Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għoti bil-Ferħ mill-Qalb

Għoti bil-Ferħ mill-Qalb

RIGWARD il-​kwistjoni tal-​għoti, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu,” u żied jgħid: “Mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.” (2 Kor. 9:7) Ġeħova ma jisforza lil ħadd biex jappoġġa l-​qima pura. Hu jħalli lill-​qaddejja tiegħu juru d-​devozzjoni tagħhom billi jagħtu b’mod volontarju u bil-​ferħ. Matul l-​istorja, il-​poplu tiegħu wieġeb b’entużjażmu. Ikkunsidra tliet eżempji.

Wara li Ġeħova mexxa lill-​Israelin ’il barra mill-​Eġittu, hu dderiġiehom biex jibnu t-​tabernaklu. Kien hemm bżonn taʼ materjali, u għalhekk il-​poplu t’Israel ġie mistieden biex jikkontribwixxi. Bi tweġiba, “dawk kollha li qalbhom ġegħlithom” ġabu deheb u fidda, ġojjelli, u materjali oħrajn. In-​nies tant kienu ġenerużi li sar avviż biex ma jibqgħux jagħtu.—Eżo. 35:5, 21; 36:6, 7.

Meta kien se jinbena t-​tempju sekli wara, il-​poplu t’Alla reġaʼ kellu l-​opportunità biex juri l-​appoġġ tiegħu għall-​qima pura. Is-​Sultan David għamel kontribuzzjoni persunali kbira għall-​proġett u stieden lil oħrajn biex jipparteċipaw fl-​għoti. Huma għamlu dan b’ħeġġa kbira. Tant hu hekk li l-​kontribuzzjoni taʼ deheb u fidda biss kienet tiswa iktar minn 77 biljun ewro skont ir-​rata kurrenti! In-​nies ferħu għax setgħu jagħmlu offerti volontarji lil Ġeħova.—1 Kron. 29:3-9; 2 Kron. 5:1.

Spirtu t’għoti bil-​ferħ intwera bl-​istess mod mis-​segwaċi tal-​bidu taʼ Ġesù Kristu. Fil-​jum taʼ Pentekoste tas-​sena 33 E.K., madwar 3,000 ruħ tgħammdu, u ħafna minnhom ma kinux residenti taʼ Ġerusalemm. Sabiex dawk li kellhom ftit flus jibqgħu fil-​belt biex jitgħallmu iktar dwar il-​fidi l-​ġdida tagħhom, il-​Kristjani b’mod temporanju għaqdu l-​finanzi tagħhom. L-​aħwa biegħu xi affarijiet u ħadu l-​flus lill-​appostli biex jgħinu lil dawk li kienu fil-​bżonn. Min jaf kemm feraħ Ġeħova meta ra espressjoni taʼ fidi u mħabba bħal din!—Atti 2:41-47.

Illum, il-​Kristjani jkomplu jappoġġaw il-​qima pura billi jagħtu mill-​ħin, l-​enerġija, u l-​finanzi tagħhom bil-​ġenerożità u bil-​ferħ. Il-​kaxxa hawn taħt turi xi modi kif tistaʼ tagħmel dan.

[Kaxxa f’paġna 18, 19]

MODI KIF XI WĦUD JAGĦŻLU LI JAGĦTU

KONTRIBUZZJONIJIET GĦAX-​XOGĦOL TAʼ MADWAR ID-​DINJA

Ħafna jwarrbu, jew ifaddlu, ammont li jitfgħuh fil-​kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet immarkati “Xogħol taʼ Madwar id-​Dinja.”

Kull xahar, il-​kongregazzjonijiet jibagħtu dawn l-​ammonti lill-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżhom. Donazzjonijiet volontarji taʼ flus jistgħu wkoll jintbagħtu direttament lill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., Attention Treasurer’s Office, 25 Columbia Heights, Brooklyn, New York 11201-2483, jew lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek. (Donazzjonijiet volontarji msemmijin fis-​sezzjonijiet li ġejjin ukoll jistgħu jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek.) Iċ-​ċekkijiet li jintbagħtu fl-​indirizz t’hawn fuq għandhom ikunu pagabbli lill-​“Watchtower.” Ġojjelli jew affarijiet prezzjużi oħrajn jistgħu jingħataw bħala donazzjoni wkoll. Maʼ dawn il-​kontribuzzjonijiet għandha tintbagħat ittra qasira li tistqarr li din hija għotja għalkollox.

