Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Missjunarji Inkuraġġiti Biex Ikunu Bħal Ġeremija

Il-Missjunarji Inkuraġġiti Biex Ikunu Bħal Ġeremija

Il-​125 Gradwazzjoni Minn Gilegħad

“DIN il-​klassi taʼ Gilegħad hi ġrajja storika importanti,” iddikjara Geoffrey Jackson tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Hu kien qed jindirizza lis-​6,156 persuna li kienu qed jattendu l-​gradwazzjoni tal-​125 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilegħad (Watchtower Bible School of Gilead) fit-​13 taʼ Settembru, 2008. Bis-​56 gradwat minn din il-​klassi, l-​Iskola taʼ Gilegħad bagħtet iktar minn 8,000 missjunarju lejn “l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art”!—Atti 1:8.

Ħuna Jackson, iċ-​chairman tal-​programm tal-​gradwazzjoni, staqsa, “Il-​kredibilità se ttejbu l-​ministeru tiegħek?” Imbagħad hu semma erbaʼ affarijiet li jibnu l-​kredibilità: li jkollok attitudni xierqa, li tagħti eżempju tajjeb, li tibbaża t-​tagħlim tiegħek fis-​sod fuq il-​Kelma t’Alla, u li tiffoka fuq li tgħarraf isem Ġeħova.

David Schafer, li jaqdi mal-​Kumitat tat-​Tagħlim, iddiskuta s-​suġġett “Se Tifhem Kollox Int?” Hu assigura lill-​istudenti taʼ Gilegħad li jekk jibqgħu jfittxu lil Ġeħova u jirrikonoxxu umilment lill-​“ilsir leali u għaqli,” huma se ‘jifhmu dak kollu’ li għandhom bżonn jifhmu biex jaqdu bħala missjunarji.—Prov. 28:5; Mt. 24:45.

Imbagħad, John E. Barr tal-​Ġemgħa li Tiggverna tkellem fuq it-​tema “Tħalli Xejn Jifirdek mill-​Imħabba t’Alla.” Il-​parir bħal dak taʼ missier mogħti minn Ħuna Barr serraħ moħħ il-​gradwati u l-​ġenituri tagħhom minn kwalunkwe biżaʼ li setaʼ kellhom dwar dak li l-​missjunarji ġodda għandhom mnejn jiffaċċjaw fl-​inkarigu tagħhom. “Li nkunu fl-​imħabba t’Alla hu l-​iktar post taʼ sigurtà u hena li nistgħu nkunu fih f’ħajjitna,” spjega hu. Xejn ma jistaʼ jifred lill-​missjunarji mill-​imħabba t’Alla sakemm ma jkunux huma stess li jinfirdu minnu.

Sam Roberson mid-​Dipartiment taʼ l-​Iskejjel Teokratiċi inkuraġġixxa lill-​udjenza biex tilbes ‘l-​aħjar libsa.’ Billi jistudjaw dak li għamel Ġesù u japplikawh għalihom infushom, il-​gradwati jistgħu ‘jilbsu l-​Mulej Ġesù Kristu.’ (Rum. 13:14) Imbagħad William Samuelson, l-​indokratur tad-​Dipartiment taʼ l-​Iskejjel Teokratiċi, ġibed l-​attenzjoni lejn dak li lil individwu jagħmlu onorabbli. M’hijiex il-​ħarsa tal-​bniedem imma l-​ħarsa t’Alla li lil dak li jkun tagħmlu onorabbli.

Michael Burnett, għalliem ieħor, intervista lill-​istudenti rigward l-​esperjenzi tagħhom fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Għalkemm ħafna mill-​istudenti ġew inkarigati biex jaħdmu f’territorju li jinħadem spiss waqt li kienu qed jattendu l-​Iskola taʼ Gilegħad f’Patterson, New York, huma sabu wħud interessati. Gerald Grizzle mill-​Uffiċċju tal-​Konvenzjoni intervista lil tliet aħwa li attendew l-​Iskola għall-​Membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa. Il-​kummenti tagħhom għenu biex jippreparaw lill-​gradwati taʼ Gilegħad għal dak li hemm jistenniehom fl-​inkarigi tagħhom f’pajjiżi barranin.

It-​taħdita “Kun Bħal Ġeremija” ngħatat minn David Splane tal-​Ġemgħa li Tiggverna, li ggradwa mit-​42 klassi. Għalkemm Ġeremija kien imbeżżaʼ minħabba l-​inkarigu tiegħu, Ġeħova saħħu. (Ġer. 1:7, 8) Alla se jagħmel l-​istess mal-​missjunarji ġodda. “Jekk għandek problema maʼ xi ħadd,” qal Ħuna Splane, “poġġi bil-​qiegħda u ikteb għaxar kwalitajiet tajbin li int tant tħobb f’dik il-​persuna. U jekk ma tistax tgħodd għaxra, mela jfisser li lil dik il-​persuna ma tafhiex sew.”

Ġeremija kien lest li jagħmel sagrifiċċji. Meta ried jieqaf, hu talab, u Ġeħova kien miegħu. (Ġer. 20:11) “Meta tħossok skuraġġit,” wissa Ħuna Splane, “tkellem maʼ Ġeħova. Se tibqaʼ mistagħġeb kif jgħinek Ġeħova.”

Fil-konklużjoni tal-​programm tal-​gradwazzjoni, iċ-​chairman fakkar lill-​udjenza li l-​gradwati tgħallmu diversi modi kif jibnu l-​kredibilità tagħhom. Hekk kif huma jagħtu xiehda fl-​inkarigi tagħhom, il-​kredibilità tagħhom se ttejjeb ix-​xiehda tagħhom.—Is. 43:8-12.

[Kaxxa f’paġna 22]

STATISTIKI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 6

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 21

Numru taʼ studenti: 56

Età medja: 32.9

Medja taʼ snin fil-​verità: 17.4

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13

[Stampa f’paġna 23]

Il-​125 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilegħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Hodgson, A.; Wall, A.; Beerens, K.; Hortelano, M.; Newman, L.; De Caso, A. (2) Jenkins, J.; Jarzemski, T.; Méndez, N.; Corona, V.; Canalita, L. (3) Fryer, H.; Savage, M.; Tidwell, K.; Erickson, N.; Dyck, E.; McBeath, R. (4) Perez, L.; Puse, L.; Skidmore, A.; Young, B.; McBride, N.; Rondón, P.; Goodman, E. (5) Beerens, M.; Ferguson, J.; Pearson, N.; Chapman, L.; Wardle, J.; Canalita, M. (6) Perez, P.; De Caso, D.; Young, T.; Rondón, D.; Goodman, G.; Jenkins, M.; Dyck, G. (7) Corona, M.; Wall, R.; Puse, S.; Méndez, F.; Jarzemski, S.; Savage, T. (8) Newman, C.; Ferguson, D.; Skidmore, D.; Erickson, T.; McBride, J.; Pearson, M.; Chapman, M. (9) Hodgson, K.; Wardle, A.; McBeath, A.; Tidwell, T.; Fryer, J.; Hortelano, J.