“Tafu b’Ismu lil Alla?”
“Tafu b’Ismu lil Alla?”
DIN il-mistoqsija qajmet l-interess taʼ mara min-naħa tal-lbiċ taʼ l-Asja Ċentrali. Il-mistoqsija dehret fuq il-qoxra tal-ħarġa tar-rivista Stenbaħ! tat-8 taʼ Frar, 2004, li kienet takkumpanja din ir-rivista. Il-mara kitbet lill-pubblikaturi: “Mill-bidunett, jien bdejt ninteressa ruħi fil-ġurnal tagħkom, u għenni biex niffoka fuq prinċipji morali tajbin. Il-ħarsa tiegħi lejn il-ħajja qed issir iktar pożittiva. Jien qed ngħid lil kulħadd dwar Alla tagħna u dwar il-paċi li dan l-għarfien iġib.”
F’ħafna postijiet, fil-fatt “sa l-iktar parti mbiegħda taʼ l-art,” in-nies qed isiru iktar familjari maʼ l-isem divin, Ġeħova. (Atti 1:8) Per eżempju, dan l-isem fil-lingwa tat-Turkmanija, Yehowa, jistaʼ faċilment jinstab fit-traduzzjoni taʼ l-Iskrittura Mqaddsa tat-Turkmanija. Salmi 8:1 (NW) jaqra: “Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-art kollha!”
Sabiex titgħallem iktar dwar Alla Ġeħova, il-mara staqsiet għal kopja tal-browxer taʼ 32 paġna The Divine Name That Will Endure Forever (L-Isem Divin li Se Jibqaʼ għal Dejjem). Int ukoll tistaʼ tistaqsi għal dan il-browxer mingħand wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.