Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Kif nistgħu nikkumbattu sentimenti negattivi?

Nistgħu nistinkaw biex nagħmlu dan li ġej: (1) Irrifletti dwar il-​mod kif iħares lejk Alla, (2) Ersaq eqreb lejh, (3) Iffoka fuq it-​tama tiegħek għall-​futur.—1/1, paġni 19-​22.

• Il-​Kristjani veri, jużaw l-​isem t’Alla bħala taliżman?

Xi nies iqisu oġġett jew simbolu bħala taliżman, xi ħaġa taʼ fortuna li tipproteġihom b’mod maġiku, imma n-​nies t’Alla ma jikkunsidrawx ismu bħala taliżman. Huma jpoġġu l-​fidi f’Ġeħova u jfittxu li jagħmlu r-​rieda tiegħu, u b’hekk jistkennu f’ismu. (Sof. 3:12, 13)—1/15, paġni 5-​6.

• Ġeħova għala ċaħad lis-​Sultan Sawl?

Sawl suppost li kellu jistenna lill-​profeta t’Alla biex joffri sagrifiċċju, imma s-​sultan m’obdiex, u offra s-​sagrifiċċju hu stess. Iktar tard, m’obdiex il-​kmand biex jeqred poplu li kien għadu.—2/15, paġni 22-​23.

• Kif nistgħu nuru li nobogħdu l-​ksur tal-​liġi?

Billi ma nsirux skjavi tal-​alkoħol, billi nevitaw prattiki tal-​okkult, u billi nagħtu kas it-​twissija taʼ Ġesù dwar l-​immoralità. Pereżempju, se nevitaw il-​pornografija u l-​fantasiji li tistaʼ toħloq. (Mt. 5:27, 28) Ukoll, m’aħniex se nissieħbu maʼ wħud li ġew maqtugħin mis-​sħubija.—2/15, paġni 29-​32.

• Ġeremija kif kien bħal siġra “mħawla ħdejn l-​ilmijiet, li tifrex għeruqha”? (Ġer. 17:7, 8)

Hu qatt ma waqaf jagħmel il-​frott; lanqas ħalla lilu nnifsu jiġi influwenzat minn dawk li jwaqqgħu għaċ-​ċajt. Minflok, hu żamm sod mas-​Sors tal-​ilma li jsostni l-​ħajja u daħħal f’qalbu dak li qallu Alla.—3/15, paġna 14.

• Għala nistgħu nemmnu li l-​ġnien tal-​Għeden kien post taʼ veru?

Il-​Bibbja tiddeskrivih bħala post reali, billi tagħti dettalji dwar fejn jinsab. Tnejn mix-​xmajjar li jissemmew fir-​rakkont għadhom jeżistu sal-​ġurnata tal-​lum. Dan mhux il-​mod kif jiġu preżentati l-​ħrejjef u l-​istejjer tat-​tfal. Ġesù, l-​iktar Xhud taʼ min joqgħod fuqu, tkellem dwar Adam u Eva bħala li kienu veri.—4/1, paġni 5-​6, 9.

• Kien jaf Alla li Adam u Eva kienu se jidinbu?

Le. Ġeħova żejjinhom bl-​intelliġenza u l-​libertà tal-​għażla, u b’hekk tahom l-​opportunità jagħżlu jekk jobdux jew le. Għalkemm għandu l-​abbiltà li jkollu għarfien minn qabel, Alla juża din l-​abbiltà b’mod selettiv.—4/1, paġni 13-​15.

• F’Iżrael, min ibbenefika mid-​drawwa tat-​tilqit?

Kulħadd. Lill-​foqra, dawk li kellhom ilaqqtu, kienet tinkuraġġihom ikunu beżlin. Oħrajn ibbenefikaw billi ġew inkuraġġiti biex ikunu ġenerużi u jistrieħu fuq il-​barka t’Alla.—4/1, paġna 23.