Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Il-​Messija għala kellu jmut?

Il-​mewt taʼ Ġesù tat prova li bniedem perfett jistaʼ jżomm id-​devozzjoni lejn Alla minkejja l-​iktar provi ħorox. Ukoll, hu ħallas il-​piena tad-​dnub li ntirtet min-​nisel t’Adam, u b’hekk fetaħ it-​triq għall-​ħajja taʼ dejjem.—12/15, paġni 22-​23.

• Kien aħrax wisq il-​ġudizzju taʼ Ġeħova li bih ma ħalliex lil Mosè u lil Aron imexxu lil Israel għal ġol-​Art Imwiegħda? (Num. 20:2-​13)

Le, għal għadd taʼ raġunijiet. (1) Alla ma qalx lil Mosè biex ikellem lin-​nies, aħseb u ara biex jiġġudikahom bħala ribelli. (2) Mosè u Aron naqsu milli jigglorifikaw lil Alla. Mosè tkellem bħallikieku kienu hu u Aron li pprovdew l-​ilma b’miraklu u mhux Alla. (3) Il-​ġudizzju kien konsistenti maʼ ġudizzji oħrajn li saru qabel. Alla ma ħalliex lill-​ġenerazzjoni ribelluża taʼ qabel tidħol f’Kangħan, u għalhekk għamel l-​istess maʼ Mosè u Aron. (4) Mosè u Aron kienu l-​mexxejja taʼ Israel. Dawk li għandhom ħafna responsabbiltà għandhom kont akbar x’jagħtu lil Alla.—1/1, paġna 19.

• L-​Israelin għala ntqalilhom biex jeqirdu s-​sebaʼ nazzjonijiet li kienu jgħammru fl-​art taʼ Kangħan? (Dt. 7:1, 2)

Dawn il-​ġnus kienu saru mimlijin idolatrija, tixrid taʼ demm, u prattiki sesswali baxxi. Saħansitra xi tfal ġew maħruqin bħala sagrifiċċji. Il-​qdusija, il-​ġustizzja, u l-​imħabba t’Alla għall-​poplu tiegħu qanqluh ineħħi kull nuqqas taʼ ndafa mill-​art. Xorta waħda, Ġeħova għarbel qalb kulħadd—xi ħaġa li ebda kmandant militari ma jistaʼ jagħmilha llum—u ħeles lil dawk li kienu lesti jabbandunaw l-​għemejjel mill-​agħar tagħhom u jaqduh.—1/1, paġna 30.

• Il-​komunikazzjoni siewja mat-​tfal x’tinkludi?

Tinvolvi iktar milli titkellem magħhom, tinkludi li tistaqsi xi mistoqsijiet u tistenna bil-​paċenzja t-​tweġibiet tagħhom. Ħafna sabu li waqt l-​ikel ikollhom opportunitajiet tajbin għal komunikazzjoni.—1/15, paġni 18-​19.

• Il-​magħmudija mill-​ġdid f’liema ċirkustanzi tistaʼ tiġi kunsidrata?

Dan ikun il-​każ jekk fi żmien il-​magħmudija, individwu forsi kien qed jgħix ħajja doppja jew jieħu sehem f’xi prattika bil-​moħbi li minħabba fiha setaʼ jiġi maqtugħ mis-​sħubija li kieku l-​magħmudija tiegħu kienet valida diġà.—2/15, paġna 22.

• Fil-​parabbola taʼ Ġesù tal-​qamħ u s-​sikrana, iż-​żrigħ, jew it-​taħwil, taż-​żerriegħa t-​tajba x’jirrappreżenta?

Bin il-​bniedem, Ġesù, ħejja l-​għalqa matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art. Minn Pentekoste tas-​sena 33 E.K. ’l quddiem, iż-​żerriegħa t-​tajba nżergħet meta l-​Kristjani ġew midlukin bħala wlied Alla, ulied is-​Saltna.—3/15, paġna 20.

• Il-​qamħ simboliku fil-​parabbola taʼ Ġesù kif qed jiddaħħal fil-​maħżen taʼ Ġeħova? (Mt. 13:30)

It-​twettiq sar fuq perijodu taʼ żmien matul il-​konklużjoni taʼ din is-​sistema. L-​ulied midlukin tas-​saltna, il-​qamħ simboliku, qed jiddaħħlu fil-​maħżen taʼ Ġeħova meta jiddaħħlu fil-​kongregazzjoni Kristjana li ġiet stabbilita mill-​ġdid jew meta jirċievu l-​premju tagħhom fis-​sema.—3/15, paġna 22.