Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Alla liema anġlu bagħat qabel il-​poplu taʼ Iżrael meta ħariġhom mill-​Eġittu? (Eżo. 23:20, 21)

Jagħmel sens li nemmnu li dan l-​anġlu, li kellu ‘jaġixxi f’isem Ġeħova,’ kien l-​ewwel Iben imwieled t’Alla, li iktar tard sar Ġesù.—9/15, paġna 21.

• Il-​“balzmu f’Gilegħad” għal xiex jirreferi? (Ġer. 8:22)

Iż-​żejt tal-​balzmu kien żejt ifuħ u jwaħħal li joħroġ minn diversi pjanti li jinstabu, fost postijiet oħrajn, f’Gilegħad, fil-​Lvant tax-​Xmara Ġordan. Minħabba l-​valur mediċinali tiegħu, dan kien ifejjaq il-​feriti. Il-​kundizzjoni tal-​biki li kien jinsab fiha Iżrael kellha tqanqal lill-​ġens biex ifittex kura, iżda n-​nies ma fittxewhiex. (Ġer. 8:9)−10/1, paġni 21-​22.

• Ġesù għala m’għaġġilx biex imur ħdejn sieħbu Lazzru li kien marid ħalli jfejqu?

Sakemm wasal Ġesù, Lazzru kien ilu mejjet erbat ijiem. Minħabba li stenna, setaʼ jagħti xhieda aħjar dwar Missieru. B’hekk, ħafna bdew jemmnu f’Alla. (Ġw. 11:45)−10/1, paġni 31-​32.

• Liema eżempju fil-​Bibbja jassigurana li Ġeħova jfittex u japprezza t-​tajjeb li hemm fina minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħna? (1 Slat. 14:13)

Dan il-​vers jispjega li xi ħaġa tajba ‘nstabet’ f’Abija. B’mod evidenti, Ġeħova fittex f’qalb Abija sakemm sab traċċa taʼ tjubija. Ġeħova apprezza t-​tjubija tiegħu u ppremjaha billi wera ammont taʼ ħniena lil dan il-​membru wieħed taʼ familja mill-​agħar.—10/1, paġna 26.

• X’se jgħinek tkellem lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tiegħek fiż-​żwieġ bil-​mod kif irid Ġeħova? (Kol. 4:6)

Meta martek tirritak, immaġina li minflok qed tkellem lilha, int qed titkellem maʼ ħabib veru jew mal-​imgħallem tiegħek. Kieku xorta tuża l-​istess ton taʼ leħen jew għażla taʼ kliem? Imbagħad aħseb f’raġunijiet għala martek jixirqilha li tkellimha b’iżjed rispett u tattika saħansitra iktar minn ħabibek jew l-​imgħallem tiegħek.—10/1, paġna 12.

• Rigward il-​qima vera, x’inhuma xi skużi li mhumiex aċċettabbli għal Alla?

‘Hu diffiċli wisq. Ma rridx. Għandi wisq x’nagħmel. M’iniex tajjeb biżżejjed. Xi ħadd weġġagħli s-​sentimenti tiegħi.’ Dawn mhumiex skużi validi biex ma nobdux il-​kmandi t’Alla.—10/15, paġni 12-​15.

• X’inhuma xi modi kif tistaʼ tagħmel il-​laqgħat Kristjani inkuraġġanti għalik u għal oħrajn?

Ipprepara bil-​quddiem. Attendi regolarment. Asal fil-​ħin. Ejja armat tajjeb. Evita l-​aljenazzjonijiet. Ipparteċipa. Żomm il-​kummenti qosra. Wettaq l-​inkarigi tiegħek. Faħħar lil dawk li jieħdu sehem. Assoċja qabel u wara l-​laqgħat.—10/15, paġna 22.

• X’nistgħu nitgħallmu mill-​fatt li Aron ċeda għall-​pressjoni minn dawk taʼ madwaru?

Meta Mosè ma kienx preżenti, l-​Iżraelin ħeġġew lil Aron biex jagħmlilhom alla. Hu ċeda u hekk għamel. Dan juri li l-​pressjoni minn oħrajn mhux liż-​żgħażagħ biss teffettwa. Din tistaʼ teffettwa saħansitra lil dawk li huma akbar fl-​età u li jixtiequ jagħmlu t-​tajjeb. Jeħtieġ li nirreżistu l-​pressjoni negattiva minn dawk taʼ madwarna.—11/15, paġna 8.