Battalja Legali Twila Tispiċċa b’Rebħa!
BDIET fl-1995 u damet sejra 15-il sena. Matul dak iż-żmien, il-Kristjani veri fir-Russja ġew attakkati minn dawk li jopponu l-libertà tar-reliġjon. Dawn l-opponenti kienu determinati li jipprojbixxu lix-Xhieda taʼ Ġeħova f’Moska u lil hinn minnha. Minkejja dan, Ġeħova raha ħaġa xierqa li jippremja l-integrità tal-għeżież ħutna Russi b’rebħa legali. Iżda, x’wassal għal din il-ġlieda?
LIBERTÀ—SA FL-AĦĦAR!
Matul l-ewwel nofs tas-snin 90, ħutna fir-Russja reġgħu kisbu l-libertà reliġjuża li tilfu fl-1917. Fl-1991, ġew reġistrati bħala reliġjon uffiċjali mill-gvern tal-Unjoni Sovjetika. Wara li l-Unjoni Sovjetika nqasmet fi stati, ix-Xhieda taʼ Ġeħova ġew reġistrati fil-Federazzjoni Russa. Iktar minn hekk, ix-Xhieda li kienu sofrew persekuzzjoni reliġjuża għaxriet taʼ snin qabel ġew rikonoxxuti uffiċjalment mill-Istat bħala vittmi t’oppressjoni politika. Fl-1993, id-Dipartiment tal-Ġustizzja taʼ Moska rreġistra l-Komunità tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’Moska, kif jafuna legalment hemmhekk. F’din l-istess sena saret effettiva wkoll il-kostituzzjoni ġdida tar-Russja, li tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon. Mhux taʼ b’xejn li ħu esklama, “Lanqas qatt ma ħlomna li se naraw libertà bħal din!” Imbagħad kompla jgħid, “Konna ilna 50 sena nistennewh dan!”
L-aħwa fir-Russja użaw sew dan iż-“żmien favorevoli” billi żiedu fix-xogħol tal-ippritkar tagħhom, u ħafna wieġbu favorevolment. (2 Tim. 4:2) “In-nies kienu interessati ħafna fir-reliġjon,” innota osservatur. Fi żmien qasir, l-għadd taʼ pubblikaturi, pijunieri, u kongregazzjonijiet immultiplika. Fil-fatt, mill-1990 sal-1995, l-għadd tax-Xhieda f’Moska żdied minn xi 300 għal iktar minn 5,000! Minħabba dan, l-għedewwa tax-Xhieda taʼ Ġeħova bdew jinkwetaw. Madwar dan iż-żmien, huma bdew jattakkaw, jew jopponu, lin-nies taʼ Ġeħova fi qrati legali. Din il-battalja kellha tgħaddi minn erbaʼ stadji mtawlin qabel ma finalment ġiet solvuta.
JIBDEW INVESTIGAZZJONIJIET KRIMINALI
L-ewwel stadju tal-battalja beda f’Ġunju tal-1995. Grupp taʼ nies f’Moska li kien jappoġġa lill-Knisja Ortodossa Russa akkuża uffiċjalment lil ħutna li kienu qed jipparteċipaw f’attivitajiet kriminali. Il-grupp sostna li kien qed jaġixxi għan-nom taʼ membri tal-familji li ma ħadux pjaċir li l-imseħbin tagħhom fiż-żwieġ jew uliedhom kienu saru Xhieda. F’Ġunju tal-1996, l-investigaturi qalu li ma sabu ebda evidenza kontra x-Xhieda taʼ Ġeħova. Imma l-grupp taʼ Moska akkuża lil ħutna dwar l-istess affarijiet erbaʼ darbiet oħra. U kull darba, l-investigaturi fittxew evidenza, imma ma setgħu jsibu xejn kontra x-Xhieda taʼ Ġeħova. Fl-aħħar nett, nhar it-13 t’April, 1998, l-investigatur il-ġdid għalaq il-każ.
