħek, u tagħtiha tifel, hija tagħtih lill-Mulej il-jiem kollha taʼ ħajtu, u minn fuq rasu ma jgħaddix il-mus.”—1 Samwel 1:11.
It-talba t’Anna kienet speċifika. Hi staqsiet għal tifel u wiegħdet li kienet se tiddedikah lil Ġeħova bħala Nażirit għal ħajtu kollha. (Numri 6:1-5) Wegħda bħal din kellha tiġi approvata minn żewġha, u l-mod kif aġixxa Elkana iktar tard wera li hu approva l-wegħda taʼ martu l-għażiża.—Numri 30:6-8.
Il-mod kif Anna talbet ġiegħel lill-Qassis il-Kbir Għeli biex jaħseb li kienet fis-sakra. Xofftejha kienu qed jirtogħdu, imma ma kienx qed jismaʼ kliem, għax Anna kienet qed titlob f’qalbha. It-talba ntqalet b’ħerqa kbira. (1 Samwel 1:12-14) Immaġina kif ħassitha Anna meta Għeli ċanfarha, billi qal li kienet fis-sakra! Però, hi wieġbet lill-qassis il-kbir b’rispett. Meta Għeli induna li Anna kienet qed titlob ‘mill-kotra taʼ hemmha u n-niket tagħha,’ hu qal: “Alla taʼ Iżrael samaʼ t-talba tiegħek.” (1 Samwel 1:15-17) B’dan, Anna telqet u marret tiekol, u “wiċċha ma baqax bħal qabel.”—1 Samwel 1:18.
X’nistgħu nitgħallmu minn dan kollu? Meta nitolbu lil Ġeħova dwar l-ansjetajiet tagħna, nistgħu ngħidulu kif inħossuna u nagħmlu petizzjonijiet mill-qalb. Jekk m’hemm xejn iktar x’nistgħu nagħmlu dwar il-problema, għandna nħallu l-kwistjoni f’idejh. M’hemmx mogħdija aħjar.—Proverbji 3:5, 6.
Wara talb bil-ħerqa, il-qaddejja taʼ Ġeħova x’aktarx se jesperjenzaw paċi simili għal dik li ħasset Anna. Rigward it-talb, l-appostlu Pawlu kiteb: “Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.” (Filippin 4:6, 7) Meta nitfgħu t-tagħbija tagħna fuq Ġeħova, għandna nħalluha f’idejh. Imbagħad, bħal Anna, m’hemmx għalfejn nibqgħu naħsbu dwarha.—Salm 55:23 (55:22, NW).
Iben Misluf lil Ġeħova
Alla mbagħad dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn Anna; hi ħarġet tqila u wildet tifel. (1 Samwel 1:19, 20) Din hija waħda mill-ftit okkażjonijiet fil-Bibbja fejn jissemma li Alla jieħu responsabbiltà għat-twelid taʼ xi ħadd li kien se jkun qaddej tiegħu. Samwel, it-tifel t’Elkana u Anna, kellu jsir profeta taʼ Ġeħova, wieħed li kellu rwol importanti fit-twaqqif tal-monarkija taʼ Iżrael.
Anna bla dubju bdiet tgħallem lil Samwel miċ-ċokon dwar Ġeħova. Imma nsiet hi l-wegħda li għamlet? Dażgur li le! Hi qalet: “Meta nkun ftamt it-tifel, mbagħad nieħdu biex jidher quddiem il-Mulej, u jibqaʼ hemm għal dejjem.” Meta Samwel infatam, forsi meta kellu xi tliet snin jew ftit akbar, Anna ħaditu biex jgħix fis-santwarju taʼ Ġeħova, eżatt bħalma wiegħdet.—1 Samwel 1:21-24; 2 Kronaki 31:16.
