Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt bir-​reqqa l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Ix-​xagħar taʼ Sansun tah is-​saħħa?

Ix-​xagħar innifsu taʼ Sansun ma tahx saħħa. Xagħru rrappreżenta r-​relazzjoni speċjali li hu kellu m’Alla bħala Nażirit. Din ir-​relazzjoni ġiet effettwata meta Dalila qarwżitlu xagħru.​—4/15, paġna 9.

Bħall-​qalb letterali tagħna, liema tliet affarijiet jistgħu jħallu impatt favorevoli fuq il-​qalb figurattiva tagħna?

(1) In-​Nutriment. Bħalma l-​qalb letterali tagħna għandha bżonn ikel sustanzjuż, hekk ukoll neħtieġu ammonti suffiċjenti taʼ ikel spiritwali bnin. (2) L-​Eżerċizzju. Il-​parteċipazzjoni biż-​żelu fil-​ministeru tistaʼ żżomm il-​qalb spiritwali tagħna f’kundizzjoni tajba. (3) L-​Ambjent. Nistgħu ntaffu l-​istress meta nkunu maʼ ħutna, li verament jimpurtahom minna.​—4/15, paġna 16.

Il-​kelliemi f’taħdita taʼ funeral għala m’għandux japplika Salm 116:15 għal dak li ġie nieqes?

Il-​vers jgħid: “Prezzjuża f’għajnejn Ġeħova hi l-​mewt taʼ dawk leali lejh.” Dan ifisser li Alla jqis il-​mewt taʼ dawk kollha leali bħala li hi prezzjuża wisq biex isseħħ. Hu ma jippermettix li l-​qaddejja tiegħu bħala grupp jitneħħew mill-​art.​—5/15, paġna 22.

Min kienu l-​colporteurs?

Qabel l-​1931, il-​kelma “colporteurs” kienet tirreferi għal dawk li issa jissejħu pijunieri.​—5/15, paġna 31.

Il-​Qawwa Dinjija Anglo-​Amerikana meta saret is-​sebaʼ qawwa dinjija deskritta fil-​Bibbja?

Din il-​qawwa dinjija li tikkonsisti minn żewġ pajjiżi bdiet teżisti meta l-​Britannja u l-​Istati Uniti tal-​Amerika ħadmu flimkien b’mod speċjali matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija.​—6/15, paġna 19.

Lil min jinkludu “dawn is-​saltniet kollha” msemmijin f’Danjel 2:44?

Dawn jirreferu għas-​saltniet, jew gvernijiet, li huma murijin permezz tal-​partijiet differenti tax-​xbieha tal-​metall li hi spjegata minn Danjel.​—6/15, paġna 17.

Ġeħova kif se jelimina kull ħaġa li tikkaġuna memorji taʼ wġigħ?

Hu se jagħmel dan billi jwettaq bis-​sħiħ il-​wegħda tiegħu taʼ smewwiet ġodda u art ġdida, u b’hekk jistabbilixxi dinja ġdida li se tkun ġusta. F’din id-​dinja l-​ġdida, dak kollu li jikkaġuna memorji koroh—uġigħ fiżiku, mentali, u emozzjonali—se jkun xi ħaġa tal-​passat. In-​nies leali se jgawdu l-​ħajja bis-​sħiħ u jgħożżu l-​memorji sbieħ taʼ kull ġurnata li tgħaddi.​—7/1, paġna 27.

X’tistaʼ tagħmel jekk l-​adoloxxent tiegħek jibda jiddubita mit-​twemmin tiegħek?

Agħraf liema affarijiet jistgħu jkunu qed jinfluwenzaw il-​ħarsa taʼ ibnek. Dan jinvolvi li titkellem miegħu b’mod paċenzjuż u li toħroġ dak li hemm f’qalbu. Għin l-​adoloxxent tiegħek jirraġuna u jagħti prova lilu nnifsu dwar veritajiet Skritturali bażiċi biex tgħinu jiżviluppa l-​konvinzjonijiet tiegħu stess.​—7/1, paġni 18-​21.

Kif tistaʼ tipprepara biex taqdi f’pajjiż ieħor?

(1) Ħudha drawwa li tagħmel studju personali regolarment. (2) Irrivedi Il-​Ministeru tas-​Saltna t’Awwissu tal-​2011, paġni 4-​6. (3) Tkellem m’oħrajn li qdew f’pajjiż ieħor. (4) Agħmel riċerka dwar il-​kultura u l-​istorja tal-​pajjiż. (5) Ħu kors bażiku tal-​lingwa.​—7/15, paġna 6.