Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin “Jibdew Iħaffru”

Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin “Jibdew Iħaffru”

IL-​123 Gradwazzjoni taʼ Gilgħad

Il-​Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin “Jibdew Iħaffru”

IS-​SIBT, 8 taʼ Settembru, 2007, folla taʼ 6,352 ruħ minn 41 pajjiż kienet preżenti għall-​gradwazzjoni tal-​123 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Fl-​għaxra taʼ fil-​għodu, iċ-​chairman tal-​programm, Anthony Morris tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ta merħba lill-​udjenza. Wara ftit kummenti tal-​ftuħ, hu introduċa lill-​ewwel kelliemi, Gary Breaux, membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa taʼ l-​Istati Uniti.

Ħuna Breaux assigura lill-​istudenti li minkejja d-​dehra fiżika tagħhom, dawk li jagħmlu r-​rieda taʼ Ġeħova huma sbieħ f’għajnejn Alla. (Ġer. 13:11) Hu ħeġġeġ lill-​gradwati biex iżommu dan it-​tip taʼ sbuħija. Imbagħad Gerrit Lösch tal-​Ġemgħa li Tiggverna enfasizza li huwa xieraq li nittamaw għal premju meta naqdu lil Ġeħova. (Ebr. 11:6) Iżda, il-​motiv tagħna għandu jkun imħabba bla egoiżmu.

L-indokratur tad-​Dipartiment taʼ l-​Iskejjel Teokratiċi, William Samuelson, imbagħad ħeġġeġ lill-​gradwati biex jibqgħu jżommu sod fl-​inkarigu dinjituż li ngħataw, jiġifieri li jħabbru dwar is-​Sultan renjanti, u li juru d-​dinjità tagħhom permezz tal-​kondotta tajba tagħhom. * Sam Roberson, l-​assistent taʼ l-​indokratur tad-​Dipartiment taʼ l-​Iskejjel Teokratiċi, inkuraġġixxa lill-​gradwati biex dejjem ifittxu t-​tajjeb f’oħrajn. Imbagħad il-​gradwati iktar ikunu jistgħu ‘jħobbu lill-​fratellanza kollha.’—1 Pt. 2:17.

Wara dawn it-​taħditiet inkuraġġanti, Mark Noumair, wieħed mill-​għalliema taʼ Gilgħad, intervista għadd taʼ gradwati li rrakkontaw esperjenzi li gawdew fis-​servizz taʼ l-​għalqa matul il-​kors taʼ Gilgħad. Lil dawk li semgħuhom ma ħallewlhom ebda dubju dwar l-​imħabba tagħhom għall-​ministeru u x-​xewqa li għandhom biex jgħinu lil oħrajn. Imbagħad Kent Fischer mill-​Uffiċċju tal-​Betel f’Patterson intervista lil xi membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa taʼ tliet pajjiżi fejn jaqdu xi missjunarji. Il-​kliem taʼ dawn l-​aħwa eżemplari assigura lill-​udjenza, li kienet tinkludi ħafna mill-​ġenituri tal-​gradwati, li l-​missjunarji ġodda jiġu trattati tajjeb ħafna fl-​inkarigi tagħhom. Imbagħad Izak Marais mid-​Dipartiment tas-​Servizzi tat-​Traduzzjoni intervista lil xi missjunarji li kienu ilhom jaqdu fl-​inkarigi tagħhom u l-​esperjenzi tagħhom taw lill-​gradwati dehra bil-​quddiem tal-​barkiet li għad iridu jgawdu.

It-taħdita prinċipali tal-​programm, mogħtija minn Geoffrey Jackson tal-​Ġemgħa li Tiggverna, kellha t-​tema “Wara Dak Kollu li Smajtu—X’Se Tagħmlu?” Ħuna Jackson, li qeda bħala missjunarju għal kważi 25 sena fil-​Paċifiku tan-​Nofsinhar, iddiskuta l-​konklużjoni tal-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja. F’din it-​taħdita, Ġesù tkellem dwar żewġt irġiel, wieħed għaqli u l-​ieħor iblah, li t-​tnejn bnew dar. Il-​kelliemi wera li ż-​żewġt idjar setgħu kienu fl-​istess inħawi. Iżda, l-​iblah bena fil-​wiċċ, fuq ir-​ramel, filwaqt li l-​għaqli ħaffer ’l isfel sakemm sab il-​pedament biex jibni fuqu. Meta faqqgħet tempesta qalila, id-​dar mibnija fuq il-​blat baqgħet wieqfa iżda dik li kienet mibnija fuq ir-​ramel iġġarrfet.—Mt. 7:24-27; Lq. 6:48.

Ġesù spjega li r-​raġel iblah kien jixbah lil dawk li kulma għamlu kien li semgħu t-​tagħlim taʼ Ġesù. Ir-​raġel għaqli kien bħal dawk li semgħu u applikaw kliem Ġesù. Ħuna Jackson qal lill-​gradwati, “Meta tapplikaw dak li tgħallimtu permezz taʼ l-​istudju tal-​Bibbja fil-​qasam missjunarju, tkunu bħar-​raġel għaqli.” Għalhekk, filwaqt li kkonkluda, ħeġġeġ lill-​gradwati biex “jibdew iħaffru” fl-​inkarigu missjunarju tagħhom.

Fl-aħħar, il-​gradwati rċivew id-​diplomi u l-​inkarigi tagħhom, u Ħuna Morris tahom xi twissijiet taʼ l-​aħħar. Hu inkuraġġixxa lill-​gradwati biex dejjem jimxu wara l-​passi taʼ Ġesù u qatt ma jonqsu li jistrieħu fuq Ġeħova għas-​saħħa. Imbagħad il-​programm tal-​gradwazzjoni ġie fi tmiemu.

[Nota taʼ taħt]

^ par. 5 Id-Dipartiment taʼ l-​Iskejjel Teokratiċi, taħt is-​superviżjoni tal-​Kumitat tat-​Tagħlim, jieħu ħsieb l-​iskola taʼ Gilgħad, l-​iskola għall-​membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa, u l-​iskola għall-​indokraturi li jivvjaġġaw.

[Kaxxa f’paġna 31]

STATISTIKI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 10

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 24

Numru taʼ studenti: 56

Età medja: 33.5

Medja taʼ snin fil-​verità: 17.9

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13.8

[Stampa f’paġna 32]

Il-​123 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Esparza, E.; Papaya, S.; Bilal, A.; Suárez, M.; Evers, E.; Dimichino, K. (2) Rosa, M.; Fujii, R.; Ratey, O.; Leveton, J.; Van Leemputten, M. (3) Boscaino, A.; Beck, K.; Budanov, H.; Braz, C.; Peltz, K.; Siaw, A. (4) Leveton, S.; Santikko, H.; Conte, S.; Wilson, J.; Rylatt, J.; Pierce, S.; Fujii, K. (5) Rosa, D.; Boscaino, M.; Austin, V.; Rodiel, P.; Bilal, P.; Dimichino, P. (6) Ratey, B.; Czyzyk, D.; Clarke, C.; Riedel, A.; Esparza, F.; Siaw, P.; Van Leemputten, T.(7) Rodiel, J.; Evers, J.; Green, J.; Czyzyk, J.; Santikko, M.; Rylatt, M. (8) Peltz, L.; Austin, D.; Riedel, T.; Beck, M.; Pierce, W.; Conte, S.; Green, S. (9) Suárez, J.; Clarke, J.; Papaya, S.; Budanov, M.; Wilson, R.; Braz, R.