Wara li offrew sagrifiċċju lil Ġeħova, Anna 1 Samwel 1:25-28; 2:11.
u żewġha ħadu lil Samwel għand Għeli. Anna x’aktarx li kienet qed iżżomm id it-tifel ċkejken tagħha hekk kif qalet lil Għeli: “Nitolbok, sidi; daqskemm int ħaj, sidi, jien dik il-mara li kienet wieqfa hawn ħdejk titlob lill-Mulej. Għal dan it-tifel kont tlabt, u l-Mulej laqaʼ t-talba tiegħi, u tani li tlabtu. U issa jien se [‘nisilfu,’ NW] lill-Mulej il-jiem kollha taʼ ħajtu, u kemm idum ħaj ikun tal-Mulej.” B’hekk, bdiet il-ħajja taʼ Samwel taʼ servizz speċjali lil Alla.—Hekk kif għadda ż-żmien, Anna żgur ma nsietx lil Samwel. L-Iskrittura tgħid: “Kull sena ommu kienet tagħmillu mantar żgħir, u kienet ittellagħhulu minn sena għal oħra, meta l-mara kienet titlaʼ toffri s-sagrifiċċju taʼ kull sena.” (1 Samwel 2:19) Anna żgur baqgħet titlob għal Samwel. Fiż-żjajjar tagħha taʼ kull sena, bla dubju kienet tinkuraġġih biex jibqaʼ leali fis-servizz tiegħu lil Alla.
F’okkażjoni minnhom, Għeli bierek lill-ġenituri taʼ Samwel u qal lil Elkana: “Jagħtik il-Mulej ulied minn din il-mara flok il-wieħed li int tajt lill-Mulej.” Fi qbil maʼ dan il-kliem, Anna u Elkana ġew imberkin bi tliet subien oħrajn u żewġt ibniet.—1 Samwel 2:20, 21.
X’eżempji mill-aqwa huma Elkana u Anna għall-ġenituri Kristjani! Ħafna missirijiet u ommijiet kienu lesti li jisilfu, biex ngħidu hekk, lil uliedhom subien u bniet lil Ġeħova billi inkuraġġewhom biex jidħlu f’xi forma taʼ ministeru full-time ’l bogħod mid-dar. Ġenituri li juru dan it-tip taʼ mħabba għandhom jiġu mfaħħrin għas-sagrifiċċji li jagħmlu. U Ġeħova se jippremjahom.
It-Talba Ferriħija t’Anna
Anna, li darba ma setax ikollha tfal kemm tinsab ferħana issa! Fl-Iskrittura rari naraw imniżżel talb li jingħad min-nisa. Madankollu, fil-każ t’Anna nafu dwar tnejn minnhom. L-ewwel talba fiha s-sentimenti tagħha meta kienet imdejqa u mweġġgħa, u t-tieni hija talba ferriħija taʼ radd il-ħajr. Anna bdiet tgħid: “Ferħet qalbi bil-Mulej.” Tifraħ li “l-mara bla tfal wildet,” u tfaħħar lil Ġeħova bħala l-Wieħed li “jgħolli” u li ‘jqajjem lill-imsejken mit-trab.’ Tabilħaqq, hu ‘jerfaʼ l-fqajjar mill-miżbla.’—1 Samwel 2:1-10.
Ir-rakkont ispirat li jinvolvi lil Anna juri li nistgħu niġu mweġġgħin mill-imperfezzjonijiet jew mill-malizzja t’oħrajn. Però, m’għandniex inħallu provi bħal dawn jisirqulna l-ferħ li jiġi meta naqdu lil Ġeħova. Hu s-Semmiegħ il-kbir tat-talb, li jwieġeb għas-sejħiet tan-nies leali tiegħu, billi jeħlishom mill-uġigħ u jagħtihom abbundanza taʼ paċi flimkien maʼ barkiet oħrajn.—Salm 22:24-27; 34:7-9; 65:3 (22:23-26; 34:6-8; 65:2, NW).
[Nota taʼ taħt]
a Il-Bibbja ssejjaħ lil dan iċ-ċentru taʼ qima vera t-“tempju” taʼ Ġeħova. Però, f’dan il-perijodu fl-istorja taʼ Iżrael, l-arka tal-patt kienet għadha f’tinda, jew tabernaklu. L-ewwel tempju permanenti lil Ġeħova kien se jinbena fir-renju tas-Sultan Salamun.—1 Samwel 1:9; 2 Samwel 7:2, 6; 1 Slaten 7:51; 8:3, 4.
[Stampa f’paġna 17]
Anna silfet lil Samwel lil Ġeħova