Laqgħa Storika
“SAKEMM tispiċċa din il-laqgħa, intom se tgħidu, ‘Din verament kienet laqgħa annwali li titniżżel fl-istorja teokratika!’” B’dan il-kliem, Stephen Lett tal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova kabbar l-antiċipazzjoni ħerqana tal-udjenza kbira. Kienu miġburin għall-126 laqgħa annwali tal-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, li saret fit-2 t’Ottubru, 2010, fis-Sala tal-Assemblea tax-Xhieda taʼ Ġeħova fil-Belt taʼ Jersey, New Jersey, l-Istati Uniti. X’kienu ftit mill-affarijiet li spikkaw f’din l-okkażjoni storika?
It-taħdita tal-ftuħ taʼ Ħuna Lett kienet diskussjoni entużjastika dwar il-karru ċelestjali taʼ Ġeħova bħalma hu deskritt fil-ktieb Bibliku t’Eżekjel. Dan il-karru kbir u glorjuż jagħti stampa tal-organizzazzjoni t’Alla, b’Ġeħova f’kontroll sħiħ. Il-parti fis-sema tagħha, magħmula minn ħlejjaq spirti, timxi f’leħħa taʼ berqa—l-istess bħall-ħsibijiet taʼ Ġeħova nnifsu, qal Ħuna Lett. Il-parti tal-organizzazzjoni t’Alla Ġeħova fuq l-art bl-istess mod tinsab miexja. Ħuna Lett semma diversi żviluppi eċċitanti li saru fil-parti viżibbli tal-organizzazzjoni t’Alla fis-snin reċenti.
Pereżempju, għadd taʼ uffiċċji tal-fergħa qed jingħaqdu flimkien. Dan jagħmilha possibbli għal dawk li qabel kienu jaqdu fid-djar taʼ Betel f’dawk il-pajjiżi biex jiffokaw fuq ix-xogħol tal-ippritkar. Ħuna Lett ħeġġeġ lill-udjenza tibqaʼ titlob biex il-Ġemgħa li Tiggverna, bħala rappreżentanta tal-klassi tal-ilsir, tkompli tkun mhux biss leali imma wkoll għaqlija, jew diskreta.—Mt. 24:45-47.
Rapporti Inkuraġġanti u Intervisti li Jqawwu l-Qalb
Tab Honsberger, li jaqdi fil-Kumitat tal-Fergħa fil-Ħaiti, ta rapport li jmiss il-qalb dwar dak li ġara wara t-terremot tat-12 taʼ Jannar, 2010, li rriżulta fil-mewt taʼ 300,000 ruħ skont kalkoli li saru. Hu qal li membri tal-kleru kienu qed jgħidu lin-nies li Alla kkastiga lil dawk il-vittmi għax kienu bla fidi waqt li pproteġa lil uħud tajbin. Iżda, eluf taʼ kriminali ħatjin ħarbu meta l-ħitan taʼ ħabs waqgħu matul it-theżżiża. B’hekk, xi Ħaitjani taʼ qalb onesta qed jitfarrġu hekk kif jitgħallmu l-verità dwar għala żminijietna fihom tant inkwiet. Ħuna Honsberger ikkwota lil ħu leali Ħaitjan li tilef lil martu fid-diżastru u li qal: “Għadni nibki sal-lum. Ma nafx kemm se ndum nitnikket, imma nifraħ għax inħoss l-imħabba tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Jien għandi t-tama, u ninsab determinat li naqsamha m’oħrajn.”