“Imma mbagħad,” jgħid avukat involut fil-każ, “ġrat xi ħaġa stramba.” Għalkemm ir-rappreżentanta tal-prosekutur li kkonduċa din il-ħames investigazzjoni ammettiet li ma kien hemm ebda evidenza t’attività kriminali, hi xorta waħda ssuġġeriet li għandha tinfetaħ kawża ċivili kontra ħutna. Kawża ċivili hi lment uffiċjali mressaq min-nies, a Fid-29 taʼ Settembru, 1998, is-smigħ beda fil-Qorti tad-Distrett taʼ Golovinsky f’Moska. It-tieni stadju kien beda.
mhux mill-pulizija. Ir-rappreżentanta allegat li l-Komunità tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’Moska kisret il-liġi nazzjonali u internazzjonali. Il-prosekutur tas-Circuit Amministrattiv tat-Tramuntana taʼ Moska qabel magħha u ressaq ilment ċivili.IL-BIBBJA FIL-QORTI
F’sala taʼ qorti ffollata fit-Tramuntana taʼ Moska, il-Prosekutriċi Tatyana Kondratyeva fetħet l-attakk, billi użat liġi nazzjonali ffirmata fl-1997. Din il-liġi tgħid li l-Kristjanità Ortodossa, l-Iżlam, il-Ġudaiżmu, u l-Buddiżmu biss huma reliġjonijiet tradizzjonali. b L-istess liġi, fil-prattika, għamlitha diffiċli biex reliġjonijiet oħrajn jiksbu rikonoxximent legali. Tippermetti wkoll li l-qrati jipprojbixxu reliġjonijiet li jippromwovu l-mibegħda. Billi użat din il-liġi, il-prosekutriċi allegat b’mod falz li x-Xhieda taʼ Ġeħova jippromwovu l-mibegħda u jkissru lill-familji, u għalhekk għandhom jiġu projbiti.
Avukat li ddefenda lil ħutna staqsa: “Min huma l-individwi fil-Kongregazzjoni taʼ Moska li huma ħatjin li kisru l-liġi?” Il-prosekutriċi ma setgħet issemmi lil ħadd. Iżda hi sostniet li l-letteratura tax-Xhieda taʼ Ġeħova tqanqal l-għadwa reliġjuża. Biex tagħti prova tal-punt tagħha, hi qrat mir-rivisti tat-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! u minn pubblikazzjonijiet oħrajn (ara hawn fuq). Meta ġiet mistoqsija b’liema mod dawn il-pubblikazzjonijiet iqanqlu l-għadwa, hi qalet: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jgħallmu li għandhom ir-reliġjon vera.”
Avukat, wieħed minn ħutna, ta kopja tal-Bibbja lill-imħallef u kopja lill-prosekutriċi u qara Efesin 4:5: “Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda.” L-imħallef, il-prosekutriċi, u l-avukat—kollha bil-Bibbja f’idhom—ma damux ma kienu qed jiddiskutu skritturi bħal Ġwanni 17:18 u Ġakbu 1:27. Il-qorti staqsiet: “Iqanqlu dawn l-iskritturi l-għadwa reliġjuża?” Il-prosekutriċi qalet li ma kienx jimpurta x’kienet taħseb hi għax ma kinitx esperta tal-Bibbja. L-avukat wera xi pubblikazzjonijiet tal-Knisja Ortodossa Russa li jikkritikaw bl-aħrax lix-Xhieda taʼ Ġeħova u staqsa: “Dawn l-istqarrijiet jiksru l-liġi?” Il-prosekutriċi reġgħet qalet li ma kienx importanti x’kienet taħseb hi għaliex ma kinitx esperta tar-reliġjon.
AKKUŻI BLA EVIDENZA
Meta l-prosekutriċi akkużat lix-Xhieda b’li jeqirdu l-familji, hi qalet li raġuni waħda hi li ma jiċċelebrawx festi. Madankollu, iktar tard hi ammettiet li l-liġi Russa ma tirrikjedix li ċ-ċittadini jiċċelebraw festi. Ir-Russi—inkluż ix-Xhieda taʼ Ġeħova Russi—għandhom għażla. Il-prosekutriċi sostniet ukoll li l-organizzazzjoni tagħna ‘ċċaħħad lit-tfal minn mistrieħ normali u minn ferħ emozzjonali.’