ARRANĠAMENT TAʼ DONAZZJONI KUNDIZZJONALI

Il-​flus jistgħu jitpoġġew b’fedekommess mal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania biex jintużaw madwar id-​dinja. Madankollu, jekk jiġu mitlubin, il-​flus jerġgħu jingħataw lura. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-​Uffiċċju tat-​Teżorier billi tikteb fl-​indirizz li ngħata fil-​paragrafu taʼ qabel jew billi ċċempel (718) 560-7500.

IPPJANAR ĠENERUŻ

Minbarra l-​flus li jingħataw għalkollox bħala rigal, hemm metodi oħrajn kif wieħed jagħmel għotjiet li jkunu taʼ benefiċċju għas-​servizz tas-​Saltna mad-​dinja kollha. Dawn jinkludu:

Assigurazzjoni: Il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ polza t’assigurazzjoni fuq il-​ħajja jew taʼ pjan taʼ rtirar mix-​xogħol jew pensjoni.

Kontijiet fil-​Bank: Kontijiet fil-​bank, ċertifikati taʼ depożitu, jew kontijiet individwali taʼ rtirar mix-​xogħol jistgħu jingħataw b’fedekommess jew jintgħamlu pagabbli mal-​mewt lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, fi qbil mal-​ħtiġijiet tal-​bank lokali.

Ishma u Titoli: Jistgħu jingħataw ishma u titoli b’donazzjoni lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania bħala għotja għalkollox jew il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ titniżżel bħala l-​benefiċjarja f’każ taʼ mewt.

Proprjetà Immobbli: Proprjetà immobbli li tistaʼ tinbiegħ tistaʼ tingħata b’donazzjoni bħala għotja għalkollox jew, fil-​każ taʼ proprjetà residenzjali, billi d-​donatur iżomm il-​proprjetà u jkompli jgħix fiha sakemm idum ħaj. Ikkuntattja lill-​uffiċċju tal-​fergħa f’pajjiżek qabel ma tagħmel kuntratt biex tagħti xi proprjetà immobbli.

Testmenti u Fedekommessi: Jistgħu jitħallew xi flus jew proprjetà lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania permezz taʼ testment effettwat bil-​liġi, jew inkella l-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ ftehim fedekommess. Fedekommess li jkun taʼ benefiċċju għal organizzazzjoni reliġjuża jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-​taxxi.

Bħalma jimplika t-​terminu “ppjanar ġeneruż,” dawn it-​tipi taʼ donazzjonijiet jirrikjedu ġeneralment xi ppjanar min-​naħa tad-​donatur. Tħejja browxer bl-​Ingliż u bl-​Ispanjol intitolat Charitable Planning to Benefit Kingdom Service Worldwide biex jgħin lill-​individwi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi forma taʼ ppjanar ġeneruż għall-​benefiċċju tax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​browxer inkiteb sabiex jipprovdi informazzjoni rigward il-​modi differenti kif jistgħu jintgħamlu l-​għotjiet issa jew b’testment mal-​mewt. Wara li qraw il-​browxer u ħadu parir mingħand il-​konsulenti legali jew tat-​taxxi tagħhom, ħafna setgħu jgħinu biex jappoġġaw l-​attivitajiet reliġjużi u umanitarji tagħna madwar id-​dinja u fl-​istess ħin jieħdu l-​massimu mill-​benefiċċji marbutin mat-​taxxi talli għamlu dan. Dan il-​browxer jistaʼ jinkiseb billi wieħed jistaqsi għal kopja direttament miċ-​Charitable Planning Office.

Għal iktar informazzjoni, tistaʼ tikkuntattja liċ-​Charitable Planning Office, b’ittra jew bit-​telefon, fl-​indirizz t’hawn taħt, jew tistaʼ tikkuntattja l-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek.

Charitable Planning Office

Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

100 Watchtower Drive

Patterson, New York 12563-9204

Telefon: (845) 306-0707