Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt bir-reqqa l-ħarġiet reċenti taʼ It-Torri tal-Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Ġesù meta ‘ppriedka lill-ispirti fil-ħabs’? (1 Pt. 3:19)

Jidher li xi żmien wara l-irxoxt taʼ Ġesù, hu ddikjara lill-ispirti mill-agħar li kienu se jieħdu kastig.—6/15, paġna 23.

Ġesù meta se jiġġudika n-nies bħala nagħaġ jew mogħoż? (Mt. 25:32)

Dan se jseħħ meta Ġesù jiġġudika n-nies matul it-tribulazzjoni l-kbira, wara l-qerda tar-reliġjon falza.—7/15, paġna 6.

Dawk li jiksru l-liġi u li huma msemmijin fil-parabbola tal-qamħ u s-sikrana, meta se jibku u jgħażżu snienhom? (Mt. 13:36, 41, 42)

Se jagħmlu dan matul it-tribulazzjoni l-kbira meta jindunaw li ma jistgħux jaħarbu l-qerda.—7/15, paġna 13.

Meta se jitwettaq kliem Ġesù dwar l-ilsir leali u għaqli? (Mt. 24:45-47)

Ma bediex jitwettaq f’Pentekoste tas-sena 33E.K., iżda wara l-1914. Fl-1919, l-ilsir inħatar fuq il-qaddejja taʼ dar Ġesù; dan jinkludi lill-Kristjani kollha li qed jiġu mitmugħin spiritwalment.—7/15, paġni 21-23.

Ġesù meta se jaħtar lill-ilsir leali fuq kulma għandu?

Dan se jkun fil-futur, matul it-tribulazzjoni l-kbira meta l-ilsir leali jirċievi l-premju fis-sema.—7/15, paġna 25.

Apparti l-qawwa mingħand Alla, x’għen lil 230 Xhud isalvaw minn mixja twila mill-kamp tal-konċentrament taʼ Sachsenhausen?

Għalkemm iddgħajfu minħabba l-ġuħ u l-mard, b’mod kontinwu inkuraġġew lil xulxin biex jibqgħu sejrin.—8/15, paġna 18.

X’inhuma l-benefiċċji taʼ li nagħtu bil-ferħ? (2 Kor. 9:7)

Meta nagħtu mill-ħin, mill-enerġija, jew mill-affarijiet materjali tagħna minn jeddna u minħabba li nsibu ferħ ġenwin f’li nkunu ġenerużi maʼ ħaddieħor, speċjalment maʼ dawk fil-bżonn, se nħossuna ferħanin. Barra minn hekk, dan se jagħmilna għeżież għal Alla.—9/1, paġna 13.

Għala jinkuraġġina r-rakkont taʼ meta Iżrael qasam ix-Xmara Ġordan għal ġol-Art Imwiegħda?

Għalkemm il-livell tax-xmara kien għoli minħabba x-xita, Ġeħova waqqaf ix-xmara ħalli n-nies tiegħu jaqsmu. Dan żgur saħħilhom il-fidi u l-fiduċja fih, u aħna nistgħu nagħmlu l-qalb b’dan ir-rakkont.—9/15, paġna 16.

X’nitgħallmu mill-ħniena taʼ Ġeħova? (Efes. 4:32–5:1)

Il-ħniena taʼ Ġeħova tiġbidna lejh u tqanqalna nimitawh. Nagħmlu tajjeb li nsaqsu lilna nfusna, ‘Ladarba Ġeħova jaħfirli b’tant ġenerożità, kif nistaʼ ma naħfirx lil bniedem imperfett bħali li nidem ġenwinament talli dineb kontrija?’—10/1, paġna 11.

X’inhu evidenti mill-fatt li l-Bibbja ssemmi spiss il-kuluri?

L-użu tal-kuluri fil-Bibbja juri li Alla jifhem li l-bniedem jirreaġixxi emozzjonalment għall-kuluri u li dawn jistgħu jgħinuna niftakru l-affarijiet.—10/1, paġni 14-15.

Il-profezija taʼ Mikea 5:5 dwar id-duki u ragħajja, kif qed titwettaq illum?

Aħna nifhmu li ‘s-sebaʼ rgħajja u t-tmien duki’ msemmijin f’Mikea 5:5 jirreferu għall-anzjani maħturin fil-kongregazzjoni, li qed iqawwu qalb il-poplu t’Alla għall-attakk futur li ġie mbassar u li ġej fuqhom.—11/15, paġna 20.

X’inhuma xi raġunijiet għala għandna bżonn ’l Alla?

Għandna bżonn direzzjoni tajba u soluzzjonijiet għall-problemi tal-ħajja, u dawn jiġu offruti minn Alla. Hu jagħtina iktar għajnuna biex ngħixu aħjar u nkunu ferħanin, u hu se jwettaq il-wegħdi li hemm fil-Kelma tiegħu biex jagħmel dan possibbli.—12/1, paġni 4-6.