Xorta waħda, iktar tard hi ammettiet li qatt ma kienet tkellmet maʼ żgħażagħ imrobbijin minn ġenituri li huma Xhieda. Meta avukata staqsiet lill-prosekutriċi jekk qatt kinitx attendiet il-laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova, hi wieġbet: “Ma kienx hemm għalfejn.”Il-prosekuzzjoni stiednet lil professur tal-psikjatrija biex jagħti l-opinjoni tiegħu fil-qorti. Hu allega li min jaqra l-letteratura tagħna jkollu problemi mentali. Hu ammetta li kien sempliċement ikkopja ħafna mill-affarijiet li kiteb dwar dan il-każ legali mid-dokument li kiteb il-Patrijarkat taʼ Moska, jew il-mexxejja tal-Knisja Ortodossa f’Moska. Qal ukoll li qatt ma kien ikkura pazjent li kien wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova. B’kuntrast, professur ieħor tal-psikjatrija xehed fil-qorti li kien studja lil iktar minn 100 Xhud f’Moska. Hu sab li l-grupp kellu saħħa mentali normali, u żied jgħid li l-membri tal-grupp kienu saru iktar tolleranti għal reliġjonijiet oħrajn minn mindu kienu saru Xhieda.
REBĦA—IMMA MHIX FINALI
Nhar it-12 taʼ Marzu, 1999, l-imħallef ħatret ħames akkademiċi biex jistudjaw il-letteratura tax-Xhieda taʼ Ġeħova, u ssospendiet il-ġuri. Imma qabel ma ġara dan, il-Ministeru tal-Ġustizzja għall-pajjiż tar-Russja wkoll ordna grupp taʼ akkademiċi biex jistudjaw il-letteratura tagħna. Nhar il-15 t’April, 1999, dan il-grupp qal li ma sab xejn ħażin fil-pubblikazzjonijiet tagħna. Għalhekk, fid-29 t’April, 1999, il-Ministeru tal-Ġustizzja ġedded ir-reġistrazzjoni nazzjonali tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Imma f’Moska, l-imħallef xorta ddeċidiet li l-ħames persuni li għażlet kellhom jistudjaw il-letteratura tagħna. Dan ħalaq sitwazzjoni stramba—ix-Xhieda taʼ Ġeħova kienu rikonoxxuti nazzjonalment mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Russja bħala reliġjon approvata li tħares
il-liġi imma, fl-istess ħin, kienu qed jiġu investigati mid-Dipartiment tal-Ġustizzja taʼ Moska għax oħrajn akkużawhom li kienu qed jiksru l-liġi!Għaddew kważi sentejn qabel ma reġaʼ beda l-ġuri, u nhar it-23 taʼ Frar, 2001, l-Imħallef Yelena Prokhorycheva waslet għal verdett. Wara li kkunsidrat dak li sab il-grupp li kienet ħatret, hi ddeċidiet li ma kienx hemm raġuni biex jiġu projbiti l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’Moska. Fl-aħħar nett, ġie stabbilit legalment li ħutna kienu innoċenti minn kull akkuża miġjuba kontrihom! Madankollu, il-prosekutriċi rrifjutat il-verdett u appellat għal quddiem il-Qorti tal-Belt taʼ Moska. Tliet xhur wara, fit-30 taʼ Mejju, 2001, din il-qorti annullat id-deċiżjoni tal-Imħallef Prokhorycheva. Il-qorti ordnat li jerġaʼ jibda każ legali ieħor bl-istess prosekutriċi imma bi mħallef differenti. Kien se jibda t-tielet stadju.
TELFA—IMMA MHIX FINALI
Nhar it-30 t’Ottubru, 2001, l-Imħallef Vera Dubinskaya tat bidu għal ġuri ieħor. c Il-Prosekutriċi Kondratyeva akkużat għal darb’oħra lix-Xhieda taʼ Ġeħova li kienu qed jippromwovu l-mibegħda, imma mbagħad żiedet li l-projbizzjoni fuq il-komunità legali tax-Xhieda taʼ Ġeħova kienet mezz biex jiġu protetti d-drittijiet tax-Xhieda f’Moska! B’risposta għal din l-istqarrija stramba, l-10,000 Xhud f’Moska minnufih iffirmaw petizzjoni li fiha talbu lill-qorti biex tirrifjuta l-“protezzjoni” offruta mill-prosekutriċi.
