Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Issib Int Ferħ fil-‘Privileġġ li Tagħti b’Qalb Tajba’?

Issib Int Ferħ fil-‘Privileġġ li Tagħti b’Qalb Tajba’?

IL-​Kristjani tal-​bidu f’Filippi kienu magħrufin għall-​ġenerożità tagħhom f’li jappoġġaw il-​qima vera. Fl-​ittra ispirata tiegħu, l-​appostlu Pawlu qalilhom: “Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi kulmeta niftakar fikom u nitlob bil-​ħerqa għalikom ilkoll, waqt li noffri t-​talb tiegħi bil-​ferħ, minħabba l-​kontribut li tajtu għall-​aħbar tajba mill-​ewwel jum s’issa.” (Flp. 1:3-​5) Pawlu ftakar sew meta Lidja u n-​nies taʼ darha tgħammdu u hi b’ospitalità insistiet li hu u sħabu, li kienu jippritkaw miegħu, joqogħdu f’darha.—Atti 16:14, 15.

Ftit taʼ żmien wara, il-​kongregazzjoni ġdida f’Filippi darbtejn bagħtet provvisti lil Pawlu matul il-​waqfa tiegħu taʼ diversi ġimgħat maʼ sħabu fit-​twemmin f’Tessalonika, kważi 160 kilometru ’l bogħod. (Flp. 4:15, 16) Ftit snin wara, waqt li l-​Filippin u aħwa oħrajn Maċedonjani kienu qed jesperjenzaw is-​sofferenzi u “faqar bla qjies,” huma semgħu dwar il-​bżonn li kellhom il-​Kristjani persegwitati f’Ġerusalemm u riedu jgħinuhom. Pawlu xehed li tassew għamlu “iktar milli setgħu.” Madankollu, hu kiteb: “Baqgħu jitolbuna bi ħrara kbira biex ikollhom il-​privileġġ li jagħtu b’qalb tajba.”—2 Kor. 8:1-​4; Rum. 15:26.

Xi għaxar snin wara li l-​Filippin ħaddnu l-​Kristjanità, huma kienu għadhom qed juru l-​istess spirtu ġeneruż. Meta semgħu li Pawlu kien il-​ħabs f’Ruma, bagħtu lil Epafroditu 1,287 kilometru fuq l-​art u fuq il-​baħar bi provvisti għall-​appostlu. B’mod ċar, il-​Filippin riedu jgħinuh lil Pawlu sabiex ikun jistaʼ jibqaʼ jsaħħaħ lill-​aħwa u jipprietka, saħansitra waqt li kien il-​ħabs.—Flp. 1:12-​14; 2:25-​30; 4:18.

Illum, il-​Kristjani veri jqisuh bħala privileġġ li jappoġġaw ix-​xogħol tal-​ippritkar tas-​Saltna u taʼ li jagħmlu dixxipli. (Mt. 28:19, 20) Huma jippromwovu l-​interessi tas-​Saltna billi jikkontribwixxu ħin, sforz, u fondi. Il-​kaxxa li hemm maʼ dan l-​artiklu turi xi modi kif int tistaʼ tieħu sehem f’li tappoġġa dan ix-​xogħol tal-​ippritkar.

[Kaxxa f’paġna 22, 23]

MODI KIF XI WĦUD JAGĦŻLU LI JAGĦTU

KONTRIBUZZJONIJIET GĦAX-​XOGĦOL TAʼ MADWAR ID-​DINJA

Ħafna jwarrbu, jew ifaddlu, ammont li jitfgħuh fil-​kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet immarkati “Xogħol taʼ Madwar id-​Dinja.”

Kull xahar, il-​kongregazzjonijiet jibagħtu dawn l-​ammonti lill-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżhom. Donazzjonijiet volontarji taʼ flus jistgħu jintbagħtu wkoll direttament lill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., Attention Treasurer’s Office, 25 Columbia Heights, Brooklyn, New York 11201-​2483, jew lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek. (Donazzjonijiet volontarji msemmijin fis-​sezzjonijiet li ġejjin ukoll jistgħu jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek.) Ċekkijiet li jintbagħtu fl-​indirizz t’hawn fuq għandhom ikunu pagabbli lill-​“Watchtower.” Ġojjelli jew affarijiet prezzjużi oħrajn jistgħu jingħataw bħala donazzjoni wkoll. Ma’ dawn il-​kontribuzzjonijiet għandha tintbagħat ittra qasira li tistqarr li din hija għotja għalkollox.