Mark Sanderson, li issa huwa membru tal-familja a
Betel fi Brooklyn, ta rapport mill-Filippini. Qabel kien membru tal-kumitat tal-fergħa hemmhekk u kien ferħan li jitkellem dwar it-32 quċċata li kellhom waħda wara l-oħra fil-pajjiż fin-numru taʼ pubblikaturi tas-Saltna u dwar kif in-numru tal-istudji tal-Bibbja jaqbeż bil-kbir in-numru taʼ pubblikaturi. Hu tkellem dwar ħu jismu Miguel li n-neputi tiegħu nqatel. Miguel ħadem iebes biex il-qattiel jiġi mħarrek u mitfugħ il-ħabs. Iktar tard, waqt li Miguel kien qed jagħti xhieda fil-ħabs iltaqaʼ mal-qattiel. Għalkemm kien ansjuż, Miguel kellmu bil-ħlewwa u b’qalb tajba. Hu eventwalment studja mar-raġel, li wieġeb b’mod favorevoli u sar iħobb lil Ġeħova. Issa tgħammed. Miguel, li hu l-ħabib tal-qalb tiegħu, qed jaħdem biex ħuh il-ġdid jinħeles kmieni mill-ħabs.Il-programm imbagħad kien fih intervisti mmexxijin minn Mark Noumair, istruttur fid-Dipartiment tal-Iskejjel Teokratiċi. Hu intervista lil tliet koppji—Alex u Sarah Reinmueller, David u Krista Schafer, u Robert u Ketra Ciranko. Alex Reinmueller, wieħed li jgħin fil-Kumitat tal-Ippubblikar, tkellem dwar kif għamel il-verità parti minnu waqt li qeda bħala pijunier fil-Kanada meta kellu biss 15-il sena u spiss kien jaħdem waħdu. Meta ġie mistoqsi min kellu l-akbar impatt fuqu f’Betel, Ħuna Reinmueller semma tlett irġiel leali u wera kif kull wieħed minnhom għenu jikber spiritwalment. Martu, Sarah, tkellmet dwar il-ħbiberija tagħha maʼ oħt, li ssaportiet għaxriet taʼ snin fil-ħabsijiet Ċiniżi minħabba l-fidi tagħha. Sarah qalet li tgħallmet tistrieħ fuq Ġeħova permezz tat-talb persunali.
David Schafer, wieħed li jgħin fil-Kumitat tat-Tagħlim, faħħar lil ommu għall-fidi b’saħħitha tagħha u tkellem dwar aħwa li ħadmu f’li jaqtgħu l-injam u għenuh jaqdi bħala pijunier awżiljarju matul żgħożitu. Martu, Krista, tkellmet b’għożża dwar kif ġiet influwenzata minn membri akbar tal-familja Betel li wrew “fedeltà fl-inqas ħaġa,” kif irrikkmanda Ġesù.—Lq. 16:10.
Robert Ciranko, wieħed li jgħin fil-Kumitat tal-Kitba, tkellem b’nostalġija dwar l-erbaʼ nanniet tiegħu, li kienu immigranti Ungeriżi u Kristjani midlukin. Bħala tifel, baqaʼ impressjonat meta attenda konvenzjonijiet kbar fis-snin 50 u tgħallem li l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova kienet bil-wisq akbar mill-kongregazzjoni tiegħu stess. Martu, Ketra, tkellmet dwar kif tgħallmet dwar il-lealtà meta qdiet
bħala pijuniera f’kongregazzjoni li fiha kien hemm l-apostasija u problemi oħra. Hi ssaportiet u eventwalment ġiet inkarigata taqdi bħala pijuniera speċjali f’kongregazzjoni fejn l-unità messitilha qalbha.Manfred Tonak imbagħad ta rapport fuq l-Etjopja. Din l-art kienet teżisti fi żminijiet Bibliċi, u issa ġiet imbierka b’iktar minn 9,000 pubblikatur tal-aħbar tajba. Il-biċċa l-kbira minnhom jgħixu ħdejn jew fil-kapitali, Addis Ababa. B’hekk, inħawi remoti għandhom bżonn iktar pubblikaturi tas-Saltna. Biex jieħdu ħsieb dan il-bżonn, Xhieda Etjopjani li jgħixu f’pajjiżi oħra ġew mistidnin iżuru l-pajjiż ħalli jippritkaw f’xi ftit mill-partijiet remoti. Ġew ħafna aħwa u dawn ħeġġew lill-aħwa lokali u sabu wħud li tawhom widen.