Il-prosekutriċi stqarret li ma kellhiex bżonn tipprovdi evidenza biex turi li x-Xhieda kienu ħatjin taʼ għemil ħażin. Hi qalet li l-ġuri kien dwar il-letteratura u t-twemmin tax-Xhieda taʼ Ġeħova, u mhux dwar l-attivitajiet tagħhom. Hi ħabbret li kienet se tippreżenta lil kelliemi tal-Knisja Ortodossa Russa bħala xhud espert. Naturalment, dan l-avviż ikkonferma li l-membri tal-kleru kienu dawk li riedu jipprojbixxu lix-Xhieda. Nhar it-22 taʼ Mejju, 2003, l-imħallef ordnat li grupp taʼ esperti—għal darb’oħra—għandhom jistudjaw il-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Fis-17 taʼ Frar, 2004, il-ġuri ltaqaʼ biex jirrivedi r-riżultati tal-istudju tal-grupp. L-esperti sabu li l-pubblikazzjonijiet tagħna jinkuraġġixxu lill-qarrejja biex “iħarsu l-arranġament tal-familja u taż-żwieġ” u l-istqarrija li l-letteratura tagħna tippromwovi l-mibegħda kienet “bla bażi.” Studjużi oħrajn qablu. Professur tal-istorja reliġjuża ġie mistoqsi: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jippritkaw?” Hu wieġeb lill-qorti: “Ix-xogħol tal-ippritkar hu obbligu għal Kristjan. Dan hu dak li jgħid l-Evanġelju u dak li Kristu inkariga lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu—‘morru u ppritkaw fl-artijiet kollha.’” Minkejja dan, fis-26 taʼ Marzu, 2004, l-imħallef ipprojbiet l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’Moska. Fis-16 taʼ Ġunju, 2004, il-Qorti tal-Belt taʼ Moska appoġġat dik id-deċiżjoni. d Meta kkummenta fuq il-verdett, ħu li kien ilu Xhud osserva: “Fi żminijiet Sovjetiċi, Russu kellu jkun ateu. Illum, Russu għandu jkun Ortodoss.”
L-aħwa kif irreaġixxew għall-projbizzjoni? Bħal Neħemija tal-qedem. Fi żmienu, meta l-għedewwa tal-poplu t’Alla opponew l-isforzi tiegħu biex jerġaʼ jibni s-sur taʼ Ġerusalemm, Neħemija u l-poplu tiegħu ma ħallew ebda għamla taʼ oppożizzjoni tiżvijahom. Minflok, ‘komplew jibnu’ u “kien Neħ. 4:1-6) Bl-istess mod, ħutna f’Moska ma ħallewx lill-opponenti jiżvijawhom mix-xogħol li għandu jitwettaq illum—l-ippritkar tal-aħbar tajba. (1 Pt. 4:12, 16) Huma kienu fiduċjużi li Ġeħova kien se jieħu ħsiebhom, u kienu lesti li jidħlu fir-rabaʼ stadju f’din il-battalja twila.
għad għandhom qalb jaħdmu.” (ŻIEDA FL-OSTILITÀ
Nhar il-25 t’Awwissu, 2004, ħutna bagħtu petizzjoni lil Vladimir Putin, li dak iż-żmien kien president tar-Russja. Il-petizzjoni, li esprimiet tħassib profond dwar il-projbizzjoni, kienet tikkonsisti minn 76 volum u kien fiha iktar minn 315,000 firma. Fl-istess żmien, il-mexxejja tal-Knisja Ortodossa Russa qalu: “Aħna assolutament kontra l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova.” Mexxej Musulman qal li l-projbizzjoni kienet “sinifikanti u ġrajja pożittiva.”
