Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt bir-​reqqa l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Liema tliet fatturi ewlenin jistgħu jgħinuna nirreżistu kwalunkwe tendenza lejn id-​diżonestà?

Dawn huma: (1) Żviluppa biżaʼ bnin taʼ Ġeħova. (1 Pt. 3:12) (2) Ikkultiva kuxjenza mħarrġa fuq il-​Bibbja. (3) Aħdem iebes biex tippromwovi sens taʼ kuntentizza.—4/15, paġni 6-​7.

• Kif nafu li l-​fatt li naqdu lil Alla bis-​serjetà ma jfissirx li dejjem nidhru riġidi jew li nevitaw li nirrilassaw?

Nistgħu nikkunsidraw l-​eżempju taʼ Ġesù. Hu kien jieħu pjaċir jiekol b’mod rilassat m’oħrajn. Aħna nafu li ma kienx serju jew riġidu żżejjed. Oħrajn, saħansitra t-​tfal, inġibdu lejh u kienu komdi miegħu.—4/15, paġna 10.

• Is-​siġra taż-​żebbuġ f’Rumani kapitlu 11, taʼ xiex tat stampa?

Is-​siġra taż-​żebbuġ tirreferi għall-​parti sekondarja min-​nisel t’Abraham, Iżrael spiritwali. Ġeħova hu bħall-​għerq u Ġesù hu bħaz-​zokk taʼ din is-​siġra taż-​żebbuġ simbolika. Meta l-​biċċa l-​kbira tal-​Lhud naturali ċaħdu lil Ġesù, il-​Ġentili li saru jemmnu setgħu jiġu mlaqqmin, u b’hekk jipproduċu l-​għadd sħiħ tal-​parti sekondarja tan-​nisel t’Abraham.—5/15, paġni 22-​25.

• Kien ikun possibbli li d-​dixxendenti li setaʼ kellu l-​bniedem perfett Ġesù jkunu parti mill-​fidwa?

Le. Għalkemm Ġesù setaʼ kien is-​sors taʼ biljuni taʼ dixxendenti perfetti, nisel potenzjali bħal dan ma kienx parti mill-​fidwa. Il-​ħajja perfetta taʼ Ġesù waħedha kienet ekwivalenti għal dik t’Adam. (1 Tim. 2:6)—6/15, paġna 13.

• X’jistgħu jagħmlu koppja jekk ir-​relazzjoni tagħhom donnha ddgħajfet wara li kellhom it-​tfal?

Iridu jerġgħu jistqarru mħabbithom għal xulxin. Ir-​raġel jistaʼ jagħmel sforz kuxjenzjuż biex itaffi kwalunkwe inċertezza li jistaʼ jkollha martu. U t-​tnejn li huma jridu jistinkaw biex jikkomunikaw sew dwar is-​sentimenti u l-​bżonnijiet fiżiċi tagħhom.—7/1, paġni 12-​13.

• X’inhi raġuni waħda għala numru relattivament żgħir taʼ nies ġew magħżulin biex jiġu rxoxtati għas-​sema?

Il-​144,000 huma rxoxtati fis-​sema għal inkarigu sagru taʼ xogħol speċifiku. Li kellek tibni dar, kont se tqabbad lill-​bennejja kollha tas-​sengħa fl-​inħawi tiegħek? Le. Kieku jkollok bżonn biss biżżejjed ħaddiema għax-​xogħol. B’mod simili, mhux l-​uħud leali kollha huma magħżulin minn Alla għall-​privileġġ uniku li jsaltnu maʼ Kristu fis-​sema.—7/1, paġna 20.

• Kif nafu li l-​ħajja taʼ dejjem fil-​Ġenna tal-​art mhix se tkun tedjanti?

Ngħixu kemm ngħixu, qatt ma se niskopru dak kollu li hemm x’nitgħallmu dwar Alla Ġeħova u x-​xogħlijiet tiegħu. Il-​Bibbja tgħid li Alla qiegħed fi qlubna x-​xewqa li ngħixu għal dejjem. Fil-​fatt, Ekkleżjasti 3:10, 11 jispjega li aħna ‘qatt ma se nsiru nafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru.’—7/1, paġna 31.

• Il-​Kristjani kif jistgħu juru li jieħdu bis-​serjetà t-​twissija dwar l-​għalliema foloz imniżżla f’Atti 20:29, 30?

Huma ma jistidnux f’darhom l-​għalliema foloz u ma jkellmuhomx. (Rum. 16:17; 2 Ġw. 9-​11) Il-​Kristjani jevitaw il-​letteratura tal-​apostati, ma jarawhomx fuq it-​televixin, u ma jaqrawx dak li jiktbu fuq l-​Internet dwar it-​tagħlim tagħhom.—7/15, paġni 15-​16.