Xi ħaġa li spikkat fil-programm kienet serje taʼ taħditiet dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova fir-Russja u l-problemi legali tagħhom. Aulis Bergdahl mill-Kumitat tal-Fergħa tar-Russja ppreżenta l-istorja tal-persekuzzjoni tax-Xhieda fir-Russja, partikolarment f’Moska. Philip Brumley mid-Dipartiment Legali tal-fergħa tal-Istati Uniti tkellem dwar l-iżviluppi eċċitanti fix-xhur reċenti meta l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) semgħet id-disaʼ akkużi li nġiebu kontra x-Xhieda. Il-Qorti b’mod unanimu sabet li l-ebda waħda mid-disaʼ akkużi ma kienet vera, u f’diversi każi l-qorti saħansitra għamlet sforz ħabrieki biex tispjega fid-dettall għala l-argumenti kienu żbaljati. Waqt li għad irridu naraw x’se jiżvolġi, Ħuna Brumley tkellem bit-tama dwar l-impatt li jistaʼ jkollu l-ġudizzju tal-Qorti fuq każi f’artijiet oħra.
Wara din l-aħbar eċċitanti, Ħuna Lett ħabbar li l-QEDB kienet aċċettat li tirrivedi l-każ tat-taxxa li ilu għaddej u li jinvolvi l-gvern taʼ Franza u x-Xhieda taʼ Ġeħova. Din il-Qorti rispettata ferm tirrivedi veru ftit mill-każi li jiġu preżentati. S’issa, il-QEDB ikkunsidrat 39 każ li involvew lix-Xhieda taʼ Ġeħova, u ddeċidiet favurina f’37 każ minnhom. Ħuna Lett ħeġġeġ lill-poplu t’Alla kollu biex jitlob lil Alla Ġeħova dwar din il-kwistjoni.
L-aħħar rapport ġie mingħand Richard Morlan, li jintbagħat jgħallem fl-Iskola għall-Anzjani tal-Kongregazzjoni. Hu tkellem b’entużjażmu dwar l-iskola u l-apprezzament li wrew l-anzjani li attendewha.
Taħditiet Oħrajn Minn Membri tal-Ġemgħa li Tiggverna
Guy Pierce tal-Ġemgħa li Tiggverna ta taħdita mill-qalb li ffokat fuq l-iskrittura Sof. 3:12) Hu qal li filwaqt li dan hu żmien taʼ ferħ b’ħafna modi għan-nies taʼ Ġeħova, huwa wkoll żmien serju u taʼ min jaħseb fuqu. Il-jum il-kbir taʼ Ġeħova hu fil-qrib; imma, in-nies jibqgħu ifittxu kenn fir-reliġjon falza, f’istituzzjonijiet politiċi, fl-għana materjali, f’li jagħlqu għajnejhom għal dak li qed jiġri madwarhom, u affarijiet simili. Sabiex insibu kenn ġenwin, irridu nsejħu isem Ġeħova, u dan jinvolvi li nkunu nafu, nirrispettaw profondament, u nafdaw lil Dak li hu rappreżentat minn dan l-isem u li nħobbuh b’dak kollu li għandna.
għas-sena 2011, ‘Stkenn fl-isem taʼ Ġeħova.’ (David Splane tal-Ġemgħa li Tiggverna mbagħad iddiskuta b’ħeġġa u b’mod li jqanqal il-ħsieb it-tema “Dħalt Int fil-Mistrieħ t’Alla?” Hu qal li l-mistrieħ t’Alla ma jfissirx inattività, ladarba Ġeħova u Ibnu ‘baqgħu jaħdmu’ matul dan il-jum taʼ mistrieħ figurattiv sabiex iġibu l-iskop t’Alla għall-affarijiet li nħalqu b’konnessjoni mal-art għal konklużjoni xierqa. (Ġw. 5:17) Allura, kif nistgħu nidħlu fil-mistrieħ t’Alla? Li nieqfu milli nidinbu u mill-għemejjel li bihom niġġustifikaw lilna nfusna huma biss parti mit-tweġiba. Aħna rridu neżerċitaw il-fidi u ngħixu bl-iskop t’Alla f’moħħna u ngħinu biex dan l-iskop jitwettaq bi kwalunkwe mod li nistgħu. Xi kultant, dan jistaʼ jkun taʼ sfida speċjali, imma aħna rridu naċċettaw il-parir u nikkooperaw mad-direzzjoni mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Ħuna Splane talab bil-ħrara lill-udjenza biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jidħlu fil-mistrieħ t’Alla.