ARRANĠAMENT TAʼ DONAZZJONI KUNDIZZJONALI

Il-​flus jistgħu jitpoġġew b’fedekommess mal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania biex jintużaw madwar id-​dinja. Madankollu, jekk jiġu mitlubin, il-​flus jerġgħu jingħataw lura. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-​Uffiċċju tat-​Teżorier billi tikteb fl-​indirizz li ngħata fil-​paragrafu taʼ qabel jew billi ċċempel (718) 560-​7500.

IPPJANAR ĠENERUŻ

Minbarra l-​flus li jingħataw għalkollox bħala rigal, hemm metodi oħrajn kif wieħed jagħmel għotjiet li jkunu taʼ benefiċċju għas-​servizz tas-​Saltna mad-​dinja kollha. Dawn jinkludu:

Assigurazzjoni: Il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ polza t’assigurazzjoni fuq il-​ħajja jew taʼ pjan taʼ rtirar mix-​xogħol jew pensjoni.

Kontijiet fil-​Bank: Kontijiet fil-​bank, ċertifikati taʼ depożitu, jew kontijiet individwali taʼ rtirar mix-​xogħol jistgħu jingħataw b’fedekommess jew jintgħamlu pagabbli mal-​mewt lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, fi qbil mal-​ħtiġijiet tal-​bank lokali.

Ishma u Titoli: Jistgħu jingħataw ishma u titoli b’donazzjoni lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania bħala għotja għalkollox, jew il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ titniżżel bħala l-​benefiċjarja f’każ taʼ mewt.

Proprjetà Immobbli: Proprjetà immobbli li tistaʼ tinbiegħ tistaʼ tingħata b’donazzjoni bħala għotja għalkollox jew, fil-​każ taʼ proprjetà residenzjali, billi d-​donatur iżomm il-​proprjetà u jkompli jgħix fiha sakemm idum ħaj. Ikkuntattja lill-​uffiċċju tal-​fergħa f’pajjiżek qabel ma tagħmel kuntratt biex tagħti xi proprjetà immobbli.

Għotja Annwali: L-​għotja annwali hija arranġament li permezz tiegħu wieħed jittrasferixxi flus jew titoli taʼ sigurtà lil korporazzjoni magħżula li tintuża mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​wieħed li jagħti l-​flus, jew xi ħadd magħżul minnu, mill-​banda l-​oħra jirċievi ħlas speċifiku kull sena matul ħajtu kollha. Il-​wieħed li jagħti l-​flus titnaqqaslu t-​taxxa tad-​dħul għas-​sena li fiha tiġi stabbilita l-​għotja annwali.

Testmenti u Fedekommessi: Jistgħu jitħallew xi flus jew proprjetà lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania permezz taʼ testment effettwat bil-​liġi, jew inkella l-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ ftehim fedekommess. Fedekommess li jkun taʼ benefiċċju għal organizzazzjoni reliġjuża jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-​taxxi.

Bħalma jimplika t-​terminu “ppjanar ġeneruż,” dawn it-​tipi taʼ donazzjonijiet jirrikjedu ġeneralment xi ppjanar min-​naħa tad-​donatur. Tħejja browxer bl-​Ingliż u bl-​Ispanjol intitolat Charitable Planning to Benefit Kingdom Service Worldwide biex jgħin lill-​individwi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi tip taʼ ppjanar ġeneruż għall-​benefiċċju tax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​browxer inkiteb biex jipprovdi informazzjoni rigward il-​modi differenti kif jistgħu jintgħamlu l-​għotjiet issa jew b’testment mal-​mewt. Wara li qraw il-​browxer u ħadu parir mingħand il-​konsulenti legali jew tat-​taxxi tagħhom, ħafna setgħu jgħinu biex jappoġġaw l-​attivitajiet reliġjużi u umanitarji tagħna madwar id-​dinja u fl-​istess ħin jieħdu l-​massimu mill-​benefiċċji marbutin mat-​taxxi talli għamlu dan. Dan il-​browxer jistaʼ jinkiseb billi wieħed jistaqsi għal kopja direttament miċ-​Charitable Planning Office.

Għal iktar informazzjoni, tistaʼ tikkuntattja liċ-​Charitable Planning Office, b’ittra jew bit-​telefon, fl-​indirizz t’hawn taħt, jew tistaʼ tikkuntattja l-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek.

Charitable Planning Office

Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

100 Watchtower Drive

Patterson, New York 12563-​9204

Telefon: (845) 306-​0707