Xi nies fir-Russja emmnu l-akkużi foloz li nġiebu kontra x-Xhieda taʼ Ġeħova u bdew jattakkawhom. Xi Xhieda li kienu qed jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar f’Moska ġew imsawtin bil-ponn u bis-sieq minn opponenti. Raġel mgħaddab ġera wara oħt u taha daqqa taʼ sieq tant vjolenti fis-sinsla taʼ daharha li hi waqgħet u ħabtet rasha. Kellha bżonn l-għajnuna medika; madankollu, il-pulizija ma ħadu ebda azzjoni kontra dak li attakkaha. Il-pulizija arrestaw lil ħafna Xhieda, ittrattawhom bħala kriminali, u żammewhom maqfulin il-ħabs matul il-lejl. Peress li kienu beżgħanin li jitilfu l-impjieg, in-nies li kienu jieħdu ħsieb il-bini li ħutna kienu jużawh għal-laqgħat tagħhom ma ridux jikruhulhom iktar. Fi żmien qasir, għadd taʼ kongregazzjonijiet tilfu l-postijiet mikrijin fejn kienu jiltaqgħu. Erbgħin kongregazzjoni kellhom jużaw biss erbaʼ Swali tas-Saltna li kienu jinsabu f’bini wieħed. Kongregazzjoni waħda li kienet tuża din il-faċilità
kellha tagħmel il-Laqgħa Pubblika fis-sebgħa u nofs taʼ filgħodu. “Biex jattendu, il-pubblikaturi kellhom iqumu fil-ħamsa taʼ filgħodu,” irrakkonta indokratur li jivvjaġġa, “imma dan għamluh minn jeddhom għal iktar minn sena.”“BIEX TINGĦATA XIEHDA”
Biex jistabbilixxu li l-projbizzjoni f’Moska kienet illegali, f’Diċembru tal-2004, l-avukati tagħna talbu l-għajnuna tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. (Ara l-kaxxa “Għala Verdett Russu Jiġi Rivedut fi Franza,” f’paġna 6.) Sitt snin wara, fl-10 taʼ Ġunju, 2010, il-Qorti ddeċidiet b’vot unanimu li x-Xhieda taʼ Ġeħova ma kienu ħatjin taʼ ebda akkuża! e Il-Qorti kkunsidrat l-akkużi kollha li saru kontrina u sabet li kienu totalment bla bażi. Iddeċidiet ukoll li l-gvern tar-Russja kellu jtemm il-projbizzjoni u jagħmel kulma kien possibbli biex jikkoreġi dak li għamel lix-Xhieda.—Ara l-kaxxa “Il-Ġudizzju tal-Qorti,” f’paġna 8.
Il-Qorti ddeċidiet li l-Konvenzjoni Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tipproteġi l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Din id-deċiżjoni ma tapplikax biss għar-Russja. Tapplika wkoll għas-46 nazzjon ieħor li huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa. Ħafna mħallfin, leġislaturi, u nies madwar id-dinja li jistudjaw id-drittijiet tal-bniedem se jinteressaw ruħhom ukoll f’din id-deċiżjoni. Għala? Meta waslet għad-deċiżjoni tagħha, il-Qorti rreferiet mhux biss għal tmien deċiżjonijiet li kienet ħadet qabel favur ix-Xhieda taʼ Ġeħova, imma wkoll għal disaʼ rebħiet li kellhom ix-Xhieda taʼ Ġeħova quddiem l-ogħla qrati tal-Afrika t’Isfel, tal-Arġentina, tal-Ġappun, tal-Istati Uniti, tal-Kanada, tar-Renju Unit, tar-Russja, u taʼ Spanja. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja kollha issa jistgħu jużaw id-deċiżjoni tal-Qorti biex jiddefendu l-qima tagħhom.
Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu: “Iressqukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tingħata xiehda lilhom u lill-ġnus.” (Mt. 10:18) Il-battalja legali li seħħet matul l-aħħar 15-il sena tat lil ħutna l-opportunità li jagħmlu magħruf l-isem taʼ Ġeħova bħal qatt qabel f’Moska u f’postijiet oħrajn. L-attenzjoni li ngħatat lix-Xhieda mill-investigazzjonijiet, mill-każi fil-qrati, u mill-verdett taʼ qorti internazzjonali kienet tabilħaqq “biex tingħata xiehda” u kkontribwiet għall-“avanz taʼ l-aħbar tajba.” (Flp. 1:12) Fil-fatt, meta x-Xhieda f’Moska jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar illum, ħafna inkwilini jirreaġixxu billi jgħidu, “Imma intom m’intomx projbiti?” Din il-mistoqsija spiss tagħti opportunità lil ħutna biex jagħtu lill-inkwilini iktar informazzjoni dwar it-twemmin tagħna. Xejn u ħadd ma jistaʼ jwaqqafna mill-attività tagħna tal-ippritkar tas-Saltna. Aħna nitolbu lil Ġeħova biex ikompli jgħin lil ħutna fir-Russja li huma kuraġġużi u li nħobbuhom ħafna.
