Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tifla Ċkejkna b’Qalb Kbira

Tifla Ċkejkna b’Qalb Kbira

REĊENTEMENT, tifla taʼ disaʼ snin mill-​Brażil, minn jeddha qasmet fi tnejn il-​flus li kienet ġemmgħet—18-il dollaru u 25 dollaru. Poġġiet l-​iżgħar ammont fil-​kaxxa tal-​kontribuzzjonijiet fis-​Sala tas-​Saltna lokali biex tgħin fl-​ispejjeż tal-​kongregazzjoni. Imbagħad bagħtet l-​akbar ammont lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova flimkien m’ittra qasira. L-​ittra tagħha qalet: “Irrid nagħmel din id-​donazzjoni lix-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. Ix-​xewqa tiegħi hi li ngħin ħafna aħwa madwar id-​dinja sabiex jippritkaw l-​aħbar tajba. Qed nibgħatha b’affezzjoni u mħabba kbira għal Ġeħova.”

Il-ġenituri taʼ din it-​tifla ċkejkna għallmuha l-​importanza taʼ li tieħu sehem personalment fix-​xogħol tax-​xandir tas-​Saltna. Huma enfasizzaw ukoll l-​importanza tal-​bżonn li ‘tonora lil Ġeħova bl-​affarijiet prezzjużi tagħha.’ (Prov. 3:9) Bħal din it-​tifla ċkejkna, jalla lkoll kemm aħna nieħdu sehem b’mod żeluż f’li nippromwovu l-​interessi tas-​Saltna kemm lokalment kif ukoll mad-​dinja kollha!