Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Għala huwa daqshekk importanti li nżommu l-​integrità Kristjana tagħna?

Il-​fatt li nżommu l-​integrità jgħinna nieħdu l-​waqfa tagħna favur is-​sovranità taʼ Ġeħova għax inħobbuh u nagħtu prova li Satana huwa giddieb. L-​integrità tagħna tipprovdi wkoll bażi li fuqha Alla jistaʼ jiġġudikana, u għalhekk hija essenzjali għat-​tama tagħna għall-​futur.—12/15, paġni 4-6.

• X’inhuma xi titli li jirriflettu l-​irwol taʼ Ġesù fl-​iskop t’Alla?

L-​Iben uniġenitu. Il-​Kelma. L-​Amen. Il-​Medjatur tal-​patt il-​ġdid. Il-​Qassis il-​Kbir. In-​Nisel imwiegħed.—12/15, paġna 15.

• Kif nistgħu nżidu l-​ferħ li niksbu mill-​ministeru tagħna?

Nistgħu nħejju qalbna billi niffokaw fuq kemm nistgħu ngħinu lil oħrajn. Nistgħu nippridkaw bl-​iskop li nibdew studji tal-​Bibbja. Jekk niffaċċjaw l-​apatija, nistgħu nadattaw il-​preżentazzjoni tagħna sabiex tkun tappella għal dak li jinteressa lin-​nies fit-​territorju tagħna.—1/15, paġni 8-10.

• It-​tagħlim Bibliku kif għandu jeffettwa l-​attitudni taʼ Kristjan dwar il-​funerali u l-​prattiki li jseħħu fihom?

Għalkemm Kristjan jistaʼ jitnikket minħabba l-​mewt taʼ xi ħadd maħbub, hu jaf li l-​mejtin m’humiex konxji. Anki jekk jikkritikawh uħud li ma jemmnux, hu għandu jevita drawwiet li huma assoċjati mat-​twemmin li l-​mejtin jinfluwenzaw lill-​ħajjin. Sabiex jevitaw il-​problemi, xi Kristjani jħallu bil-​miktub l-​istruzzjonijiet rigward l-​arranġamenti għall-​funeral tagħhom.—2/15, paġni 29-31.

• Huma l-​“ktieb taʼ Ġasar” u “ktieb il-​Gwerer taʼ Ġeħova” kotba tal-​Bibbja li maż-​żmien intilfu? (Ġoż. 10:13; Num. 21:14)

Le. Jidher li dawn huma dokumenti mhux ispirati li eżistew fiż-​żminijiet Bibliċi u li rreferew għalihom xi kittieba Bibliċi.—3/15, paġna 32.