[Noti taʼ taħt]
a L-ilment tressaq nhar l-20 t’April, 1998. Ġimagħtejn wara, nhar il-5 taʼ Mejju, ir-Russja approvat il-Konvenzjoni Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
b “Il-liġi ġiet adottata minħabba pressjoni qawwija mill-Knisja Ortodossa Russa, li qed tgħasses b’għira l-pożizzjoni tagħha fir-Russja u li għandha sebaʼ mitt sena biex ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiġu projbiti.”—Associated Press, 25 taʼ Ġunju, 1999.
c Ironikament, din l-istess data mmarkat l-għaxar anniversarju taʼ meta fir-Russja għaddiet liġi li rrikonoxxiet lix-Xhieda taʼ Ġeħova bħala vittmi t’oppressjoni reliġjuża taħt il-ħakma Sovjetika.
d Din l-azzjoni kienet tfisser li l-kongregazzjonijiet f’Moska ma kienx għad baqgħalhom organizzazzjoni legali biex tirrappreżentahom. L-għedewwa riedu joħolqu l-problemi għal ħutna u jwaqqfu x-xogħol tal-ippritkar tagħhom.
e Fit-22 taʼ Novembru, 2010, grupp taʼ ħames imħallfin tal-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem irrifjutaw il-petizzjoni tar-Russja li talbet li l-każ jingħata f’idejn l-Awla Manja tal-Qorti. Dan kien ifisser li d-deċiżjoni tal-10 taʼ Ġunju, 2010, hi finali u trid tiġi obduta.
[Kaxxa/Stampa f’paġna 6]
Għala Verdett Russu Jiġi Rivedut fi Franza
Fit-28 taʼ Frar, 1996, ir-Russja ffirmat il-Konvenzjoni Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. (Fil-5 taʼ Mejju, 1998, ir-Russja kkonfermat il-Konvenzjoni.) Billi ffirma dan it-trattat, il-gvern tar-Russja ddikjara li s-sudditi tiegħu għandhom
‘id-dritt għal-libertà tar-reliġjon u d-dritt li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom fid-dar u fil-pubbliku u li jbiddlu r-reliġjon tagħhom jekk ikunu jridu jagħmlu hekk.’—Artiklu 9.
‘id-dritt li jgħidu u jiktbu b’mod responsabbli dak li jaħsbu u li jagħtu informazzjoni lil ħaddieħor.’—Artiklu 10.
‘id-dritt li jieħdu sehem f’laqgħat paċifiċi.’—Artiklu 11.
Individwi jew organizzazzjonijiet li huma vittmi tal-ksur tat-trattat u li użaw il-mezzi legali kollha taʼ pajjiżhom jistgħu jieħdu l-każ tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg, Franza (murija hawn fuq). Din hi magħmula minn 47 imħallef—numru ekwivalenti għan-numru taʼ pajjiżi li ffirmaw il-Konvenzjoni Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-ġudizzji tal-Qorti huma obbligatorji. Pajjiżi li ffirmaw it-trattat iridu jaġixxu fi qbil mal-ġudizzji.
[Kaxxa f’paġna 8]
Il-Ġudizzju tal-Qorti
Hawnhekk hawn tliet siltiet qosra mill-ġudizzju tal-Qorti.
Akkuża waħda kienet li x-Xhieda taʼ Ġeħova jkissru lill-familji. Il-Qorti ddeċidiet mod ieħor. Din qalet:
“Hija r-reżistenza tal-membri tal-familja li mhumiex reliġjużi u l-fatt li ma jkunux lesti jaċċettaw u jirrispettaw il-libertà tal-qarib reliġjuż tagħhom biex jesprimi u jipprattika r-reliġjon tiegħu li huma s-sors tal-konflitt.”—Para. 111.
Il-Qorti ma sabet ukoll ebda evidenza li tappoġġa l-akkuża tal-“kontroll tal-moħħ,” u qalet:
“Il-Qorti ssibha ħaġa tal-għaġeb li l-qrati [Russi] ma semmewx l-isem taʼ individwu wieħed li d-dritt tiegħu għal-libertà tal-kuxjenza kien inkiser, skont kif ġie allegat, permezz taʼ dawn il-metodi.”—Para. 129.
Akkuża oħra stqarret li peress li ma jaċċettawx trasfużjonijiet tad-demm, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-kredenti. Il-Qorti m’aċċettatx l-akkuża, billi qalet:
“Il-libertà li wieħed jaċċetta jew jirrifjuta kura medika speċifika, jew li jagħżel forma oħra taʼ kura, hija vitali għall-prinċipji tal-libertà tal-għażla u tal-awtonomija persunali. Pazjent adult u kompetenti hu ħieles li jiddeċiedi, perkażu, jekk għandux jagħmel xi operazzjoni jew jieħu xi kura jew le jew, bl-istess raġunar, jekk għandux jieħu trasfużjoni tad-demm.”—Para. 136.