L-aħħar taħdita mogħtija minn Anthony Morris tal-Ġemgħa li Tiggverna kien jisimha “Għal Xiex Qed Nistennew?” B’urġenza u bi mħabba bħal taʼ missier, Ħuna Morris fakkar l-udjenza bl-iżviluppi profetiċi li għad iridu jseħħu, ġrajjiet li l-uħud leali kollha jistennew b’ħerqa. Dawn jinkludu l-għajta taʼ “Paċi u sigurtà!” u l-qerda tar-reliġjon falza. (1 Tess. 5:2, 3; Riv. 17:15-17) Ħuna Morris wissa kontra li ngħidu, “Din żgur li hi Armageddon,” meta naraw ġrajjiet fl-aħbarijiet li ma jwettqux profeziji bħal dawn. Hu rrikkmanda li jkollna l-attitudni ferriħija, paċenzjuża, u taʼ stennija li hi deskritta f’Mikea 7:7. Iżda, fl-istess ħin, ħeġġeġ lil kulħadd biex jersaq qrib xulxin flimkien mal-Ġemgħa li Tiggverna, bħalma jagħmlu s-suldati qabel ma jidħlu fl-eqqel tal-battalja. Hu qal: “Qawwu qalbkom intom ilkoll li qed tistennew lil Ġeħova.”—Salm 31:24.
Bħala konklużjoni, kien hemm xi avviżi eċċitanti u storiċi. Geoffrey Jackson tal-Ġemgħa li Tiggverna ħabbar il-pjanijiet għall-prova taʼ edizzjoni tal-istudju tat-Torri tal-Għassa simplifikata għal dawk li ma tantx jafu jaqraw bl-Ingliż. Imbagħad, Stephen Lett ħabbar li l-Ġemgħa li Tiggverna se tirranġa għal żjajjar pastorali għall-indokraturi tad-distrett u n-nisa tagħhom fl-Istati Uniti. Wara ħabbar li l-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali minn issa ’l quddiem se tissejjaħ l-Iskola tal-Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin. Hu ħabbar ukoll skola ġdida jisimha l-Iskola tal-Bibbja Għal Koppji Kristjani. Din l-iskola se tagħti iktar taħriġ lill-koppji ħalli jkunu iktar utli fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Ħuna Lett ħabbar ukoll li l-Iskola Għal Indokraturi li Jivvjaġġaw u n-Nisa Tagħhom u l-Iskola Għal Membri tal-Kumitati tal-Fergħa u n-Nisa Tagħhom kienu se jiżdiedu għal żewġ klassijiet kull sena f’Patterson, u b’hekk dawk li diġà attendew jistgħu jerġgħu jattendu.
Il-programm ikkonkluda b’mod kommoventi meta John E. Barr li għandu 97 sena u li ilu membru tal-Ġemgħa li Tiggverna, offra talba umli u sinċiera. b Kulħadd telaq bl-impressjoni li dan kien tassew jum storiku.
[Noti taʼ taħt]
a Ara t-2011 Yearbook of Jehovah’s Witnesses, paġni 62-63.
b Ħuna Barr spiċċa l-ħajja tiegħu fuq l-art fl-4 taʼ Diċembru, 2010.
[Kumment f’paġna 19]
Kull min attenda ħa pjaċir bl-intervisti
[Kumment f’paġna 20]
Ġeħova bierek ix-xogħol tal-ippritkar fl-Etjopja